Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > “Jalla l-Ġimgħa Mqaddsa tgħinna naċċettaw it-toroq t’Alla”: il-Papa Franġisku

“Jalla l-Ġimgħa Mqaddsa tgħinna naċċettaw it-toroq t’Alla”: il-Papa Franġisku


Illum il-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha bex jaċċettaw l-imħabba t’Alla mingħajr ma jikkritikaw u jsibu oġġezzjonijiet.  Din l-istedina għamilha waqt l-omelija tal-quddiesa li qaddes fil-kappella tad-Dar Santa Marta fil-Vatikan.

Il-Papa ħa spunt mill-Vanġelu tal-ġurnata li jirrakkonta kif ulied Iżrael gergru kontra Alla waqt il-vjaġġ fid-deżert u kemm sabu xi jgħidu dwar l-ikel ħażin li kien jipprovdilhom il-Mulej.

Franġisku qal li Alla joffri s-salvazzjoni b’elf mod differenti imma wisq spiss, aħna m’għandniex ħila naċċettaw it-toroq divini tiegħu.

Fis-silta tal-Vanġelu l-Mulej jibgħat il-kastig tiegħu taħt forma ta’ sriep li kienu jigdmu lin-nies u jħalluhom mejta.

Għalhekk Mosè talab għall-poplu u obda l-kmand tal-Mulej, għamel serpent tal-bronż fuq arblu biex b’hekk ta s-salvazzjoni li kull min kien iħares lejh wara li jsfa’ migdum.

Kienu biss l-interċessjoni ta’ Mosè, u s-simbolu tas-salib li fuqu kellu jmut Kristu, osserva l-Papa, li wasslu għas-salvazzjoni mill-velenu lil min kien jingidem.

Il-Qdusija Tiegħu iddeskriva l-atteġġjament ta’ ħafna Nsara tal-lum bħala wieħed “spiritwalment kapriċċuż” u żied li ta’ spiss aħna nagħmlu l-istess tip ta’ żball u ndendlu geddumna u ngergru.

Kemm minna l-Insara nsibu ruħna “avvelenati” mill-ħajja li ma ttiniex is-sodisfazzjon li nistennew minna?  Iva. Alla hu tajjeb… aħna Nsara… imma…….  Dan it-tip ta’ Nisrani jispiċċa biex ma jiftaħx qalbu għas-salvazzjoni ta’ Alla, imma dejjem jagħmel il-kundizzjonijiet.  “Iva, irrid insalva, imma b’dal-mod…..”  Din l-attitudni hija l-velenu tal-qalb.

Il-Papa Franġisku qal li meta aħna ma naċċettawx il-grazzja t’Alla bil-mod kif tkun offruta lilna, inkunu qed nidinbu.  Dan javvelenalna ‘l ruħna, ineżżagħha mill-ferħ.  U Ġesù, żied jgħid, solva dil-problema billi tela fuq l-Għolja tal-Kalvarju.

Ġesù stess jieħu dan il-velenu fuqu nnifsu.  Dawn l-Insara bierda, tan-nofs qalb, ikunu mimlijin entużjażmu għall-bidu tal-vjaġġ ta’ Ġesù imma mat-triq jisfaw jintilfu fid-delużjoni.

L-uniku mod kif dan jitfejjaq hu li nħarsu lejn is-Salib, li nħarsu lejn Alla li jieħu d-dnubiet tagħna fuq spallejh, id-dnub tiegħi qiegħed hemm.  Kemm Insara tal-lum, kompla l-Papa, imutu fid-deżert tal-għali tagħhom, igemgmu għax ma jaċċettawx it-toroq t’Alla!

Inħarsu lejn is-serpent, temm il-Papa, lejn il-velenu.  Hemmhekk hemm il-ġisem ta’ Kristu.  Il-velenu tad-dnubiet kollha tad-dinja qiegħed hemm.  Ejjew nitolbu l-grazzja li naċċettaw il-waqtiet diffiċli tal-ħajja, naċċettaw it-toroq divini tas-salvazzjoni, naċċettaw “l-ikel ħażin” li ulied Iżrael gemgmu dwaru.  Ejjew naċċettaw it-toroq li fihom irid imexxina l-Mulej.

Jalla l-Ġimgħa Mqaddsa, li tibda l-Ħadd li ġej, tgħinna nitbiegħdu mit-tentazzjoni li nsiru Nsara “tal-iva….. imma……..”.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: