Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Kemm jagħmlu ikraħ l-Insara mondani! Ma jistax ikollna s-sema u l-art fl-istess ħin.

Kemm jagħmlu ikraħ l-Insara mondani! Ma jistax ikollna s-sema u l-art fl-istess ħin.


Pietru jistaqsi lil Ġesù x’se jkollhom id-dixxipli talli qed jimxu warajh.  Mistoqsija li saret wara li l-Mulej kien qal lir-raġel għani biex ibigħ kull ma’ kellu u jtih lill-foqra.

Il-Papa Franġisku għamel omelija fuq dan id-djalogu li hu ta’ attwalità kbira.  Il-Qdusija Tiegħu osserva li t-tweġiba ta’ Ġesù hi kontra dak li kienu qed jistennew id-dixxipli: ma jitkellimx dwar l-għana, imma jwiegħed il-wirt tas-saltna tas-sema flimkien ma’ persekuzzjoni u salib.

Għalhekk, meta Nisrani jkollu qalbu marbuta mal-ġid materjali, jagħmel ikraħ ħafna; ikun Nisrani li jrid żewġ affarijiet: is-sema u l-art.  U l-kejl hu eżattament dak li jgħid Ġesù: is-salib u l.-persekuzzjoni.  Dan ifisser li niċħdu lilna nfusna u kuljum naċċettaw is-salib……  Id-dixxipli kellhom din it-tentazzjoni, li jimxu wara Ġesù, imma mbagħad x’se jkun it-tmiem ta’ din il-biċċa negozju tajba?

Niftakru f’omm Ġakbu u Ġwanni, meta talbet lil Ġesù biex jagħti post lil uliedha: Lil wieħed riedet tagħmlu prim ministru u lill-ieħor ministru tal-ekonomija…. B’hekk għażlet l-interess mondan tal-mixja wara Ġesù.

Imma wara, innota Franġisku, il-qalb ta’ dawn id-dixxipli ġiet imsoffija u fil-Pentekoste fehmu kollox.  Il-gratwita’ fis-sekwela ta’ Ġesù hija r-risposta għall-gratwità tal-imħabba u tas-salvazzjoni li jtina Ġesù.

Meta nkunu rridu nimxu kemm ma’ Ġesù kif ukoll mad-dinja, mal-faqar u mal-ġid – wissa l-Papa – dan ikun Kristjaneżmu bin-nofs, Kristjaneżmu li jrid il-qligħ materjali.  Huwa l-ispirtu tal-mondanità.

Dak in-Nisrani, afferma l-Papa Franġisku li kkwota lill-Profeta Elija: ikun jitbandal minn sieq għal oħra għax ma jkunx jaf eżattament xi jrid.  Għalhekk biex nifhmu dan jeħtieġ niftakru li Ġesù ħabbrilna li tal-ewwel jiġu l-aħħar u tal-aħħar jiġu l-ewwel, jiġifieri, dak li jaħseb jew li hu l-akbar, għandu jkun il-qaddej taż-żgħir.

Li nsegwu lil Ġesù mill-aspett uman, mhux negozju tajjeb.  Irridu nservu.  Hekk għamel Hu u jekk il-Mulej itik il-possibiltà li jkollok il-ġid int trid taqdi, jiġifieri tużah għall-oħrajn

Hemm tliet affarijiet, tliet tarġiet li jbegħduna minn Ġesù: il-ġid materjali, il-vanità u l-kburija.  Hu għalhekk li l-ġid materjali hu tant perikoluż għax iwasslek għall-vanità u tibda’ taħseb li int importanti.  U meta tibda’ taħseb li int importanti tikbirlek rasek u tintilef.

It-triq li jurina l-Mulej, kompla jgħid il-Papa, hi dik li ninżgħu minn kollox kif għamel Hu: min hu l-ewwel fostkom isir qaddej ta’ kulħadd.

Dan ix-xogħol mad-dixxipli, lil Ġesù swielu ħafna u ħafna ħin għax huma ma kinux jifhmu sew.  Allura, żied jgħid, anki aħna għandna nitolbuh: għallimna din it-tirq, dan l-għerf tal-qadi.  Dan l-għerf tal-umiltà. Dan l-għerf li nkunu tal-aħħar biex inservu lill-aħwa fil-Knisja.

Hu ikrah tara Nisrani lajk, persuna konsagrata, saċerdot, isqof, hu ikrah ħafna tara li dan irid iż-żewġ affarijiet: isegwi lil Ġesù u l-ġid, isegwi lil Ġesù u l-mondanità.  Din hi xhieda kuntrarja u tbiegħed lin-nies minn Ġesù.

Issa, nkomplu ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, temm il-Papa, filwaqt li naħsbu fil-mistoqsija ta’ Pietru: Tlaqna kollox.  Kif se tħallasna?  U niftakru fit-tweġiba ta’ Ġesù li l-prezz li jtina Hu jkun, li nkunu nixbħuh.  Din tkun il-paga, paga kbira: li aħna nsiru nixbħu lil Ġesù!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: