Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > “Il-Knisja m’għandhiex taħżen il-ġid imma għandha tamministrah b’ġenerożità”, il-Papa Franġisku

“Il-Knisja m’għandhiex taħżen il-ġid imma għandha tamministrah b’ġenerożità”, il-Papa Franġisku


Komunità mwielda mill-ġdid mill-Ispirtu s-Santu tfittex l-armonija u tieħu paċenzja bit-tbatija.  Waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta dalgħodu l-Papa Franġisku għamel din l-affermazzjoni filwaqt li wissa lill-Insara li m’għandhomx jaħżnu r-rikkezzi imma jqegħduhom għas-servizz ta’ min hu fil-bżonn kif kienet tagħmel il-komunità immexxija mill-Appostli.

Liema frott iġib l-Ispirtu s-Santu f’komunità?  Il-Papa Franġisku għamel omelija dwar is-silta mill-Atti tal-Appostli li tiddeskrivi l-ħajja tal-ewlenin Insara.

Hemm żewġ sinjali ta’ twelid ġdid fil-komunità, qal il-Papa.  L-ewwel wieħed hu l-armonija.  Il-komunità mwielda mill-ġdid, jew dik magħmula minn min jitwieled mill-ġdid fl-Ispirtu, għandha l-grazzja tal-għaqda, tal-armonija.  L-uniku li jista’ jtina l-armonija huwa l-Ispirtu s-Santu għax Hu armonija flimkien mal-Missier u mal-Iben, huwa nnifsu hu r-rigal li jnissel l-armonija.

It-tieni sinjal hu l-ġid komuni.  Jiġifieri: ħadd minnhom ma kien fil-bżonn, ħadd ma kien iqis li l-ġid li kellu kien tiegħu personali, kollox kien għas-servizz tal-komunità.  Veru li wħud kienu sinjuri imma kienu jaqdu lill-komunità.  Dawn huma ż-żewġ sinjali ta’ komunità li tgħix bl-Ispirtu.

Dan, osserva l-Papa, hu pass kurjuż għax mill-ewwel jibdew il-problemi fi ħdan il-komunità, per eżempju, id-dħul ta’ Ananija u Safira li jippruvaw iqarrqu bil-komunità.

Dawn huma s-sidien tal-benefatturi li jersqu lejn il-Knisja, jindaħlu biex jgħinuha għall-interessi tagħhom, mhux hekk?  Imbagħad hemm il-persekuzzjonijiet li kien diġà ħabbar Ġesù – l-aħħar Beatitudni ta’ Mattew: Imberkin intom meta jinsultawkom, jippersegwitawkom minħabba fija… ifirħu!  U naqraw b’tant persekuzzjonijiet ta’ din il-komunità.  Ġesù dan iwiegħdu, iwiegħed tant affarijiet sbieħ: il-paċi, l-abbundanza…. Ikollkom mitt darba aktar meta jippersegwiatwkom.

Fl-ewwel komunità mwielda mill-Ispirtu – fakkar Franġisku – hemm dan: il-faqar, il-ġid komuni imma l-probemi wkoll, minn ġewwa u minn barra.  Problemi minn ġewwa bħal dik il-koppja ta’ negozjanti, u minn barra, il-persekuzzjonijiet, għax huwa n-nar li jippurifika d-deheb.

U l-komunità imwielda mill-ġdid mill-Ispirtu s-Santu tkun purifikata propju fost id-diffikultajiet u l-persekuzzjoni.  Hemm  għalhekk it-tielet sinjal ta’ komunità mwielda mill-ġdid: il-paċenzja li tissaporti, tissaporti l-probelmi, id-diffikultajiet, it-tqassis, il-kalunnji, il-mard, it-tbatija tat-telfa ta’ xi ħadd għażiż.

Il-komunità Nisranija, afferma mill-ġdid il-Papa, turi li reġgħet twieledet mill-Ispirtu s-Santu, meta hi komunità li tfittex l-armonija, mhux il-firda interna; meta tfittex il-faqar mhux li taħżen il-ġid għaliha, għax il-ġid qiegħed hemm biex ikun ta’ servizz.  U meta ma timteliex bir-rabja mill-ewwel quddiem id-diffikultajiet u tieħu għaliha, imma jkollha l-paċenzja bħalma kellu Ġesù.

F’din it-tieni ġimgħa tal-Għid, li fiha qed niċċelebraw dawn il-misteri, jagħmlilna tajjeb naħsbu ftit dwar il-komunitajiet tagħna, kemm djoċesani kif ukoll, parrokkjali, familjari u tant oħrajn, u nitolbu l-grazzja tal-armonija, li hi xi ħaġa li tmur ‘l hinn mill-għaqda, l-armonija li hi don tal-Ispirtu s-Santu. Nitolbu l-grazzja tal-faqar, mhux tal-miżerja, tal-faqar.  Imma dan xi jfisser?  Ifisser li jien namministra tajjeb dak li għandi għall-ġid komuni u bil-ġenerożità u nitlob il-grazzja tal-paċenzja…. tal-paċenzja, tenna l-Papa.

Il-Mulej, spiċċa jgħid, jgħinna nifhmu lkoll li aħna mhux individwalment biss irċevejna din il-grazzja fil-Magħmudija, il-grazzja li nitwieldu mill-ġdid fl-Ispirtu, imma l-komunitajiet tagħna wkoll.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: