Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Papa Franġisku: @L-għaqda bejn l-Insara hija frott tal-grazzja@.

Il-Papa Franġisku: @L-għaqda bejn l-Insara hija frott tal-grazzja@.


Il-pjagi huma l-prezz li Ġesù ħallas biex il-Knisja tkun magħquda miegħu u m’Alla għal dejjem.  L-Insara tal-lum huma msejħin biex jitolbu l-grazzja tal-għaqda u jissieltu mhux kontra xulxin, imma biex bejnithom ma jidħlux l-ispirtu tal-firda, il-gwerra u l-għira.

Waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta l-Papa għamel omelija dwar it-talba Ewkaristika li nsibu fil-Vanġelu tal-lum: It-talba l-kbira li fiha Ġesù jitlob li “jkunu ħaġa waħda” kif Hu ħaġa waħda mal-Missier.

Quddiem it-tentazzjoni, qal Franġisku, m’għandniex inċedu lill-missier l-ieħor, missier il-gideb u l-firda.  Il-Papa daħal fl-ispirtu taċ-Ċenaklu u fil-qawwa tal-kliem ta’ Ġesù qabel ma’ mar għall-Passjoni.

Hu ta’ faraġ, osserva Franġisku, nisimgħu lil Ġesù jgħid lill-Missier li ma kienx qed jitlob biss għad-dixxipli tiegħu imma ukoll għal dawk li jemmnu fiH permezz tal-Kelma mwassla minnhom.

Din il-frażi smajnieha kemm-il darba, imma l-Papa talab ftit aktar attenzjoni fuq it-tifsira tagħha.

“Forsi m’aħniex attenti biżżejjed għal dan il-kliem:  Ġesù talab għalija!  Din hi għajn ta’ fiduċja: Hu jitlob għalija.  Jiena nimmaġina”, kompla Franġisku, “kif inhu Ġesù quddiem il-Missier fis-Sema.  Hu qed jitlob għalija, għalina.  U l-Missier x’jara?  Jara il-pjagi, il-prezz li ħallas għalina.  Ġesù jitolb għalina bil-pjagi tiegħu u b’qalbu miġrugħa jkompli jitlob għalina.”

Ġesù jitlob għall-għaqda fost il-poplu tiegħu, għall-Knisja.  Imma Ġesù jaf, afferma l-Papa Franġisku, li l-ispirtu tad-dinja hu spirtu ta’ firda, ta’ gwerra, ta’ għira, ta’ ġelożija anki fil-familji, anki fil-familji reliġjużi, anki fid-djoċesijiet, anki fil-Knisja kollha: din hi t-tentazzjoni l-kbira: dik li twassal għat-tqassis, li twassal biex tagħti t-tikketti, biex tittimbra lill-persuni.  Dawn huma atteġġjamenti, żied il-Papa, li din it-talba titlob li jitbarru.

Jeħtieġ  li nkunu ħaġa waħda kif inhuma ħaġa waħda Ġesù u l-Missier.  Din hi propju l-isfida li għandna aħna l-Insara: li ma nagħtux wisa’ għall-firdiet bejnietna, li ma nħallux l-ispirtu tal-firda, ‘il-missier il-gideb, jidħol bejnietna.  Infittxu dejjem l-għaqda.

Kulħadd jibqa’ kif inhu, imma nfittxu li ngħixu magħqudin.  Ġesù ħafrilek?  Hu jaħfer lil kulħadd.  Ġesù jitlob biex aħna nkunu ħaġa waħda.  U l-Knisja għandha bżonn kbir ta’ din it-talba għall-għaqda.

Fuq nota umoristika l-Papa Franġisku qal li l-Knisja ma żżommx magħquda bil-kolla, għax l-għaqda li jitlob minnha Ġesù hija grazzja li ġejja minn Alla u hija t-taqbida tagħna fid-dinja.

Irridu nagħmlu l-wisa’ għall-Ispirtu s-Santu – temm Franġisku – biex jittrasformana bħalma l-Missier hu ħaġa waħda fl-Iben.

Parir ieħor li ta Ġesù fil-jiem ta’ qabel ma ħalla d-dinja kien: ibqgħu fija.  Nitolbu din il-grazzja, li lkoll nibqgħu fih għax Hu jgħidilna ukoll għaliex irid dan minna:  Missier irrid li dawk li tajtni, ilkoll ikun miegħi fejn inkun jien.  Jiġifieri li dawn jibqgħu miegħi.

Li nibqgħu ma’ Ġesù fid-dinja jfisser li nkunu miegħu għax nikkontemplaw il-glorja tiegħu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: