Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > “L-imħabba t’Alla lejn hi bħal dik tan-namrati. Alla joħlom bl-imħabba li Hu jħoss għalina”.

“L-imħabba t’Alla lejn hi bħal dik tan-namrati. Alla joħlom bl-imħabba li Hu jħoss għalina”.


Alla hu nnamrat minna u aħna l-ħolma ta’ mħabbtu.  Ebda teologu ma jista’ jispjega dan, kull ma nistgħu nagħmlu hu li nibku bil-ferħ.  Fi ftit kliem dan kien il-messaġġ li wassal il-Papa Franġisku fl-omelija ta’ dalgħodu fid-Dar Santa Marta.

Fil-qari meħud mill-Profeta iżaija, il-Mulej jgħid li se joħloq smewwiet ġodda u art ġdida.  B’dan f’moħħu l-Papa tenna li t-tieni ħolqien ta’ Alla huwa isbaħ mill-ewwel wieħed, għax meta l-Mulej iġedded id-dinja rvinata mid-dnub, jagħmel dan f’Ġesù Kristu.  F’dan it-tiġdid ta’ kollox Alla juri l-ferħ immens tiegħu.

Naraw li l-Mulej hu mimli b’tant entużjażmu: jitkellem dwar il-ferħ u jgħid kelma waħda: Se nifraħ bil-poplu tiegħi.  Il-Mulej jiftakar f’dak li fi ħsiebu jagħmel, li Hu nnifsu se jifraħ fil-poplu tiegħu.  Qiesu din kienet ħolma tal-Mulej; il-Mulej joħlom.  Għandu l-ħolm tiegħu.  Il-ħolm tiegħu fuqna. ‘Kemm se jkun sabiħ meta nkunu lkoll flimkien, meta nsib li dik il-persuna jew l-oħra tibda timxi miegħi……

Jien nifraħ f’dak il-waqt!

Biex nagħti eżempju ħalli jgħinna nifhmu dan, ngħid li Alla jaħseb bħalma jaħsbu n-namrati fuq xulxin: imma meta se nkunu flimkien, meta se niżżewġu?  Din hi l-ħolma t’Alla.

Alla, kompla jgħid il-Papa, jaħseb f’kull wieħed u waħda minna u jaħseb it-tajjeb, iħobbna, joħlom bina, joħlom bil-ferħ li Hu għad jaqsam magħna.  Għalhekk il-Mulej irid jerġa’ joħloqna mill-ġdid, iġeddilna qalbna, joħloq fina qalb ġdida biex tkun tista’ tittrijonfa fil-ferħ.

Ħsibt dwar dan, staqsa l-Papa?  Il-Mulej joħlom bija!  Jaħseb fija!  Jien ninsab fi ħsiebu, fil-qalb tal-Mulej!  Il-Mulej għandu ħila jibdillli ħajti!  U jagħmel tant pjanijiet: “nibnu djar, inħawlu dwieli, nieklu flimkien…. Tant immaġinazzjoni li għandhom biss in-namrati.  B’hekk il-Mulej juri li hu nnamrat mill-poplu tiegħu……..meta lill-poplu tiegħu jgħidlu: Imma jien m’għażiltekx għax int l-aktar potenti, l-akbar, l-aktar b’saħħtek.  Jien għażiltek għax int l-iżgħar fost kulħadd.  U nistgħu nżidu: l-aktar miżerabbli fost kulħadd.  Jien hekk għażiltek.  Din hi l-imħabba!

Alla hu nnamrat minna, kompla l-Papa hu u jikkummenta s-silta tal-Vanġelu dwar il-fejqan ta’ bin l-uffiċjal tas-sultan.  Nemmen, qal Franġisku, li ebda teologu ma jista’ jispjegah dan: ma nistgħux nispjegawh.  Fuq dan kull ma nistgħu nagħmlu hu li naħsbu, inħossuh u nibku bil-ferħ.

Il-Mulej jista’ jibdilna.  U x’għandi nagħmel?  Nemmen.  Nemmen li l-Mulej jista’ jibdilna, li Hu qawwi: kif għamel mal-iben marid ta’ dak ir-raġel, kif rajna fil-Vanġelu.  “Sinjur, ejja qabel ibni jmut”.  “Mur, ibnek ħaj!”

Dak ir-raġel emmen il-kelma ta’ Ġesù u telaq.  Emmen.  Emmen li Ġesù kellu s-setgħa li jibdel lil ibnu, is-saħħa fiżika ta’ ibnu.  U rebaħ.  Il-fidi tfisser li nagħtu wisa’ lil din l-imħabba t’Alla u nagħtu wisa’ lill-qawwa, lill-poter ta’ Alla u mhux lill-poter ta’ xi ħadd li għandu ħafna setgħa dinjija, imma lill-poter ta’ dak li jħobbni, li hu nnamrat minni u jrid jaqsam il-ferħ miegħi.

Din hi l-fidi.  Dan ifisser li temmen: li tagħti wisa’ lill-Mulej biex jiġi u jibdlek, temm Franġisku.

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: