Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > In-Nisrani mhux mażokist imma hu bniedem li jaf jissaporti t-tribulazzjonijiet bil-fiduċja.

In-Nisrani mhux mażokist imma hu bniedem li jaf jissaporti t-tribulazzjonijiet bil-fiduċja.


San Pawl hu persegwitat imma minkejja l-elf tribulazzjoni jibqa’ sod fil-fidi u jħeġġeġ lil sħabu biex jibqgħu jittamaw fil-Mulej.  Il-Papa Franġisku ħa spunt mill-pass tal-Atti tal-Appostli li nisimgħu fl-ewwel qari tal-liturġija tal-lum biex jirrifletti fuq tliet punti: it-tribulazzjonijiet, il-fiduċja, il-paċi.  Il-Papa afferma li biex nidħlu fis-saltna t’Alla bilfors irridu ngħaddu minn waqtiet mudlama u mumenti diffiċli.

Madankollu, wissa’ l-Papa, dan ma jfissirx atteġġjament ta’ sadomażokiżmu, imma hija t-taqbida tan-Nisrani kontra l-prinċep ta’ did-dinja li jagħmel minn kollox biex jifridna mill-Kelma ta’ Ġesù, mill-fidi, mit-tama.  L-Appostlu Pawlu, osserva l-Papa juża spiss il-frażi: nissaportu t-tribulazzjonijiet.

Li tissaporti hu xi ħaġa aktar milli tieħu paċenzja, għax timplika t-toqol tat-tribulazzjoni.  Il-ħajja tan-Nisrani tiltaqa’ ma’ dawn il-waqtiet.  Imma Ġesù jgħidilna: Dak il-ħin agħmel kuraġġ.  Jiena rbaħt u anki intom tkunu rebbieħa.  Din il-kelma hija d-dawl li jgħinna naffrontaw il-waqtiet l-aktar diffiċli ta’ ħajjitna, il-mumenti li jġegħluna nbatu.

Wara li ta dan il-parir il-Papa kompla jgħid li Pawlu organiżża dik il-Knisja, talab fuq il-presbiteri, qiegħed idejh fuqhom u afdahom f’idejn il-Mulej.  It-tieni kelma hi l-affidament”.  In-Nisrani jista’ jissaporti t-tribulazzjonijiet u anki l-persekuzzjoni meta jafda kollox f’Alla.  Hu biss jista’ jtina l-qawwa, il-perseveranza fil-fidi, it-tama.

Nafdaw kollox lil Alla: il-mument diffiċli, lili nnifsi, il-fidili tagħna, aħna s-saċerdoti, l-isqfijiet, nafdaw lill-Mulej il-familji tagħna, lil ħbiebha u ngħidu lill-Mulej: Ħu ħsiebhom, dawn tiegħek.  Dit-talba mhux dejjem nagħmluha, it-talba li nafdaw f’Alla: Mulej nafdalek dan,,, mexxi Int.  Din hija talba Nisranija sabiħa ħafna, l-atteġġjament tal-fiduċja fil-qawwa tal-Mulej, anki fit-tenerezza tal-Mulej li hu Missier.

Meta bniedem jagħmel din it-talba minn qalbu, allura jħoss li hi f’idejn żguri għax afdaha lilU.  Hu ma jiddeludi qatt.  It-tribolazzjoni, kompla jirrifletti l-Papa Franġisku, iġġegħelna nbatu, imma meta nafdaw fil-Mulej nimtlew bit-tama u minn hawn titnissel it-tielet kelma: il-paċi.

Franġisku fakkar dak li qal Ġesù meta sellem għall-aħħar darba lid-dixxipli: Inħallilkom is-sliem tiegħi, intikom is-sliem tiegħi.  Imma mhux sempliċi paċi, sempliċi trankwillità, imma paċi li tidħol fil-fond, li ttik il-qawwa, li ssaħħaħ dak li aħna llum tlabna lill-Mulej: issaħħa il-fidi tagħna u t-tama tagħna.

Tliet kelmiet: tribulazzjoni, fiduċja, paċi.  Fil-ħajja rridu ngħaddu mit-toroq tat-tribulazzjonijiet, imma dik hi regola tal-ħajja.  F’dawk il-mumneti nintelqu f’idejn il-Mulej u Hu jweġibna billi jnissel fina l-paċi.  Dan il-Mulej li hu Missier, iħobbna ħafna u ma jiddeludina qatt.  Issa nkompla ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija mal-Mulej u nitolbuH isaħħaħ il-fidi tagħna u t-tama tagħna.  Nitolbuh itina l-fiduċja li nirbħu t-tribolazzjonijiet għax Hu rebaħ id-dinja, u biex itna lkoll il-paċi tiegħu, temm il-Papa Franġisku.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: