Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Papa Franġisku: “Fl-imħabba tagħna lejn Alla mhemmx triq tan-nofs”.

Il-Papa Franġisku: “Fl-imħabba tagħna lejn Alla mhemmx triq tan-nofs”.


Il-Papa Franġisku qal li n-Nisrani veru m’għandux jagħmel kompromessi: irid iħalli l-ħniena t’Alla tmissu u jrid iħobb lil ħuh b’qalbu kollha, inkella jkun ipokrita u jagħmel aktar ħsara milli ġid.

Franġisku kien qiegħed jagħmel l-omelija fid-Dar Santa Marta dalgħodu u qal li fil-bidu, permezz tal-Profeti, u aktar tard bix-xhieda tal-qaddisin, maż-żmien Alla baqa’ jibni r-relazzjoni tiegħu mal-bnedmin.  Madankollu, minkejja l-kobor ta’ dawk magħżula biex iwasslu l-messaġġ tiegħu bit-tagħlim u bl-azzjonijiet tagħhom, l-istorja tas-Salvazzjoni hi bogħod milli tkun perfetta, hi mimlija ipokrisija u infedeltà.

Fir-riflessjoni l-Papa Franġisku ġabar fi ftit kliem l-istorja kollha ibda minn Abel u spiċċa fiż-żminijiet tal-lum.  Skont Ġeremija, kif naqraw fil-qari llum, Alla jistqarr b’imrar f’qalbu li l-poplu tiegħu m’obdiex u lanqas ta każ, tant li baqa’ miexi b’qalb iebsa fil-ħażen.

Alla tahom kollox, qal il-Papa, imma huma tawh lura affarijiet ħżiena biss.  Il-fedeltà għebet.

Din hi l-istorja t’Alla.  Qisu Alla qed jibki.  U meta Ġesù ħares lejn Ġerusalemm Hu wkoll beka għax f’qalbu kellu din l-istorja tal-għejbien tal-fedeltà.  Aħna nimxu kif tgħidilna r-rieda tagħna u b’hekk qalbna tibbies u ssir tal-ġebel.

Għalhekk il-Kelma t’Alla ma tkunx tista’ tidħol fiha.  U l-poplu jitbiegħed dejjem aktar.  Dan hu r-riskju li lkoll għandna fl-istorja personali tagħna.  Issa, f’dal-jum tar-Randan għandna nistaqsu lilna nfusna: jien nisimgħu leħen il-Mulej jew nagħmel kif jiftilli?

Il-Vanġelu meħud minn Luqa wkoll itina eżempju ta’ din il-qalb iebsa, truxa għall-Kelma t’Alla.  Fih Ġesù jkeċċi xitan minn raġel u bi tweġiba jirċievi l-akkuża li qed jagħmel dan bis-saħħa tal-prinċep tax-xjaten.  Int saħħar bid-demonju fik!

Din, qal il-Papa Franġisku, hija l-iskuża tipika ta’ min jagħmel il-liġijiet għax jaħseb li l-ħajja hija mmexxija mil-liġijiet li jagħmel hu.

Din hi wkoll l-istorja tal-Knisja!  Aħsbu ftit fil-povra Ġovanna d’Arco.  Illum hi qaddisa imma kienet sfat maħruqa fuq il-ħuġġieġa għax akkużawha li kienet eretika….. l-inkwiżituri, dawk li kienu jimxu fuq ir-regoli, dawk il-Fariżej…. Kienu bogħod ħafna mill-imħabba t’Alla.

U aktar qrib tagħna, naħsbu fil-Beatu Antonio Rosmini.  Il-kitbiet tiegħu kienu kollha mqiegħdin fl-indiċi, ma stajtx taqrahom u kien dnub li taqrahom.  Illum hu beatu.

Fl-istorja ta’ Alla mal-poplu tiegħu, il-Mulej bagħat il-Profeti biex jgħidu lill-poplu tiegħu li hu kien iħobbhom.  Fil-Knisja l-Mulej jibgħat il-qaddisin.  U huma l-qaddisin li jmexxu l-ħajja tal-Knisja ‘l quddiem mhux min għandu l-poter, mhux l-ipokriti, imma l-qaddisin.

Il-Papa Franġisku żied jgħid li l-qaddisin mhumiex dawk li jibżgħu iħallu l-ħniena t’Alla tmellishom.  Għalhekk il-qaddisin huma nies li jifhmu l-uġigħ, it-tbatija u l-miżerja umana u jakkumpanjaw ‘il-poplu t’Alla.  Ma jobgħoduhomx lil dawn in-nies.

Ġesù jgħid: min mhux miegħi hu kontra tiegħi.  U mhemmx kompromessi.  Jew qiegħed fit-triq tal-imħabba jew fit-triq tal-ipokrisija.  Jew tħalli li Alla jħobbok bil-ħniena tiegħu jew tagħmel dak li jiftillek skont ma’ tgħidlek qalbek li b’hekk tibbies ma’ kull jum li jgħaddi.

Min mhux miegħi hu kontra tiegħi: mhemmx it-tielet għażla.  Jew int qaddis jew għażilt ir-rotta l-oħra.  Min ma jilqgħax il-Kelma hu tellief… anzi, għar minn hekk, jaħli u jkisser, hu korrott u jikkorrompi, temm jistqarr bis-soltu lingwaġġ qawwi tiegħu l-Papa Franġisku.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: