Home > Ġenerali > Il-Milied magħna: L-Imanuel, Alla magħna

Il-Milied magħna: L-Imanuel, Alla magħna


Riflessjoni għall-Avvent minn Paul Xuereb

Żgur li ma ddumx ma tinduna li l-Milied fil-qrib!  Biżżejjed tilmaħ it-tiżjien u tinnota l-attivita’ aċċelerata minn negozji.

Lili, l-aktar ħaġa li tolqotni f’dan iż-żmien hi l-imħabba ta’ Dak li jħobbna hekk kif aħna. Anzi, Dak li hu l-uniku wieħed li jħobbna hekk. Għaliex qed ngħid hekk? Għaliex l-imħabba tagħna l-bnedmin hi limitata – jiena inħobbok sakemm ma tmeriniex, sakemm ma tippruvax twaqqani għaċ-ċajt, sakemm .. Imma Hu le. Iħobbni dejjem. Ukoll meta jien niddeċiedi nagħmel ta’ rasi. Ukoll meta jiena naħseb li mhux qed jagħti każi.

U kull meta nkun irrid induq din l-imħabba tal-ġenn ta’ Alla għalija, biżżejjed niftaħ il-Kotba Mqaddsa. Mizgħudin b’siltiet imfawrin b’din l-imħabba.

Nistiedinkom taqsmu miegħi ftit minn dawn is-siltiet li ma jħallulna l-ebda dubju dwar din l-imħabba, imħabba bla tarf, imħabba awtentika, imħabba li moħħna qatt ma’ jista’ jasal biex jifhem il-kobor tagħħa.

  • Isaija 49,15: Tista’ mara tinsa t-tarbija tagħħa u ma tħennx għal bin ġufha? Imqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt!
  • Isaija 54,10: Jistgħu jitħarrku l-muntanji, jitheżżu l-għoljiet, imma mħabbti minn miegħek ma titħarrikx, u s-sliem tal-patt tiegħi ma jitheżhiżx, jgħid il-Mulej li jħenn għalik.
  • Għerf 12,16: U għax int sid ta’ kollox, lil kulħadd tagħder.
  • Salm 139, 1-4: Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni, int taf meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti. Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi; triqati kollha int tafhom sewwa.
  • Ġwanni 17,23: Jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għal kollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili.
  • Mattew 11, 28: Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.
  • San Pawl lir-Rumani 3 u 38,39: Xi ngħid mela, quddiem dan kollu? Jekk Alla hu magħna, min jista’ jkun kontra tagħna? Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t’issa u la ta’ li ġej, la setgħat, la l-għoli u l-anqas il-fond, u ebda ħliqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna.
Categories: Ġenerali
  1. Stephen Attard
    December 7, 2014 at 8:02 pm

    Huwa permezz tal-hajja konteplattiva li Alla jrid jkompli jsalva l-umanita’. Kull hidma li ssir trid tohrog mill-kontemplazzjoni taghna ta’ Alla. Anke l-istess hidma li rridu nwettqu mal-ohrajn trid tkun frott il-kontemplazzjoni, inkella tisfaxxa fix-xejn.

  2. Herbert B.
    December 7, 2014 at 3:05 pm

    Jien kont f’komunita’ li tippromovi l-liturgija izda din il-komunita’ sabet bsaten fir-roti minn min suppost jiehu hsiebna.

    Jalla meta l-komunita’ terga tahdem b’mod regolari, dawn l-intoppi jispiccaw.

    Naqbel mal-kuncett espress ta’ komunita’ spiritwali virtwali u minn issa nawgura li ssehh.

    Barkiet u l-Milied hieni lil kulhadd.

  3. Stephen Attard
    December 7, 2014 at 11:30 am

    Jiena ghamilt xi zmien nattendi komunita’ zghira hafna ta’ kontemplazzjoni dwar il-kelma ta’ Alla, imma wara zmien kelli nieqaf minhabba ragunijiet familjari. Difficli hafna nattendi laqghat regolari, u naf ohrajn li jixtiequ imma ghandhom l-istess diffikultajiet li ghandi jien, l-aktar minhabba impenji ta’ xoghol u ta’ familja. Wara gurnata xoghol, sincerament inhoss li ma nkunx gust mal-familja li nerga nohrog. Imma jekk niltaqghu regolarment fuq l-internet f’hin meta t-tfal inkunu raqdu, biex naqsmu l-esperjenzi taghna fil-kontemplazzjoni, allura ghalija jkun aktar facli.

    Ma nafx x’irid isir, imma tant ghandi xewqa kbira ta’ xi haga simili. Cert li tista’ tkun ta’ ghajnuna ghal dawk li jfittxu din it-tip ta’ spiritwalita’ nisranija.

  4. Charles Mallia
    December 7, 2014 at 11:06 am

    Laqtuni dawn iz-zewg kummenti ghax ilni zmien inhoss il-bzonn li ninghaqad ma’ komunita’ kontemplattiva maghmula minn lajci. Qrajt hafna dwar hajja kontemplattiva mhux fil-monasteru imma fil-hajja ta’ kuljum. Jiena nahdem u ghandi familja, imma nista’ nkun kontemplattiv fil-hajja tieghi bla ma nwarrab id-doveri tieghi ta’ ragel mizzewweg u ta’ missier?

  5. Tony Callus
    December 7, 2014 at 10:52 am

    Naqbel hafna ma’ dak li kitbet M.Borg. Sincerament nemmen li llum il-Knisja f’pajjizna ghandha bzonn hafna inqas attivita’ u hafna aktar spiritwalita’. Min qed jghin lilna l-lajci niskopru l-hajja kontemplattiva?

  6. Marija Borg
    December 7, 2014 at 10:38 am

    Grazzi hafna ta’ dan il-hsieb tassew qawwi ghal dan iz-zmien qaddis. Is-siltiet mill-Bibbja jistghu jghinuni bhal riflessjoni ghal kull jum tal-gimgha. Kieku jkollna aktar persuni li lesti jaghtu l-kontribut taghhom, nistghu nibnu komunita’ spiritwali virtwali. Hekk insahhu lil xulxin u nimxu flimkioen t-triq taghna lejn il-Mulej.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: