Wisq drabi lil Ġesù għidnilu “warrab min-nofs” f’xi okkażjoni li tmurilna ħażin għax mankunux għarafnih fil-falliment.  Imma għall-bniedem, ir-rebħa tal-imħabba t’Alla turi ruħha propju “fil-falliment tas-Salib” ta’ Ibnu.  Dan hu dak li tirrakkuntalna l-parabbola li nsibu fil-Vanġelu tal-lum, li dwarha l-Papa Franġisku għamel riflessjoni waqt il-quddiesa fil-Kappella tad-Dar Santa Marta.

Ġebla mwarrba li ssir il-ġebla tax-xewka.  Forka skandaluża li tidher li hi t-tmiem ta’ storja mimlija tama, imma li, minflok, hija l-bidu tal-istorja tas-salvazzjoni tad-dinja.  Alla jibni fuq id-dgħufija, imma jekk ma naqrawx il-paġni tal-istorja ta’ mħabba bejn Alla u l-poplu tiegħu, osserva Franġisku, dawn il-paġni jidhru storja ta’ fallimenti bħalma turina l-parabbola tal-bdiewa li jtina l-Vanġelu tal-ġurnata li fih donnu jidher il-falliment tal-ħolma ta’ Alla.

Hemm sid li jibni għalqa tad-dwieli sabiħa u hemm ħaddiema li joqltlu lil kull min jibgħatilhom is-sid.  Imma hu propju minn dawk l-imwiet li kollox jieħu l-ħajja.

Il-profeti, il-mibgħuta ta’ Alla li tkellmu mal-poplu, qal il-Papa, li ma semgħuhomx, li skartawhom, huma l-glorja tiegħu.  L-Iben, l-aħħar wieħed li wasal għandhom li safa skartat, iġġudikat, baqa’ mhux mismugħ u qatluh, sar il-ġebla tax-xewka.

Din l-istorja li tibda b’ħolma ta’ mħabba u li donnha tidher storja ta’ mħabba, imma li donnha tidher tintemm fi storja ta’ fallimenti, tintemm bl-imħabba kbira ta’ Alla, li minn dak li hu skartat joħroġ is-salvazzjoni; minn Ibnu skartat, isalva lilna lkoll.

Hu hawnhekk li l-istorja tal-falliment tinqaleb ta’ taħt fuq, afferma l-Papa Franġisku.  Ġesù dan ifakkru lill-kapijiet tal-poplu billi jikkwota l-Iskrittura: il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka.  Dan għamlu l-Mulej u hu tal-għaġeb f’għajnejna.

Hu tant sabiħ meta fil-Bibbja naqraw l-ilmenti ta’ Alla, tal-Missier li jibki meta l-poplu ma jafx jobdi l-Alla għax irid isir alla hu stess.

It-triq tas-salvazzjoni tagħna hi triq mimlija fallimenti.  Anki l-aħħar wieħed, dak tas-Salib, huwa skandlu.  Imma hu propju dan li jirbaħ l-imħabba.  U dik l-istorja li tibda b’ħolma ta’ mħabba u tkompli bi storja ta’ fallimenti, tintemm bir-rebħa tal-imħabba: is-Salib ta’ Ġesù.

Ma rridux ninsew din it-triq, hija triq diffiċli bħalma hi diffiċli tagħna!  Jekk kull wieħed u waħda minna nagħmlu eżami tal-kuxjenza naraw kemm-il darba keċċejna lill-profeti.  Kemm-il darba għidt lil Ġesù: Itlaq; kemm-il darba ridt insalva lili nnifsi, kemm-il darba ħsibt li l-ġust huwa jien.

Għalhekk, qatt m’għandna ninsew, temm Franġisku, li fil-mewt tal-Iben fuq is-Salib, tidher fil-milja tagħha l-imħabba t’Alla għall-poplu tiegħu.

Tajjeb li dan jibqa’ dejjem f’moħħna, tibqa’ f’moħħna din l-istorja ta’ mħabba li tidher falluta imma li fl-aħħar toħroġ rebbieħa.  Storja li tfakkarna fl-istorja ta’ ħajjitna, f’dik iż-żerriegħa ta’ mħabba li Alla żergħa fina biex biha nagħmlu dak li għamel Ġesù f’isimna: umilja ruħu!.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: