Home > Ġublew tal-Ħniena > Tagħrif dwar il-Ġublew tal-Ħniena 2015 – 2016

Tagħrif dwar il-Ġublew tal-Ħniena 2015 – 2016


Fit-13 ta’ Marżu 2015, waqt iċ-ċelebrazzjoni penitenzjali fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Papa Franġisku ħabbar Sena Mqaddsa straordinarja li tkun il-Ġublew tal-Ħniena. Dakinhar kien it-tieni anniversarju mill-elezzjoni tal-Papa Franġisku bħala suċċessur tal-Appostlu Pietru.

  • Il-Ġublew tal-Ħniena jibda fit-8 ta’ Diċembru 2015, solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Dakinhar jaħbat il-ħamsin anniversarju mill-għeluq tal-Konċilju Vatikan II.
  • Il-Ġublew jintemm fl-20 ta’ Novembru 2016, solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu u wiċċ ħaj tal-ħniena tal-Missier.
  • Din is-Sena ġiet fdata mill-Papa Franġisku f’idejn il-Verġni Marija, Omm il-Ħniena biex hija tixħet ħarsitha fuqna u tħares il-mixja penitenzjali tagħna.
  • L-organizzazzjoni tal-Ġublew tħalliet fidejn il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni Ġdida, biex jista’ jippreżentah bħala tappa ġdida fil-mixja tal-Knisja fil-missjoni tagħha li twassal lil kull bniedem il-Vanġelu tal-ħniena.
  • Matul il-Ġublew, il-qari tal-Ħdud ta’ matul is-Sena jkunu mill-Vanġelu ta’ Luqa, imsejjaħ l-Evanġelista tal-Ħniena.
  • It-tħabbira uffiċjali u solenni tas-Sena Mqaddsa issir permezz tal-qari u l-publikazzjoni tal-Bolla Papali, li jsir maġenb il-Porta Santa. Dan isir il-Ħadd, 12 ta’ Marzu 2015, li jkun it-Tieni Ħadd tal-Għid u festa tal-Ħniena Divina.
  • Fl-antik, il-Poplu Lhudi kien jiċċelebra s-Sena tal-Ġublew kull 50 sena. Skont il-Levitiku l-iskjavi u l-priġunieri kienu jiġu meħlusa, id-djun maħfura u l-ħniena ta’ Alla tkun murija b’mod speċjali. [Levitiku 25:8-23]

[Lev:25:8] “Mbagħad tgħodd seba’ ġimgħat ta’ snin, seba’ snin għal seba’ darbiet, li jġibu disgħa u erbgħin sena. [Lev:25:9] U ddoqq it-tromba fl-għaxra tas-seba’ xahar, f’jum l-espjazzjoni, u ssemmgħu t-trombi ma’ artkom kollha. [Lev:25:10] Tqaddsu intom il-ħamsin sena u tniedu  l-ħelsien fl-art lil kull min jgħammar fiha. Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġa’ għal li kellu u għal ma’ niesu.[Lev:25:11] Tkun għalikom il-ħamsin sena, is-sena tal-ġublew; la tiżirgħu u lanqas taħsdu milli tnibbet l-art, u anqas tiġbru l-għeneb mid-dwieli bla żbir. [Lev:25:12] Għax hu żmien il-ġublew, żmien li għandkom tqaddsu, u tieklu mir-raba’ dak li trodd l-art.

  • Il-Knisja Kattolika bdiet tfakkar is-Sena tal-Ġublew fl-1300 meta l-Papa Bonifaċju VIII kien ħabbar ġublew kull seklu. Imma fl-1475, bl-iskop li kull ġenerazzjoni tkun mogħtija l-possibiltà tal-anqas il-ġublew wieħed, allura dan beda jiġi mfakkar kull 25 sena.
  • Ġublew straordinarju, bħal dak imħabbar mill-Papa Franġisku jsir f’okkażjonijiet ta’ importanza speċjali.
  • Il-Knisja Kattolika riedet li s-Sena tal-Ġublew jkollha tifsira aktar spiritwali minn dik li kellha għall-Poplu Lhudi. Tikkonsisti f’maħfra ġenerali, indulġenza miftuħa għall-kulħadd, u l-possibiltà ta’ tiġdid tar-rapport tan-nisrani ma’ Alla u mal-proxxmu.  Għalhekk is-Sena tal-Ġublew trid tkun opportunità ta’ approfondiment tal-fidi u biex il-ħajja nisranija tkun mgħejxa b’aktar xhieda awtentika.
  • Ir-rit tal-bidu tas-Sena tal-Ġublew ikun jikkonsisti fil-ftuħ tal-Porta Santa li fi snin oħra dan jinżamm dejjem magħluqa. Dan ir-rit jissimbolizza li matul din is-Sena tal-Ġublew, l-insara qed ikunu mogħtija passaġġ ieħor straordinarju fil-mixja spiritwali tagħhom.
  • Hemm Porta Santa fl-erba’ bażiliċi l-kbar ta’ Ruma: dik ta’ San Pietru, f’San Ġwann fil-Lateran, f’San Paolo fuori le mura, u f’Santa Maria Maggiore.
  • Għall-Papa Franġisku, il-ħniena hija t-tema li huwa kien għażel għalih bħala Isqof u li żamm ukoll meta inħatar Papa. “Miserando atque eligendo”. Hija meħuda minn omelija ta’ San Beda li meta jikkumenta dwar l-passaġġ mill-Vanġelu dwar is-sejħa ta’ San Mattew jikteb, Ġesù ħares lejn dan il-Publikan (allura meqjus midneb publiku) b’ħarsa ta’ mħabba u għażlu waqt li qallu, “Imxi warajja”.
  • Il-Papa Franġisku jsemmi regolarment it-tema tal-ħniena fl-omeliji, diskorsi, u kitbiet tiegħu.  Fl-Evangelii Gaudium biss din tidher madwar 31 darba.
  • Ara d-dati meta kien hemm Sena tal-Ġublew u min kienu l-papiet dakinhar. [klikkja]
Categories: Ġublew tal-Ħniena
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: