Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Jiena Don Bosco!

Jiena Don Bosco!


Kitba ta’ Fr Mario Attard OFM Cap 

Id-dinja kollha tafni b’Don Bosco. Madankollu ommi u Missieri tawni isem: Giovanni. L-għeruq tiegħi huma foqra. Biss, f’qalbi, minn dejjem kelli xewqa kbira li mexxiet lil ħajti. Ix-xewqa li nsalva l-erwieħ! Ix-xewqa li nsir saċerdot!

Kemm kont ngħidlu lill-Mulej iljieli f’iljieli, kważi mingħajr ma’ norqod: Agħtini l-ewieħ u ħudli kollox! Illum ngħid li t-talba tiegħi semgħaha bil-kbir. Saħħa straordinarja qatt ma kelli. Iżda qalbi qatt ma kienet nieqsa mill-ferħ tas-sema. Ferħ li illum, fi żmiennkom, bħal fi żmieni, kulħadd qed jokrob għalih! Veru?

Jiena batejt bħalma tbatu intom. Tlift lil għażiż missieri meta kelli biss sentejn. Mela tistgħu taħsbu kemm ommi Margerita ħadmet fuq li ħadmet biex trabbi lili u lil żewġ ħuti subjien miegħi. Ta disa’ snin kelli ħolma. Niftakarni kont qalb ċorma tfal li kienu jitqietlu u jidgħu dagħa faħxi. Ippruvjat nagħmilhom ħbieb. L-ewwel li għamilt kien li nipprova inħabbibhom permezz tal-argumenti. Imbagħad, meta rajt li ma riedux jisimgħu bil-kelma t-tajba kont se narfa’ idejja fuqhom. F’daqqa u l-ħin dehritli mara misterjuża li qaltli: “Bil-ħlewwa, bil-ħlewwa … jekk tixtieq li tirbaħhom. Ħu l-għasluġ tiegħek ta’ ragħaj u mexxiehom lejn il-mergħa”. U meta din il-mara misterjuża bdiet titħaddet it-tfal l-ewwel saru annimali feroċi u mbagħad inbiddlu fi ħrief ħelwin. Minn hemm intbaħt li kien id-dmir tiegħi li mmexxi u ngħin lil tfal oħra.

Il-ħajra biex insir qassis kompliet tissaħħaħ fija tant li meta għalaqt is-16-il sena dħalt fis-seminarju ta’ Chieri. Għandi sallum nirringrazzja lill-Mulej kif, minkejja daqshekk faqar li kont ngħix fih, il-Mulej kien jipprovdieli biex ngħix. Is-sindku kien tani kappell. Persuna oħra mantell. U oħra par żarbun. Imbagħad, meta ġejt ordnat djaknu, is-superjuri xegħluli l-bozza l-ħadra biex nissokta ngħin lit-tfal bla dar u mwarrba.

Ebda warda bla xewka. Dawk il-mijiet ta’ tfal u żgħażagħ imwarrbin kienu prijorità f’ħajti. Minħabba fihom irreżenjajt mix-xogħol tiegħi ta’ viċi kappillan f’dar li l-Markiża Barolo kienet waqqfet apposta għalihom. Għad li kont se nibqa’ sejjer id-dinja l-oħra minħabba attakk kbir ta’ pnewmonite l-Mulej kellu pjaninijiet oħra għalija. Għall-għaxar snin l-għażiża ommi Margerita kienet l-id il-leminija għalija. Ommi kienet l-omm ta’ dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li kont inġibilha fl-Oratorju l-ġdid. Kont nibqa’ ħalqi miftuħ bil-provvidenza li kienet tidħol. Ma nafx kif inrexxieli nibni żewġt idjar u l-Knisja iddedikata lil San Franġisk de Sales, il-qaddis favorit tiegħi!

Minn dejjem kelli fiduċja fit-tjubija li hemm midfuna fiż-żgħażagħ. Darba ktibt hekk: “Ma niftakar qatt li xi darba qatt użajt xi kastig formali. U, bil-grazzja ta’ Alla, dejjem ksibt, anki minn tfal li għal uħud kienu disfatta, mhux biss dak li d-dmir kien jitlob imma dak li x-xewqa tiegħi xtaqet”. Kienet din l-imħabba lejn Ġesù li jbati anki fiż-żgħażagħ tagħna li wasslet lil uħud li jissieħbu miegħi f’dan ix-xogħol hekk siewi għall-Knisja u għas-soċjetà. Għalhekk mill-lejl tas-26 ta’ Jannar 1854, Jiena, Cagliero, Rocchetti, Artigli u Rua, il-kollaboraturi tiegħi f’dan ix-xogħol, iddeċidejna li nintrabtu permezz ta’ vot lil Alla. Kien minn dakinnhar li bdejna nissejħu Sależjani. Jiġifieri għal San Franġisk de Sales.

Mill-14 sat-18 ta’ Mejju l-fdalijiet tiegħi se jkunu f’Malta. Għalhekk lilkom, għeżież Maltin u Għawdxin, u speċjalment lilkom żgħażagħ, nixtieq ngħaddilkom dan il-messaġġ:

Tridu li sħabkom jirrispettawkom? Dejjem aħsbu fil-ġid fuq kulħadd. U kunu lesti li tgħinu lill-oħrajn. Agħmlu hekk u tkunu ferħana!

Kunu imberkin!

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: