Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Uff! … Aħħ!

Uff! … Aħħ!


Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Uff! Xi sħana! Iftaħ naqra dik it-tieqa! Ixgħel naqra dak l-AC! Ħa mmut bis-sħana! X’nieżel!

Din hija l-latanija li qiegħdin nisimgħu bħalissa. Litanija li ilna ngħiduha. Inlissnuha kull sena. Żgur li mhux bid-devozzjoni tat-talb tafux! Daqskemm bir-rabja li qed tagħmel is-sħana. Uħud minna, sforz il-frustrazzjoni li taħkimhom, iduru lejn il-Mulej u jgħidulu: “Iva għaliex qed tagħtina daqshekk sħana. Ma nifilħuhiex!” Imma, ngħid jien, fis-sajf x’tistenna? Mhux sħana?

Il-Bibbja tirraġuna mod ieħor! Hija ma tgergirx għas-sħana. Anzi! Lill-Mulej tfaħħru għaliha! Bħalissa jiġini f’moħħi l-Kantiku sabiħ li t-tliet żgħażagħ, jiġifieri “‘l Sidrak, ‘il Mesak u ‘l Għabednegu” (Dan 3:20), “b’leħen wieħed, bdew ifaħħru, jsebbħu u jbierku ‘l Alla fil-forn” (Dan 3:51). Ma ninsewx! Dan ma kienx nar komuni. Il-ktieb ta’ Danjel jiddiskrevih bħala “forn ta’ nar iħeġġeġ” (Dan 3:15) li s-sultan kien “ordna li jqabbdu forn seba’ darbiet isħan mis-soltu” (Dan 3:19)! Bil-għan li jixwi lil dawn it-tlett żgħażagħ fih. U kif wieġbu dawn it-tlett żgħażagħ Lhud qalbiena u fidili sal-mewt għall-fidi tagħhom għal dan in-nar?

Ma jitwemminx li se ngħidlek! Imma hekk għamlu! L-għaliex hekk tgħidilna l-Kelma ta’ Alla li għamlu. Ħa tgħidlek x’għamlu hi. Il-Kelma, li hi, minnha nnifisha, il-verità! “Mbagħad it-tlieta, b’leħen wieħed, bdew ifaħħru, jsebbħu u jbierku ‘l Alla fil-forn” (Dan 3:51). U, ngħid jien, x’għannew? Ta’ xiex faħħruħ, sebbħuħ u berkuħ lill-Mulej? Ismagħhom ta’ xiex: “Bierku, nar u sħana, il-Mulej, faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem” (Dan:3:66).

Issa qed niħmar! Mhux bix-xemx. Imma bil-mistħija. Qed joħroġli l-għaraq! Aktar milli joħroġli bis-sħana. U l-għaraq li qed joħroġli ħariġuli dnubi tat-tgergir! Għaliex, qed ngħid lili nnifsi: “Issa dawn batew daqshekk? Kienu f’nofs forn tan-nar u bdew ifaħħru l’Alla? U l-għaliex jien, dejjem niġri fl-AC u għad-dell, nixrob il-kiesaħ ħa niffriska, u, ma narax tieqa li ma niftaħiex ħa jgħaddi, minn fuq noqgħod ingerger? U nisħet xortija? Dan lant?”

Barra minhekk dawn iż-żgħażagħ jgħallmuni, mela jgħallmuk, li kull ħin għandna nużawħ sewwa! Ħinhom fin-nar għaddewh ifaħħru lill-Mulej. Issa int u jien, f’dan is-sajf li għandna quddiemna, kif se nqattgħuh? Se naħluħ? Beħsiebna ngħadduh sieq fuq sieq? Taħt l-AC? Nixorbu l-luminata bis-silġ? Jew nieklu l-ġelati? Jaqaw qegħdin naħsbu biex norqdu in-nofstannhari f’nofstannhari? L-għaliex għandna l-ħin fuq idejna?

Bil-mod! Ejja ma niġrux! Ejja niftakru li meta aħna nkunu btala ħaddieħor, li jobogħdna għall-mewt, ikun qed jaħdem bl-overtime! Ħaddieħor, li lilna tgħidx kemm jgħir għalina! Għaliex hu mitluf għal dejjem. Imma aħna, jekk nilqgħu s-salvazzjoni li ġabilna Ġesù b’mewtu u bil-qawmien tiegħu għall-ħajja, insalvaw! Ejjew ma nħalluħx itellfilna l-ħajja ta’ dejjem billi jwaqqagħna fid-dnub u jżommna cosy fih!

Kien għalhekk li San Pietru, fl-Ewwel Ittra tiegħu, jgħidilna: “Kunu meqjusa u għassu. L-għadu tagħkom ix-Xitan qisu ljun jgħajjat, idur u jfittex ‘il min se jibla’. Iqfulu, sħaħ fil-fidi” (1 Pt 5:8-9). Fis-sajf, waqt li nieħdu l-vaganzi tagħna, it-talb inżiduh. Tajjeb li nsifru. Imma lill-morda u lil min jgħix waħdu ejjew inżuruhom! Tajjeb li nixorbu xarba friska. Imma tajjeb ukoll li niffriskaw lil ruħna bi qrara tajba li tbidlilna ħajjitna.

Huma dawn l-affarijiet li jagħmlu l-vaganzi tagħna esperjenza ta’ serħan. Ta’ sliem. Ta’ mistrieħ. Ta’ aħħ!

Ħallik mill-uff u t-tgergir fis-sajf! Faħħar lill-Mulej tiegħu! U tara kif tħossok … Aħħ!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: