Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Ejjew nagħmlu l-ġid minflok noqogħdu nilagħbuha tal-qaddisin

Ejjew nagħmlu l-ġid minflok noqogħdu nilagħbuha tal-qaddisin


Jekk nitgħallmu nagħmlu l-ġid, Alla jaħfrilna bil-ġenerożità kull dnub li nagħmlu.  Alla ma jaħfirx biss, l-ipokrisija, il-qdusija finta, afferma l-Papa dalgħodu waqt l-omelija tal-quddiesa li ċċelebra fid-Dar Santa Marta.

Il-kliem tal-qari meħud mill-Profeta Iżaija, qal il-Papa  Franġisku, huma kmand u fl-istess waqt stedina li ġejjin direttament minn Alla: “ieqfu għamlu l-ħażen, tgħallmu għamlu t-tajjeb” billi tiddefendu l-orfni u r-romol.  Li jfisser, kompla Franġisku, dawk li huma minsijin minn kulħadd fosthom l-anzjani abbandunati, it-tfal li ma jmorrux skola jew li lanqas jafu jroddu s-Salib.  Wara dan l-âmar, fis-sustanza, hemm l-istedina ta’ dejjem għall-konverżjoni.

Imma kif nistgħu nikkonvertu?  Billi nitgħallmu nagħmlu t-tajjeb!  Dik hi l-konverżjoni.  It-tbajja tal-qalb ma jitneħħewx kif inneħħu xi tebgħa…… immorru d-dry cleaning u noħorġu bil-ħwejjeġ nodfa.  Dawn it-tbajja jitneħħew bl-għemil, billi nimxu fi triq oħra, jiġifieri fit-triq li nagħmlu dak li hu tajjeb.

U kif nista’ nagħmel it-tajjeb?  Sempliċi!  Billi nfittex il-ġustizzja, ngħin lil min hu maħqur, nagħti lill-orfni dak li jistħoqqlu, niddefendi l-kawża tal-armla.  Niftakru li f’Iżrael l-aktar foqra, dawk li l-aktar kienu fi ħtieġa, kienu l-orfni u r-romol: agħmlu ġustizzja magħhom, morru fejn hemm il-ġrieħi tal-umanità, fejn hemm tant tbatija…  U b’hekk, bil-ġid li tagħmel tnaddaf lil qalbek.

Il-wegħda lill-qalb nadifa, jiġifieri maħfura, tiġi minn Alla nnifsu li ma jżommx kont tad-dnubiet ta’ min iħobb ‘il-proxxmu tiegħu konkretament.  Il-Mulej jgħidilna: jekk inti timxi f’din it-triq li fiha qed nistiednek timxi jiena, anki jekk dnubietek huma ħomor daqs l-iskarlatt, isiru bojod bħas-silġ.

Hija esaġerazzjoni.  Il-Mulej jesaġera, imma dik hi l-verità!  Il-Mulej itina r-rigal tal-maħfra tiegħu.  Il-Mulej jaħfer bil-ġenerożità.  Issib min jgħidlek: imma jien s’hawn se naħfer imbagħad naraw aktar ‘il quddiem…… Le u le!  Il-Mulej jaħfer dejjem u kollox!  Kollox!  Imma jekk int trid li tkun maħfur, trid tibda miexi fit-triq li fiha tagħmel it-tajjeb.  Dan hu d-don!

Iżda l-Vanġelu tal-lum jippreżentalna grupp ta’ nies ta’ moħħ ħażin, dawk li jgħidu l-affarijiet tajbin imma jaġixxu bil-maqlub, qal Franġisku.  Ilkoll moħħna jilħqilna u dejjem insibu triq li ma tkunx dik it-tajba, biex nidhru aktar ġusti milli fil-fatt inkunu: din hi t-triq tal-ipokrisija.

Dawn jagħmlu tabirrħhom li jikkonvertu imma qalbhom hija gidba, huma giddibin!  Qalbhom mhix tal-Mulej imma hi ta’ missier il-gideb kollu, ta’ satana.
Din hi qdusija finta.  Elf darba Ġesù jippreferi lill-midinbin u mhux lil dawn.  Għaliex?  Il-midinbin kienu jgħidu l-verità dwarhom infushom: ersaq minn ħdejja Mulej, għax jiena midneb!  Kien qalha anki Pietru!

Imma wieħed minn dawn in-nies ma qal xejn minn dan, imma qal: Niżżik ħajr Mulej għax jien minix midneb, għax jien ġust…..

Matul din it-tieni ġimgħa tar-Randan hawn dawn it-tliet kelmiet biex naħsbu dwarhom, nimmeditawhom: l-istedina għall-konverżjoni, ir-rigal li se jtina l-Mulej, rigal kbir tal-maħfra u n-nasba cioè li nagħel tabirruħi li kkonvertejt imma naqbad it-triq tal-ipokrisija, temm Franġisku.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: