Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Predikatur għalliem

Predikatur għalliem


Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Illum donnok tibża’ issemmi l-kelma omelija. Aħseb u ara l-kelma predikatur! Uħud, forsi għal raġunijiet validi wkoll, ma jifilħux jisimgħu prietki ! Aħseb u ara prietki fit-tul! Madankollu anki illum, fejn ħajjitna saret suq ħa mmorru, għadek issib nies li jgħidulek: “Meta jipprietka t-tali ma nkunx nixtiequ jispiċċa. Kemm jipprietka bis-sens!”

Anki fil-Kristjaneżmu tal-ewwel sekli seħħet l-istess ħaġa. Kien hemm predikatur li kien iħollok b’dak li jgħid. Kellu ċerta teknika u anki spiritu kif l-affarijiet jesprimihom fil-prietki tiegħu. U dan ix-xi ħadd m’hu ħadd għajr l-għaref u duttur tal-Knisja Santu Wistin, l-Isqof ta’ Ippona.

Il-predikazzjoni ta’ Santu Wistin fir-raba’ seklu kienet klassi għaliha. Minbarra li kien jaf sewwa is-suġġetti li kien jippriedka Wistin kien kalamita għall-udjenzi li kellu quddiemu. Li Wistin kien predikatur imfittex ma jlumu ħadd. Fil-fatt, kulfejn kien imur, kien jispiċċa jiġi mistieden biex jerġa’ iżur il-post ħalli jipprietka hemm. Minħabba li kien uman, bħali u bħalek, u kien jgħejja, mhux l-ewwel darba li ilmenta minn dan il-fatt. Ma ninsewx li l-prietki tiegħu kienu jtulu ħafna ħin. Iżda, minkejja daqshekk ħin, l-miġemgħa kienet tibqa’ imsaħħra b’dak li kien joħroġ minn fommu. Mhux l-ewwel darba li Wistin, meta kien isir il-ħin, kien jipprova jikkonvinċi lin-nies biex jirriturnaw lura lejn djarhom ħalli jieħdu ħsieb il-familji tagħhom. Iżda mhux dejjem kien jirnexxilu jipperswadiehom. Xi minn daqqiet il-miġemgħa kienet tibda’ tkanta b’mod repetittiv “aktar … aktar”. U allura t-twajjeb Isqof kien ikollu jissokta jipprietka l-omelija tiegħu.

Is-suġġetti li fuqhom tant kien iħambaq fl-omeliji tiegħu kienu juru kemm, bħala Isqof, Santu Wistin mhux biss kellu saqajh mal-art imma wkoll kien f’kuntatt kontinwu ma’ dak li kien qiegħed iseħħ fil-Knisja u fis-soċjetà ta’ Ippona. Suġġett tal-predikazzjoni li kien ħafna għall-qalb Santu Wistin u li joħroġ ċar mill-predikazzjoni tiegħu kien dak dwar is-setgħa u l-faqar. Skont Wistin is-setgħa tfisser dejjem servizz. Qadi. Dan l-għaliex il-Mulej ma xtaqx li bniedem wieħed jaħkem jew jaħqar lil ħutu l-bnedmin. Fl-omelija 58 Wistin isemmi t-Talba tal-Mulej bħala prova ta’ dak li kien qiegħed jgħid:

“Il-kelmiet tal-ftuħ ta’ din it-talba huma: Missierna, li inti fis-smewwiet (Mt 6,9), aħna sibna Missier fis-sema; ejjew noqogħdu attenti kif se ngħixu fl-art. Żgur li n-nies li sabu Missier bħal dan jeħtieġilhom jgħixu b’mod li jixirqilhom jiġu fil-wirt li ħejja għalihom. Issa ngħidu Missierna ilkoll flimkien. X’ġenerożità dik li tilqa’ lil kulħadd! L-imperatur jgħidha. Jgħidha wkoll il-fqir. Jgħidha wkoll l-ilsir. Jgħidha wkoll sidu. Ilkoll jgħiduha flimkien, Missierna, li inti fis-smewwiet. Għalhekk huma jinħtieġilhom jirrejalizzaw li huma ilkoll aħwa. Ġaladarba ilkoll għandhom Missier wieħed. Is-sid m’għandux iżeblaħ lill-ilsir biex jiksbu bħala ħuħ u li għalih il-Mulej Ġesù kien lest li jiksbu bħala ħuħ”.

Wistin, bħall-oraturi Kattoliċi ta’ żmienu, uża l-kapaċitajiet retoriċi li kellu biex bihom iwassal il-Kelma ta’ Alla lill-Insara ta’ żmienu. U meta r-retorika saret il-qaddejja tal-predikazzjoni tal-Kelma ta’ Alla ma baqgħetx sempliċiment tpaxxi l-widna (delectare) tas-semmiegħa tal-prietka. Le! Ħadet ir-rwol wisq aktar nobbli u meħtieġ li tgħallem (docere) u tħajjar (movere) lill-ġmiegħi biex tippersawdiehom ħa jaċċettaw minn qalbhom lil Ġesù Kristu u l-messaġġ fejqani tiegħu. Eżempju mill-isbaħ ta’ dan huwa l-omelija fuq Salm 49, 17. Fiha Santu Wistin jgħid: “L-għaliex għandi nistaqsikom dwar ħwejjeġ li jiena nnifsi ħlaqt? Dak li intom għandkom tajtulkom jien. Ma jmissx dan lili li ħlaqtu aktar milli lilkom? … Jekk int il-qaddej tiegħi dak kollu li għandek huwa tiegħi”.

Madankollu Wistin jisħaq: “Il-bnedmin m’għandhom qatt jiġu maħbuba bħala oġġetti li jiġu ikkunsmati iżda, fuq l-eżempju tal-ħbiberija u r-rieda tajba, jmexxuna biex nagħtu lil dawk li nħobbu. U jekk m’hemm xejn li aħna nistgħu nagħtu r-rieda tajba waħidha hija biżżejjed għall-maħbub” (Kummentarju fuq l-Ewwel Ittra ta’ Ġwanni 8,5). F’omelija oħra li fiha Santu Wistin jinħass aħrax mal-membri għonja tal-komunità Nisranija tiegħu huwa wasal biex issuġġerilhom li jmorru ċ-ċimiterju, isibu qabar miftuħ u, fil-waqt li jaraw il-fdalijiet tal-iġsma, jaraw jirnexxilhomx jagħrfu ta’ min kienu dawk il-fdalijiet. Jiġifieri jekk kienux ta xi persuna għanja. Inkella ta’ persuna fqira.

Mit-8 sal-10 t’April, f’waħda mill-lukandi lokali, inżammet konferenza internazzjonali li fiha tlieta u għoxrin studjuż ta’ fama mondjali ġew f’pajjiżna u studjaw is-suġġett tal-predikazzjoni f’Santu Wistin. Din l-inizjattiva nobbli seħħet bl-istedina u t-tħabrik tal-Provinċja Agostinjana Maltija. Dawn it-tlieta u għoxrin espert fuq Sant Wistin studjaw u iddiskutew flimkien xi aspetti speċifi u modi kif Santu Wistin ħabbar il-Kelma ta’ Alla permezz tal-prietki tiegħu. Il-qalba tal-eżerċizzju tagħhom f’dawn it-tlett ijiem kien dak li jpoġġu l-predikazzjoni ta’ Santu Wistin f’qafas usa’ ta xi prietki oħra ta’ Missirijiet il-Knisja fl-Afrika ta’ Fuq fir-raba u l-ħames seklu.

Santu Wistin għallimna li prietka għandha tgħallem u tħajjar lin-nies għal Ġesù Kristu. Mela taqbel miegħi li għadu jgħodd ħafna għalina illum! Jekk trid li Santu Wistin, il-Predikatur għalliem, jgħinek fil-formazzjoni tiegħek għaliex ma tikkuntatjax lill-Istitut Agostinjan, PO Box 61 Imsida PO MSD1000? Tista’ iċċempel ukoll lid-Direttur, Patri Salvino Caruana OSA fuq 21249407-99402102. Jew lis-segretarja: 21313644 – 99450099.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: