Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-komunitajiet beżżiegħa u neqsin mill-ferħ mhumiex Insara

Il-komunitajiet beżżiegħa u neqsin mill-ferħ mhumiex Insara


Min jibża’ mhux liberu li jħares ‘il quddiem, qal il-Papa Franġisku waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta dalgħodu.  Il-biża’ u l-ferħ huma ż-żewġ kelmiet li jikkaratteriżżaw il-liturġija tal-lum.  Il-biża’ huwa atteġġjament li jagħmlilna l-ħsara.  Jipparaliżżana.  Persuna beżżiegħa ma tagħmel xejn u ma tafx x’għandha tagħmel.  Moħħa biss fiha nfisha biex ma jiġrilha xejn ħażin.  Il-biża jmexxik lejn egoċentriżmu, l-egoiżmu li jipparaliżża.  Nisrani beżżiegħ hu bniedem li ma fehemx liema hu l-messaġġ ta’ Ġesù.

Huwa għal din ir-raġuni li Pawlu jgħid: Tibżgħux.  Il-biża’ mhix atteġġjament tan-Nisrani, imma atteġġjament, biex ngħidu hekk, ta’ ruħ imjassra, mingħajr il-libertà li tħares ‘il quddiem, li toħloq xi ħaġa, li tagħmel il-ġid, ruħ li tgħid dejjem: le!  Le, għax tibża’ mill-periklu, minn dik, mill-oħra…. U dan hu vizzju għax il-biża’ ma jagħmilx ġid.

Allura ma rridux nibżgħu u għandna nitolbu l-grazzja tal-kuraġġ, il-kuraġġ li jibgħatilna l-Ispirtu s-Santu.

Jeżistu komunitajiet beżżiegħa li dejjem jaġixxu fiċ-ċert u jgħidu: le, ma nagħmlux hekk, dan ma jistax isir, ma nistgħux….  Donnu li fuq il-bieb ta’ barra għandhom miktub: no entry.  Ma jsir xejn minħabba l-biża’.

Meta tidħol f’komunità bħal din tħoss l-arja mniġġsa għax hija komunità marida.  Il-biża’ tmarrad il-komunità bħalma jmarradha wkoll in-nuqqas ta’ kuraġġ.

Irridu nagħmlu distinzjoni bejn il-biża’ u l-“biża’ t’Alla”.  Din tal-aħħar hija biża’ qaddisa, il-biża’ tal-adorazzjoni quddiem il-Mulej għax il-biża’ t’Alla hija virtù.  Imma l-biża’ t’Alla ma ċċekkinx, ma ddgħajjifx, ma tipparliżżax, anzi tmexxi ‘l quddiem lejn il-missjoni mogħtija mill-Mulej.

Il-kelma l-oħra hija “l-ferħ”.  Ħadd ma jista’ jeħdilkom il-ferħ tagħkom, jgħid Ġesù.  Fil-mumenti tal-akbar djieqa, fil-mumenti tat-tbatija, enfasiżża l-Papa, il-ferħ jissarraf f’paċi.

Iżda, divertiment fil-waqt tat-tbatija, joskura, isir dlam.  In-Nisrani mingħajr ferħ mhux Nisrani.  Nisrani li dejjem bil-geddum, mhux Nisrani.  U Nisrani li fil-waqtiet ta’ prova, fil-mard, fil-ħafna diffikultajiet, jitlef il-paċi, hu nieqes minn xi ħaġa.

Il-ferħ Nisrani mhux sempliċi divertiment, mhux allegrija li tgħaddi: il-ferħ Nisrani hu don, rigal tal-Ispirtu s-Santu. Ifisser li qalbek tkun dejjem ferħana għax il-Mulej rebaħ, il-Mulej isaltan, il-Mulej jinsab fuq il-lemin tal-Missier, il-Mulej ħares lejja u tani grazzja: għamilni iben il-Missier.  Dak hu l-ferħ Nisrani.  In-Nisrani jgħix fil-ferħ.

Għalhekk, komunità li m’għandhiex ferħ, żied jgħid il-Papa, hija komunità marida.  Forsi tista’ tkun komunità li tagħtik id-divertiment, imma tkum marida bil-mondanità għax m’għandhiex il-ferħ ta’ Ġesù Kristu.

Hekk, meta l-Knisja tkun beżżiegħa u meta l-Knisja ma tirċevix ill-ferħ tal-Ispirtu s-Santu, timrad, il-komunitajiet jimirdu, jimirdu l-fidili.

Il-Papa temm b’din it-talba: Mulej, erfgħana lejn Kristu li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, erfgħalna l-ispirtu tagħna.  Neħħi minna kull biża’ u tina l-ferħ tal-paċi.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: