Home > Ġenerali > Il-Jiem Imqaddsa tal-Fidwa mal-Ikona tas-Salib ta’ San Damjan

Il-Jiem Imqaddsa tal-Fidwa mal-Ikona tas-Salib ta’ San Damjan

Patri Mario Attard OFM Cap

F’dawn il-jiem imqaddsa, jiem li fihom nirriflettu u niċċelebraw bil-għan li ngħixu l-messaġġ tal-Fidwa tagħna l-bnedmin minn Ġesù Kristu, ħsibt li nħallu l-arti stess twassalna għal din ir-rejaltà ewlenija f’ħajjitna. Kif kien qal il-Papa Emeritu Benedittu XVI, nhar il-31 t’Awwissu 2011, quddiem folla ta’ 5,000 ruħ li nġabret bi ħġarha fir-residenza tas-sajf tiegħu f’Castel Gandolfo, daqs 15-il mil fin-naħa t’isfel ta’ Ruma, “l-arti għandha l-ħila tikxef il-bżonn tagħna li immorru lil hinn minn dak li naraw. Hija tirrevela l-għatx tagħna għas-sbuħija infinita, għal Alla”. Imnebbaħ mill-kliem dehni ta’ dan il-Papa kbir, li kellu mħabba kbira lejn l-arti, u kif ukoll għaliex jien Patri Franġiskan, ħsibt li nipproponilkom it-tifsira artistika u spiritwali tas-Salib ta’ San Damjan.

Is-Salib ta’ San Damjan huwa dak li quddiemu San Franġisk kien qiegħed jitlob meta irċieva l-kmand mill-Mulej biex jibnilu l-Knisja tiegħu mill-ġdid. Is-Salib oriġinali illum jinsab fil-Bażilika ta’ Santa Klara f’Assisi. Il-Franġiskani kollha jgħożżu dan is-salib bħala s-simbolu tal-missjoni tagħhom minn Alla. Is-salib huwa magħruf ukoll bħala salib ikona.

It-tradizzjoni ta’ slaleb bħal dawn bdiet fil-Knisja tal-Lvant u ġiet meħuda mill-monaċi Serbi għar-reġjun tal-Umbrija fl-Italja. Is-Salib ta’ San Damjan kien wieħed minn numru ta’ slaleb li ġew impittra b’figuri simili tul is-seklu 12 fl-Umbrija. L-isem tal-pittur m’huwiex magħruf. L-għan tal-ikona salib kien li jgħallem it-tifsira tal-ġrajja li tkun ġiet impittra fuqu u b’hekk il-fidi tal-poplu tkun imsaħħa. Ħafna mill-letteratura fuq is-suġġett wieħed jista’ jsibha bl-ilsien Taljan jew Franċiż.

L-istorja tal-Kurċifiss ta’ San Damjan

Kif diġà għedna artist mhux magħruf pitter il-Kurċifiss Ikona fis-seklu 12. Xi studji jgħidulna li f’dan is-Salib hemm influwenza qawwija Sirjana. Fil-fatt l-istorja tgħidilna li f’dawn l-inħawi kien hemm xi monaċi mis-Sirja. Is-Salib huwa mpitter fuq l-injam. Is-Salib huma madwar 190 ċentimetru għoli, 120 ċentimetru wiesa’ u 12-il ċentimetru oħxon. X’aktarx li ġie impitter għall-knisja ta’ San Damjan biex jitwaħħal fuq l-Altar. Dan l-għaliex is-Santissimu Sagrament ma kienx ippreservat fi knejjes li ma kienux parroċċi f’dawk iż-żminijiet. Dan kien speċjalment il-każ ta’ dawk il-knejjes li sfaw abbundanti u mwarrba bħalma nafu li kienet il-knisja ta’ San Damjan. Meta fl-1257 il-Klarissi ħallew San Damjan u marru fil-Knisja ta’ San Ġorġ huma ħadu l-Kurċifiss magħhom. Huma irnexxielhom jippreservaw is-salib għal aktar minn 700 sena. Fil-Ġimgħa Mqaddsa tal-1957 is-salib ġie muri għall-ewwel darba lill-pubbliku fuq l-Altar il-ġdid tal-Kappella ta’ San Ġorġ fil-Bażilika ta’ Santa Klara t’Asssi. Illum dan is-Salib huma meqjum minn dawk kollha li jżuru l-Bażilika ta’ Santa Klara.

L-Ikona ta’ Kristu Ittrasfigurat

Għall-Insara tal-Lvant l-ikona hija rappreżentazzjoni ta’ Alla l-ħaj. Għalihom li wieħed ikun fil-preżenza ta’ ikona jfisser li wieħed ikollu laqgħa personali mas-sagru permezz tal-grazzja tal-Ispirtu s-Santu. Għalhekk l-Ikona ta’ San Damjan hija opportunità għall-laqgħa personali ma’ Kristu Ittrasfigurat, ma’ Alla magħmul bniedem. Il-Kurċifiss preżenti jħaddan fih l-istorja tal-mewt, il-qawmien u t-tlugħ fis-sema. Huwa jfisser b’mod totali u universali l-Misteru tal-Għid ta’ Kristu. Dan il-Kurċifiss, fil-majestà serena tiegħu, juri l-preżentazzjoni tal-Vanġelu skont San Ġwann. F’dan il-Vanġelu l-mewt ta’ Kristu hija ippreżentata fid-dimensjonijiet salvifiċi tagħha. M’hijiex sorprendenti li San Franġisk safa imsaħħar minn din l-Ikona u li l-ispirazzjoni għal ħajtu ġiet minn dan Kristu li qallu: “Mur u sewwi l-Knisja tiegħi … ”

Il-Figura ċentrali ta’ Kristu

Il-figura ċentrali tal-Ikona hija Kristu. U dan mhux biss l-għaliex l-għamla tiegħu hija relattivament kbira. Imma wkoll l-għaliex il-figura ta’ Kristu hija waħda imdawla li tiddomina x-xena u qiegħdha tagħti d-dawl lill-figuri l-oħra. “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja” (Ġw 8:12). Kristu jinstab wieqaf u mhux imdendel mas-salib. Għajnejn Ġesù jinsabu miftuħa. Għaliex qiegħed iħares lejn id-dinja li hu feda. Huwa ħaj. L-etern. Il-velu ta’ madwar qagħadt Ġesù hija tal-għażel. Dan is-simbolu juri li Ġesù huwa kemm il-Qassis il-Kbir u anki l-Vittma. Sidru, gerżumtu u għonqu huma mpittra b’qawwa kbira. Dan l-artist għamlu biex jissimbolizza lil Ġesù li jagħti lid-dixxipli tiegħu l-qawwa li joħolqu mill-ġdid (ara Ġw 20:23). Ġesù nefaħ fuq id-dixxipli tiegħu (ara Ġw 20:22). Il-kelma Griega li juża’ l-evanġelista Ġwanni tfakkarna fil-mument tal-Ħolqien (ara Ġen 2:7).

Id-dell fuq il-wiċċ ta’ Ġesù huwa imkabbar mill-fatt li d-dijadema (l-awreola) u l-wiċċ huma mqabbża ‘l barra mill-ikona oriġinali. Din it-teknika turi li l-umanità ta’ Kristu tgħatti l-veru glorja tal-Kelma. Wara d-dirgħajn miftuħa u msallbin ta’ Kristu jinsab il-qabar vojt tiegħu. Fl-ikona huwa irrapreżentat bħala rettanglu iswed.

Il-Medaljun u l-Kitba

It-tlugħ fis-sema huma rappreżentat fiċ-ċirku aħmar fil-medaljun. Hemmhekk Kristu qiegħed joħroġ miċ-ċirku filwaqt li qiegħed iżomm salib tad-deheb li issa sar ix-Xettru Irjali tiegħu. Ilbiesu huma tad-deheb, jiġifieri simbolu tal-maestà u r-rebħa tiegħu. Il-mantar aħmar tiegħu huwa sinjal tal-Ħakma u r-Regalità tiegħu, li huma mħaddma fl-imħabba. L-anġli laqgħuh fis-sema. L-ittri IHS huma l-ewwel tlett ittri tal-isem ta’ Ġesù. L-ispazzju ċkejken ta’ fuq jindika li l-kitba hija mqassra. NAZARE tfisser in-Nazzarenu. REX hija ‘sultan’ filwaqt li IUDEORUM tfisser ‘tal-Lhud’, bħalma jgħidilna l-Vanġelu skont San Ġwann: “Ġesù ta’ Nazaret, is-sultan  tal-Lhud ” (Ġw 19 :19).

L-Id tal-Missier

Minn nofs ċirku, fin-naħa ta’ fuq nett tal-ikona, “dak li għajn qatt ma rat” (1 Kor 2:9) juri lilu nnifsu f’barka li qiegħed jagħti. Din il-barka hija mogħtija mill-id il-leminija ta’ Alla bis-subgħa imtawwal. Jiġifieri bl-Ispirtu s-Santu. Il-Missier jagħti d-don tal-Ispirtu s-Santu lil kulħadd minħabba l-merti tal-Passjoni ta’ Kristu.

Id-Dielja Mistika

Madwar is-Salib hemm għadd ta’ skrolli kaligrafiċi li jistgħu jfissru d-dielja mistika. Fil-vanġelu skont San Ġwann Ġesù jgħidilna: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi” (Ġw 15:1). Fihom jistgħu jħaddnu wkoll il-kliem: “Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu” (Ġw 15:13). Fin-naħa t’isfel tas-salib hemm bħal sezzjoni li tidher qisha blata. Jiġifieri s-simbolu tal-Knisja. L-arzelli huma s-simboli tal-eternità. L-arzella hija misteru moħbi fil-baħar ta’ kobor bla qies u bla ħin tal-eternità. Madankollu dan il-misteru ġie irrivelat lilna.

Marija u Ġwanni

Bħalma nsibu fil-Vanġelu skont San Ġwann, Marija u Ġwanni huma impoġġijin ma’ ġenb xulxin. Il-mantell ta’ Marija huwa abjad. Il-kulur abjad ifisser ir-rebħa (Apok 3:5), purifikazzjoni (Apok 7:14) u għemejjel tajba (Apok 19:8). Il-ħaġar prezzjuż fuq il-mantell jirreferu għall-grazzji tal-Ispirtu s-Santu. Il-kulur aħmar skur li Marija hi liebsa taħt il-mantell tagħha jfisser imħabba intensa. Filwaqt li l-libsa ta’ ġewwa li hi liebsa l-Verġni Marija hija ta’ kulur vjola. Dan il-kulur ifisser li Marija hi l-Arka tal-Patt (Ex 26: 1-4).

Id il-leminija ta’ Marija hi mtella’ sa ħaddejha. Din il-mossa turi l-aċċettazjoni u l-imħabba tagħha għal Ġwanni. Idha l-leminija tipponta lejn Ġwanni filwaqt li għajnejha ixandru l-aċċettazzjoni ta’ kliem Kristu: “Mara, hawn hu ibnek … ” (Ġw 19:26). It-taqtir tad-demm iqattar fuq Ġwanni f’dan il-mument. Il-mantell ta’ Ġwanni hu ta’ kulur roża. Dan il-kulur ifisser għerf etern. Filwaqt li t-tunika tiegħu hija bajda. Hija turi s-safa. Il-pożizzjoni tiegħu qiegħdha bejn Ġesù u Marija. Hekk jixraq għad-dixxiplu li hu maħbub minnhom it-tnejn. Ġwanni qiegħed iħares lejn Marija. “Hawn hi ommok” (Ġw 19:27). Madankollu b’subgħajh ta’ idu l-leminija qiegħed jipponta lejn Kristu.

Figuri Ewliena Oħra

Marija Maddalena

Marija Maddalena hija biswit Kristu. Għalih kienet speċjali ħafna. Idha qiegħdha fuq geddumha. Din il-qagħdha turi li se tiżvela sigriet. “Li Kristu qam!” Marija Maddalena liebsa l-kulur vjola, li hu s-simbolu tal-imħabba. Il-mantell ikħal tagħha japprofondixxi dan l-aspett.

Marija ta’ Kleofa

Xi awtoritajiet jqisuha li hi omm Ġakbu. Marija tilbes ilbies lewn il-ħamrija. Dan hu s-simbolu tal-umiltà. Barra minhekk il-mantell ta’ lewn aħdar ċar huwa simbolu tat-tama. L-ammirazzjoni tagħha għal Ġesù hija murija mill-ġest ta’ idha.

Iċ-ċenturjun ta’ Kafarnahum

Huwa qiegħed iżomm biċċa njama f’idu x-xellugija. Dan il-ġest juri l-bini tas-Sinagoga (Lq 7: 1-10). It-tfajjel ċkejken taħt spallejh huwa ibnu li Ġesù kien fejjaqlu. It-tlett irjus wara t-tifel juru li “emmen hu u l-familja kollha tiegħu” (Ġw 4:53). Għandu tlett iswaba ta’ idu l-leminija miftuħa. Dan huwa simbolu tat-Trinità. Filwaqt li ż-żewġt iswaba magħluqa juru t-twemmin fil-għaqda taż-żewġ naturi ta’ Ġesù Kristu. “Dan il-bniedem kien tassew Bin Alla!” (Mk 15:39).

Figuri żgħar

Lonġinu

Skont it-tradizzjoni Lonġinu huwa s-suldat Ruman li nifed il-ġenb ta’ Ġesù b’lanza.

Stiefnu

It-tradizzjoni tagħti wkoll l-isem Stiefnu lis-suldat li offra lil Ġesù sponża li kienet imxarrba bil-ħall wara li Ġesù għajjat: “Għandi l-għatx!” (Ġw 19:28).

Il-Qaddisin Mhux Magħrufa

Fin-naħa t’isfel tal-Ikona hemm sitt qaddisin mhux magħrufa. Xi studjużi jaħsbu li dawn il-qaddisin huma San Damjan, San Ruffinu, San Mikiel, San Ġwann Battista, San Pietru u San Pawl. Dawn kienu ilkoll qaddisin padruni ta’ Knejjes f’Assisi u madwarha. San Damjan kien il-Padrun tal-Knisja li tħaddan fiha is-Salib u San Rufinu kien il-Qaddis Padrun ta’ Assisi. Minħabba li din in-naħa tas-salib ġarrbet bosta ħsarat huwa diffiċli ħafna biex wieħed tabilħaqq jidentifika dawn il-karattri.

L-Anġli Mistgħaġba

Hemm żewġ gruppi ta’ anġli bilqiegħda li qiegħdin jiddiskutu b’mod vivaċi ħafna ix-xena li hemm tiżvolġi quddiemhom (ara Ġw 20:12). “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3:16).

Il-Qabar

Wara Kristu jinstab il-qabar vojt. Kristu huwa ħaj u qiegħed fuq il-qabar. Il-kulur ħamrani tal-imħabba jissupera l-kulur iswed li jissimbolizza l-mewt. Il-ġesti tal-qaddisin mhux magħrufa taħt idejh juru l-fidi. Dawn il-qaddisin jistgħu jkunu Pietru u Ġwanni li kienu fil-qabar vojt (ara Ġw 20:3-9).

Is-Serduq

L-inklużjoni tas-serduq tfakkarna fiċ-ċaħda ta’ Pietru li beka “biki ta’ qsim il-qalb” (Mt 26 :75). Is-serduq iħabbar ukoll l-għodwa ġdida ta’ Kristu Imqajjem minn bejn l-imwiet, id-dawl veru (ara 1 Ġw 2 :8).

Il-Forma tas-Salib

Il-Forma tas-Salib ġiet mibdula bil-għan li tippermetti lill-artist li jinkludi lil dawk li ipparteċipaw fid-drama tal-Passjoni. Ninnutaw li d-dirgħajn tas-salib jgħollew lejn in-naħa tal-lemin biex juru li l-Ħalliel it-Tajjeb (li t-tradizzjoni issejjaħlu Disma) mar fis-Sema. Filwaqt li d-driegħ tax-xellug huwa immejjel biex juri li l-ħalliel l-ieħor ma rnexxilux.

In-numri

Fl-ikona hemm tlieta u tletin figura, żewġ figuri ta’ Kristu, id il-Missier, ħames figuri ewlenin, żewġ figuri ċkejknin, erbatax-il anġlu, żewġ personaġġi mhux magħrufa taħt dirgħajn Ġesù Msallab, tfajjel ċkejken u sitt personaġġi mhux magħrufa n-naħa t’isfel tas-salib u s-serduq. Hemm tlieta u tletin rjus tal-imsiemer fl-arzelli tul il-faxxa u seba’ madwar id-dijadema.

Din it-tifsira teoloġika tas-salib ta’ San Damjan twassalni biex nikkwalifikah bħala ikona per eċċellenti. Dan l-għaliex il-karatteristiċi tiegħu joqgħodu kexxun fil-“grammatika” bażika tal-lingwa ikonofagrika.

L-ewwel, l-arti tal-ikoni tolqotna minħabba l-frontalità tal-figuri. Din il-frontalità iġġib il-figuri f’relazzjoni diretta ma’ min qiegħed jarahom u tagħti l-ogħla espressjoni tal-uċuħ. Ninnutaw il-frontalità tal-personaġġi flimkien mal-espressjonijiet varji tal-karattri fis-Salib ta’ San Damjan.

It-tieni, l-uċuħ tal-qaddisin għandhom għajnejhom kbar b’forma ta’ lewża, widnejhom imtawlin, imnieħer twil u rqiq u ħluq ċkejknin. L-artisti tal-ikoni jippruvaw juri li kull organu tas-sensi, l-għaliex irċieva l-Grazzja Divina, ġie imqaddes u waqaf li jkun l-organu tas-sensi tal-bniedem bijoloġiku. Eżempju ta’ dan huma l-għajnejn, il-widna, l-imnieħer ta’ Kristu fuq is-salib.

It-tielet, l-arti tal-ikoni twarrab bi ħsieb il-prinċipju tal-perspettiva naturali biex tevita, akkost ta’ kollox, l-illużjoni tridimensjonali. Minflok hija tagħti l-impressjoni ta’ rappreżentazzjoni ċatta u nieqsa mill-perspettiva. Il-figuri frontali ta’ Kristu, flimkien mal-personaġġi fl-Ikona, jitħaddtu waħedhom.

Ir-raba, l-arti tal-ikoni tuża’ l-perspettiva psikoloġika. Din hija ibbażata fuq il-prinċipju li l-aktar figura importanti fil-kompożizzjoni għandha tkun l-aktar waħda twila u l-iżjed waħda li għandha tkun impoġġija fin-nofs. Dan l-għaliex l-attenzjoni ta’ min qiegħed iħares lejn l-ikona għandha tkun miġbuda lejn dak li hu ċentrali u kbir aktar milli lejn dak li hu marġinali u ċkejken. Tassew impressjonanti l-persuna ta’ Ġesù Kristu imsallab fin-nofs tal-Ikona.

Il-ħames, ġaladarba l-arti tal-ikona m’hijiex rejalistika ma turi l-ebda għajn naturali tad-dawl u ma tirripreżentax dellijiet. L-uniku dawl fl-ikoni huwa dak ġewwieni, li joħroġ mill-figuri sagri. Dan id-dawl huwa “d-dawl veru” (Ġw 1:9), id-dawl divin ta’ Kristu. Fl-ikona tas-salib ta’ San Damjan wieħed ma jistax ma jimpressjonax ruħu mid-dawl qawwi li ħiereġ mill-figura ċentrali ta’ Kristu Msallab.

Is-sitta, l-arti tal-ikona għandha l-kapaċità li tirrapreżenta għadd ta’ mumenti tal-istess azzjoni jew storja fl-istess kwadru. Fl-Ikona ta’ San Damjan insibu rakkont sħiħ tal-passjoni u l-qawmien tal-Mulej Ġesù. Fil-fatt fl-Ikona hemm id-dettall tas-serduq, li jirrappreżenta l-istorja taċ-ċaħda ta’ Pietru u kif ukoll id-dettall tal-qabar vojt, li jirrappreżenta r-rebħa ta’ Ġesù Kristu fuq il-mewt. Xi skulari jsejħu din it-teknika “l-istill kontinwu” fl-ikona.

Meta tkun quddiem din l-Ikona imprezzabbli tas-Salib ta’ San Damjan ingħaqad ma’ Franġisku t’Assisi f’din it-talba li tibdel lil ħajtek bħalma biddlet lil tiegħu.

O Alla, l-aktar Għoli u Glorjuz, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi u sawwab fija fidi vera, tama ċerta u mħabba perfetta. Agħtini, Mulej għaqal u għerf biex nwettaq tassew ir-rieda mqaddsa tiegħek.

IlJiem Imqaddsa tal-Fidwa mal-Ikona tas-Salib ta’ San Damjan

Aktar kitbiet ta’ Fr Mario attard OFM Cap …  https://laikosorg.wordpress.com/

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: