Home > Ġenerali > Kuntatt mal-Monasteru San Pietru fl-Imdina.

Kuntatt mal-Monasteru San Pietru fl-Imdina.


Syntagma32Kitba ta’ Joe Flask

Is-Sorijiet Benedittini tal-Klawsura tal-Monasteru San Pietru-Mdina, bħal kull Monasteru ieħor klawstrali, ftit ikollhom kuntatt ma’ barra, u kienu ilhom jaħsbu dwar il-mod kif setgħu jaqsmu mas-soċjeta’ Maltija, tagħrif fuq il-Monasteru li tnieda fil-bidu tas-seklu XV, il-ħajja Monastika Benedittina u dak kollu marbut mad-Dinja Benedittina f’Malta u Barra. Għalhekk f’Jannar 2007 kienet pubblikata l-ewwel ħarġa ta’ SYNTAGMA, kelma ġejja mill-Grieg li fid-dokumenti antiki kienet nota fin-noti li kienet tispjega aħjar u iktar fid-dettal fuq dak li jkun inkiteb u lki qed jingħata tagħrif dwaru.

Fis-SYNTAGMA, minbarra siltiet qosra u prattiċi mir-Regola ta’ San Benedittu u tagħrif fuq l-attivitajiet li jsiru fil-Monasteru, ikunu pubblikati wkoll artikli qosra ta’ xejra storika, ta’ formazzjoni monastika jew dwar ġrajjiet ta’ interess, tagħrif fuq il-Beata M.Adeodata Pisani OSB u l-attivitajiet li jsiru f’ġieħa fl-istess Monasteru u Aħbarijiet Benendittini.

SYNTAGMA tkun pubblikata kull tliet xhur, u normalment tikkonsisti f’erba’ paġni u l-kitba, kollha bil-Malti (anki jekk ġieli inktibu artikli bl-Ingliż),  tkun imżewqa bir-ritratt. Titqassam bl-idejn u b’xejn u hemm min jirċeviha via e-mail. Min hu interessat jista’ jikkuntattja direttament lill-Madre Badessa permezz ta’ e-mail jew jikseb kopja mill-Monasteru stess.

Il-Madre Badessa  u s-Sorijiet xtaqu li fl-okkażjoni tal-50 Sena mid-dikjarazzjoni ta’ San Benedittu bħala l-Patrun Ewlieni tal-Ewropa, jirduppjaw il-paġni ta’ SYNTAGMA biex jingħata iktar tagħrif fuq din il-ġrajja daqstant importanti għall-Ordni Benedittin, għall-Ewropa kif ukoll għal Malta, li madwar 50 sena wara l-mewt ta’ San Benedittu, b’deċiżjoni mill-Papa San Girgor il-Kbir, kellha bħala Isqof tagħha lil Trajanu, monaku Benedittin minn Sirakuża li miegħu ġab ukoll ħames/sitt monaċi biex flistess ħin ikompli jgħix il-ħajja monastika.

F’din il-ħarġa hemm:-

1) siltiet mill-Ittra Appostolika “PACIS NUNTIUS” li biha il-Papa il-Beatu Pawlu VI, nhar l-24 ta’ Ottubru 1964, kien iddikjara lil San Benedittu PatrunnEwlieni tal-Ewropa, u għaliex stħoqqlu dan it-titlu.

2) Riflesjonijiet fuq kliem il-Papiet, u x’qal l-Abbati Mauro Meacci, Abbati ta’ Subiaco.

3) Tagħrif storiku fuq il-Battalja ta’ Montecassino, b’siltiet kritiċi kontra l-attakki ħorox tal-Allejati li seħħu bejn Jannar/Mejju 1944 u li qerdu għal kollox din l-Arċiabbazija magħrufa mad-dinja kollha.

4) Tagħrif storiku fuq il-missjoni ta’ San Benedittu u l-Monaċi tiegħu li permezz tal-Vanġelu, l-Edukazzjoni u x-xogħol qedu l-bażi għal dik li hija l-Ewropa illum; kollox b’enfażi fuq il-ħidma manwali u intellettwali, it-tisħiħ tal-ekonomija, it-tixrid tal-kultura permezz tal-abbaziji/monasteri minn fejn żviluppa u tkattar il-patrimonju kulturali permezz ta’ ħidmet il-monaċi biex jikkupjaw jew jiktbu mill-ġdid dokumenti u xogħolijiet tat-Tradizzjonijiet tal-Qedem u dik Kristjana, tal-iskejjel tal-arti, tal-mużika, u fuq kollox bit-tixrid tar-Regola miktuba minn San Benedittu stess li, wara ikytar minn 1500 sena għadha ħajja u attwali.

Ara kopja ta’ din il-ħarġa ta’ SYNTAGMA  … http://www.laikos.org/SYNTAGMA32.pdf

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: