Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Papa Franġisku: “Niftakru dejjem fil-laqgħa tagħna ma’ Ġesù li bidlitilna ħajjitna”.

Il-Papa Franġisku: “Niftakru dejjem fil-laqgħa tagħna ma’ Ġesù li bidlitilna ħajjitna”.


Ġesù qatt ma jinsa l-jum li fih ikun iltaqa’ magħna l-ewwel darba.  Nitolbu l-Mulej biex itina l-grazzja tal-memorja ħalli niftakru dan il-jum, dejjem.  Dan kien l-awgurju tal-Papa Franġisku waqt l-omelija tal-quddiesa fid-Dar Santa Marta dalgħodu.

Il-mod li Ġesù jagħżel biex jibdel il-ħajja tal-bniedem hi l-laqgħa.  Eżempju klassiku ta’ dan huwa Pawlu ta’ Tarsu, il-persekutur tal-insara li xħin wasal Damasku kien diġà sar Appostlu.  Il-Papa Franġisku għamel riflessjoni dwar dan l-episodju ċelebri li ttina l-liturġija tal-lum biex jimraħ fuq il-ħafna epsiodji ta’ laqgħa li nsibu rakkunatati fil-Vanġeli.

Il-Papa tkellem dwar “l-ewwel laqgħa ma’ Ġesù, dik li tbiddel il-ħajja ta’ min ikun fil-preżenza tiegħU:  Ġwanni u Indrì, li jibqgħu sa filgħaxija flimkien mal-Mulej, Xmun, li mill-ewwel isir “blata” tal-komunità l-ġdida u mbagħad is-Sammaritana, il-lebbruż li jmur lura jiżżi ħajr lill-Mulej għall-fejqan, il-mara marida bit-tnixxija tad-demm li fieqet għax missiltu l-mantell….

Laqgħat deċisivi li għandhom iġegħelu lin-nisrani jibqa’ jiftakar dejjem l-ewwel kuntatt li kellu ma’ Ġesù, qal Franġisku.

Hu ma jinsa qatt, imma aħna ninsew il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù.  Dan ikun “homework” tajjeb, li naħsbu: Imma meta ħassejt bis-serjetà lill-Mulej qrib tiegħi?  Meta ħassejt li kelli nibdel ħajti jew li nsir aktar tajjeb jew li naħfer lil xi persuna?  Meta ħassejt lill-Mulej jitlob xi ħaġa minni?  Meta ltqajt mal-Mulej?

Il-fidi tagħna hi laqgħa ma’ Ġesù.  Dan hu l-qofol tal-fidi: jien iltqajt ma’ Ġesù kif naqraw li għamel Sawlu fis-silta mill-Atti tal-Appostli li qrajna llum, osserva Franġisku.

Ninterpellaw lilna nfusna bis-serjetà, issuġġerixxa l-Papa billi nistaqsuH: Meta għidtli xi ħaġa li bidlitli ħajti jew meta stedintni biex nagħmel pass ‘il quddiem f’ħajti?

Din hi talba sabiħa u nirrikmanda li tagħmluha kuljum.  U meta tifakar, ifraħ b’dik it-tifkira li hi tifkira ta’ mħabba.  “Homework” ieħor sabiħ hu li taqbad f’idejk il-Vanġelu u taqra tant stejjer li fihom issib kif Ġesù ltaqa’ man-nies, kif jagħżel lill-Appostli.  Forsi xi wieħed minn dawk ir-rakkonti jixbaħ lil tiegħi.  Kull wieħed u waħda minnha għandna l-episodju partikolari tagħna.

U ma ninsewx lanqas, kompla l-Qdusija Tiegħu, li għal Kristu, il-ħbiberija li għandu magħna, hi ħbiberija privileġġjata, relazzjoni ta’ mħabba ta’ persuna ma’ oħra.

Nitolbu, temm il-Papa, il-grazzja tal-memorja.  “Meta, Mulej, seħħet dik il-laqgħa, dik l-ewwel imħabba?  B’hekk ma nisimgħux dik iċ-ċanfira li l-Mulej jagħmel fl-Apokalissi: Dan għandi kontrik, li inti nsejt l-ewwel imħabba.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: