Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-martri jgħinuna biex il-fidi ma nittrasformawhiex f’poter.

Il-martri jgħinuna biex il-fidi ma nittrasformawhiex f’poter.


It-testimonjanza tal-martri tgħinna biex ma naqgħux fit-tentazzjoni li l-fidi nittrasformawha f’poter.  Stqarrija oħra qawwija mill-Papa Franġisku waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta dalgħodu.

Fir-riflessjoni dar il-Vanġelu tal-ġurnata li fih naraw il-folla tfittex lil Ġesù wara l-miraklu tat-tkattir tal-ħobż u l-ħut “mhux minħabba l-isgħaġib reliġjuż li jressqek lejn Alla imma minħabba interessi materjali, il-Papa Franġisku osserva li fil-fidi hemm ir-riskju li ma nifhmux il-vera missjoni tal-Mulej: dan jiġri meta aħna napprofittaw ruħna minn Ġesù u ftit ftit niżżersqu lejn “il-poter”.

Dan hu atteġġjament li nsibuh diversi drabi fil-Vanġeli, tant nies li jmorru wara Ġesù għall-interess.  Anki fost l-Appostli: ulied Żebedew riedu jsiru “prim ministru u ministru tal-ekonomija”, jiġifieri fittxew il-poter.  Kemm tiddallam dik id-dilka li għandna biex inwasslu l-aħbar it-tajba lill-foqra, il-ħelsien lill-priġunieri, id-dawl lill-għomja, il-libertà lil magħkusin meta din tinbidel f’xi għamla ta’ poter!

Din it-tentazzjoni minn dejjem kienet: dik li aħna ngħaddu minn stgħaġib reliġjuż tal-laqgħa ta’ Ġesù magħna, u nispiċċaw biex napprofittaw ruħna minnha.

Din kienet l-istess proposta li għamel ix-xitan lil Ġesù waqt it-tentazzjonijiet.  Waħda fuq il-ħobż, l-oħra fuq l-ispettaklu: Ejja nagħmlu spettaklu u n-nies kollha jibdew jemmnu fik!.  U t-tielet waħda, l-apostasija: jiġifierei l-qima lill-idoli.

Din hija tentazzjoni li n-nisrani jħabbat wiċċu magħha kuljum, aħna lkoll li niffurmaw il-Knisja: mhix it-tentazzjoni tal-poter, tal-qawwa tal-Ispirtu s-Santu imma t-tentazzjoni tal-poter tad-dinja.  B’hekk niżżersqu lejn dik il-bruda reliġjuża li tressaqna lejha l-mondanità.  Dik il-bruda li tikber, tikber u tispiċċa ssir atteġġjament li Ġesù jsejjaħlu “ipokrisija”.

B’dal-mod insiru nsara tal-isem, afferma Franġisku, insara ta’ atteġġjament estern imma b’qalb li moħħa fl-interessi, kif jgħid Ġesù: Fil-verità ngħidilkom li qed tifttxuni mhux għax rajtu s-sinjali imma għax kiltu dak il-ħobż u xbajtu.  Din hi t-tentazzjoni li tmexxina lejn il-mondanità, lejn il-poter u b’hekk tiddgħajjef fina l-fidi, il-missjoni u tiddgħajjef ukoll il-Knisja.

Il-Mulej iniggiżna bix-xhieda tal-qaddisin, bix-xhieda tal-martri li ta’ kuljum iħabbrulna li t-triq ta’ Ġesù hi t-triq tal-missjoni tiegħu: li nħabbru s-sena tal-grazzja.  In-nies tifhem iċ-ċanfira ta’ Ġesù u tistaqsih:  X’irridu nagħmlu biex inwettqu l-opra t’Alla?  U Ġesù jwieġeb: Din hi l-opra t’Alla: li temmnu f’dak li Hu bagħat, cioè li jkollkom il-fidi fiH u mhux f’dawk l-affarijiet li fl-aħħar mill-aħħar ibegħdukom minnu.  Din hi l-opra t’Alla: li temmnu f’dak li Hu bagħatilkom, li temmnu fiH.

Il-Papa Franġisku temm l-omelija b’din it-talba: Jalla l-Mulej itina l-grazzja li nistgħaġbu bil-laqgħa tagħna miegħu u jgħinna biex ma naqgħux fl-ispirtu tal-mondanità, jiġifieri dak l-ispirtu li, moħbi, wara jew taħt kisja kristjaneżimu, jwassalna biex ngħixu ta’ pagani.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: