Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > L-insara mondani jew riġidi jbiegħdu lin-nies minn Ġesù.

L-insara mondani jew riġidi jbiegħdu lin-nies minn Ġesù.


Hemm insara li jbiegħdu lin-nies minn Ġesù għax jaħsbu biss dwar ir-relazzjoni personali ma’ Alla.  Hemm oħrajn li jbiegħdu n-nies minn Ġesù għax negozjanti, mondani jew riġidi żżejjed.  Imma hemm insara li jisimgħu verament l-għajta ta’ min għandu bżonn ‘il-Mulej.  Dan hu fil-qosor il-ħsieb tal-omelija li l-Papa Franġisku għamel fil-kappella tad-Dar Santa Marta, dalgħodu.

Fil-kumment dwar is-silta mill-Evanġelju li tirrakkonta l-istorja tal-għama Bartimew, li jibda’ jgħajjat biex Ġesù jfejqu u jirċievi ċ-ċanfir tal-Appostli li jridu jsikktuh, il-Papa Franġisku ra tliet kwalitajiet ta’ nasara.  Hemm insara li moħħhom biss fir-relazzjoni personali ma’ Ġesù, relazzjoni magħluqa, egoista, u ma jisimgħux l-għajta tal-oħrajn.

Dan il-grupp, anki llum, ma jismax l-għajta ta’ tant li għandhom bżonn lil Ġesù.  Grupp indifferenti li ma jismax u jaħsbu li l-ħajja hija ċ-ċirku żgħir tagħhom.  Huma kuntenti imma torox quddiem l-għajta ta’ tant nies li jeħtieġu s-salvazzjoni, li jeħtieġu l-għajnuna ta’ Ġesù, li jeħtieġu l-għajnuna tal-Knisja.  Dawn huma nies egoisti li jgħixu għalihom infushom u m’għandhomx ħila jisimgħu leħen Ġesù.

Imbagħad hemm dawk, kompla jgħid il-Papa, li jisimgħu din l-għajta ta’ min qed jitlob l-ajjut, imma jridu jsikktuh.  L-istess bħal meta d-dixxipli keċċew it-tfal biex ma jdejqux lill-Imgħallem.  L-Imgħallem kienu huma, kien tagħhom u mhux ta’ kulħadd.

Dawn in-nies ibiegħdu lil min ikun qed jgħajjat, lil min hu bżonn il-fidi, lil min irid is-salvazzjoni, minn Ġesù.  Fost dawn hemm in-negozjanti li qiegħdin qrib Ġesù: jinsabu fit-tempju u naħsbuhom “reliġjużi”.  Imma Ġesù keċċihom għax kienu qed jagħmlu n-negozju fid-dar t’Alla.  Huma dawk li ma jridux jisimgħu l-għajta għall-ajjut, imma jippreferu jagħmlu dak li jinteressa lilhom u jinqdew bil-poplu t’Alla, jinqdew bil-Knisja, biex imexxu l-interessi tagħhom.

Dawn l-“affaristi” jbiegħdu lin-nies minn Ġesù.  Ma’ dan il-grupp ngħaqqdu ukoll l-insara li ma jagħtux xhieda.

Huma nsara tal-isem, insara tas-salott, insara tar-riċevimenti, imma l-ħajja interjuri tagħhom mhix nisranija, hija mondana.  Bniedem li jgħid li hu nisrani imma jgħix ħajja mondana jbiegħed lil min ikun qed isejjaħ lil Ġesù għall-għajnuna .

Imbagħad hemm dawk li huma riġidi, iebsin, dawk li Ġesù jċanfarhom għax jgħabbu l-piżijiet fuq spallejn ħaddieħor.  Ġesù jiddedikalhom il-kapitlu 23 ta’ San Mattew u jsejħilhom “ipokriti” għax jisfruttaw lin-nies.   U minflok ma jwieġbu għall-għajjat ta’ min qed jitlob is-salvazzjoni, jbiegħdu n-nies.

Hemm imbgħad, kompla l-Papa, it-tielet grupp ta’ nsara: dawk li jgħinu lil ħaddieħor jersaq lejn Ġesù.  Huma l-insara li jgħixu ħajja koerenti u jgħinu biex iressqu n-nies lejn Ġesù, jgħinu lil min jgħajjat biex jitlob is-salvazzjoni, biex jitlob il-grazzja, biex jitlob is-saħħa spiritwali għal ruħu.

Ikun tajjeb, temm Franġisku, li nagħmlu eżami tal-kuxjenza biex nifhmu jekk aħna aħniex insara li nbiegħdu lin-nies minn Ġesù jew inressquhomx lejH għax widnejna miftuħin għall-għajta ta’ tant li qed jitolbu l-għajnuna għas-salvazzjoni tagħhom.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: