Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Papa Franġisku: “Alla jaħfirli imma jitlob minni li naħfer lill-oħrajn”.

Il-Papa Franġisku: “Alla jaħfirli imma jitlob minni li naħfer lill-oħrajn”.


Biex nitolbu maħfra lil Alla jeħtiġilna nimxu fuq it-tagħlim tat-talba tal-Missierna, nindmu bis-sinċerità minn dnubietna għax nafu li Alla jaħfer dejjem imma naħfru lill-oħrajn bl-istess qalb miftuħa beraħ li biha jaħfrilna Alla.  Il-Papa Franġisku għamel din l-istqarrija dalgħodu waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta.

Alla jista’ kollox, imma l-omnipotenza tiegħu sa ċertu punt tieqaf quddiem qalb bil-bieb magħluq, qalb li m’għandhiex ħsieb li taħfer lil min weġġagħha.  Il-Papa Franġsiku għamel riflessjoni mnebbħa mill-Vanġelu tal-ġurnata li fih Ġesù jispjega lil Pietru li hemm bżonn li l-maħfra tingħata “seba’ għal sebgħin darba”, li jfisser “dejjem”.  Ġesù qal dan biex jafferma li hemm rabta intima bejn il-maħfra li jtina Alla u l-maħfra li nagħtu aħna lill-oħrajn.

Kollox jibda, spjega Franġisku, minn kif aħna nippreżentaw ruħna quddiem Alla biex nitolbuH jaħfrilna.  Il-Papa ġab l-eżempju li hemm fil-qari tal-lum li jurina lill-Profeta Ażarija jitlob ħniena minħabba d-dnub tal-poplu tiegħu li qed ibati, imma li hu wkoll ħati li tbiegħed mil-liġi tal-Mulej.  Ażarija, osserva Franġisku, ma jipprotestax “ma joqgħodx jokrob quddiem Alla” minħabba t-tbatija.  Pjuttost, huwa jagħraf l-iżbalji tal-poplu u “jindem”.

Li titlob maħfra hi differenti milli titlob skuża.  Jien niżbalja?  Skużani, żbaljajt… Dnibt!  Mhemmx x’tagħmel, ħaġa ġġib lill-oħra.  Iżda d-dnub mhux sempliċi żball.  Id-dnub hu idolatrija, hu li tadura l-idolu, l-idolu tal-kburija, tal-vanità, tal-flus, tal-ħajja komda, tal-egoiżmu.  Dawn huma l-ħafna idoli li għandna.  U minħabba f’hekk Ażarija ma jitlobx skuża imma jitlob maħfra.

Il-maħfra għandha tintalab bis-sinċerità, mill-qalb, u mill-qalb għandha tingħata lil min ikun għamillek xi tort.  Bħas-sid tal-parabbola tal-Evanġelju li jaħfer id-dejn enormi lill-qaddej tiegħu għax iħossu mqanqal mill-ħniena quddiem it-tnehid tal-qaddej.  U mhux bħal kif dak l-istess qaddej mexa ma’ wieħed tamparu, li ttrattah mingħajr ħniena u tefgħu l-ħabs minkejja li kellu jtih somma flus li ma kinitx kbira.  Id-dinamika tal-maħfra, fakkar il-Papa Franġisku, hi dik li għallimna Ġesù stess fit-talba tal-Missierna.

Ġesù jgħallimna nitolbu hekk: Aħfrilna dnubietna bħalma aħna naħfru lil min hu ħati għalina.  Jekk jien m’għadnix ħila naħfer, allura m’għandix ħila nitlob maħfra.  U tgħiduli, “imma jien immur inqerr”.  “U x’tagħmel qabel ma’ tqerr?”  “Jien naħseb dwar in-nuqqasijiet li għamilt”…  “Tajjeb”.  “Imbagħad nitlob maħfra lill-Mulej u nwiegħed li ma nerġax”.  “Tajjeb ukoll”.  Imbagħad tmur għand is-saċerdot?  Imma qabel jonqsok xi ħaġa oħra: ħfirt lil min għamillek id-deni?

Fi kliem ieħor, żied josserva l-Qdusija Tiegħu, il-maħfra li se jtik Alla titlob minnek li int taħfer lil ħaddieħor.  Dan hu d-diskors ta’ Ġesù li bih jgħallimna naħfru.  L-ewwel, li meta nitolbu l-maħfra ma jfissirx biss li nitolbu skuża, imma li nkunu konxji tad-dnub, tal-idolatrija li wettaqna, ta’ tant idolatriji li nqimu.

It-tieni, kien il-ħsieb tal-għeluq tal-omelija tal-Papa Franġisku, Alla jaħfer dejjem u jekk jien ma naħfirx, f’ċertu sens inkun qed nagħlaq il-bieb għall-maħfra t’Alla.  Aħfrlina dnubietna bħalma aħna naħfru lil min hu ħati għalina, tenna b’insistenza l-Papa Franġsiku.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: