Home > Ġenerali > Xi kwalifiki jrid ikollok biex issir Isqof?

Xi kwalifiki jrid ikollok biex issir Isqof?


PC

Minn Joe Farrugia

Xi jiem ilu ltaqjt ma’ wieħed żagħżugħ, ħabib tiegħi li għadu kif spiċca l-università u bħalissa għaddej minn interview għall-oħra biex isib post fejn jaħdem.  Qalli, “L-ewwel jitolbuk il-lista tal-kwalifiki li għandek u wara jistaqsuk dwar l-esperjenza tiegħek f’dak ix-xogħol.”  Min jaf, f’dawn il-jiem, kemm hemm żgħażagħ oħra bħalu.  Għax illum dik il-kultura, kważi kollox sar jiddepdi mill-kwalifiki u l-esperjenza li jkollok.

Imbagħad ġiet f’moħħi d-diskussjoni li hawn għaddejja bħalissa fil-media dwar it-tmexxija tal-Knisja f’Malta u staqsejt lili nnifsi, “Min jaf xi kwalifiki jrid ikollok biex issir isqof?  Min jaf jekk tkunx trid timla xi applikazzjoni u tehmeż magħha kopja taċ-ċertifikati li għandek?  Min jaf minn min ikun magħmul il-bord tal-għażla (jekk ikun hemm wieħed) u jekk jistaqsukx dwar l-esperjenza li jkollok?”  Illum moħħna hekk sar jaħdem.  Sintendi mhux qed ngħid li dan huwa ħażin, għax fejn il-ġudizzju jrid isir mill-bniedem, bilfors irid ikun hemm xi kriterji li jistabilixxu jekk l-għażla tkunx waħda ġusta.  Inkella mur ħalli għal ilsien in-nies.  U ngħiduha kif inhi, ġieli jkollhom raġun.

Jikkwalifika lil min jagħżel.

Imma din tal-kwalifiki lili fakkritni fi kliem li darba qalli wieħed ħabib tal-qalb tiegħi, “il-Mulej ma jagħżilx li min huwa kwalifikat, imma jikkwalifika lil min jagħżel.”   Kemm jimxi b’mod differenti minna l-Mulej!   Meta għażel lil Pietru, ma tantx naħseb li kellu ċertifikati akkademiċi x’jippreżentalu, u  l-istess naħseb fil-każ tal-ħdax l-oħra.  Xi kwalifiki kellhom qaddisin kbar bħal Franġisku ta’ Assisi biex waqqaf l-ordni li għadu jġib ismu sal-lum?  Xi kwalifiki kellha Tereża, is-soru tal-Kalkutta biex ġiet magħżula tagħmel dak li għamlet?  X’ikwalifika lill-Kurat ta’ Ars, biex sar saċerdot, imbagħad kappillan u llum il-qaddis protettur tal-kappillani u tas-saċerdoti?  Ma nkomplix insemmi għax il-lista ma tispiċċa qatt.  Imma ngħiduha kif inhi, xi kwalifiki jista’ jkollu l-bniedem biex ikun magħżul minn Alla.  X’ċertifikati ppreżentajna jiena u inti, meta dakinhar tal-Magħmudija tagħna, bi grazzja speċjali konna magħżula biex inkunu infilsati fil-Ġisem ta’ Kristu?

Iva, il-Mulej tagħna hekk jaħdem, u dan bid-dikjarar. Ġesù nnifsu kien qalu elfejn sena ilu, “Mhux intom għażiltu lili, imma jiena għażilt lilkom”.   Mur staqsieh għaliex għażel lill-Pietru biex imexxi l-Knisja u mhux lil wieħed mill-oħrajn!  U dan mieta kien jaf minn qabel li se jiċħdu u jaħlef li ma jafux. Tgħid ma kienx hemm min kien aħjar minnu, aktar kwalifikat u aktar effiċjenti?

F’idejn l-Ispirtu.

Illum il-Mulej hekk għadu jaħdem, bl-istess mod.  Xi ħadd jista’ jgħid, “Bil-preferenzi!”  Iva, il-Mulej jippreferina kollha kemm aħna.  Isejħilna kollha kemm aħna. Iħobbna kollha kemm aħna, imma mhux lil kulħadd jagħtih l-istess missjoni x’jaqdi.  Dik f’idejn l-Ispirtu.

U allura l-ewwel u l-aqwa kwalifika li jrid ikollok hija s-sejħa Tiegħu; kemm biex biex issir Isqof, kemm saċerdot jew reliġjuż, anke  biex issir nisrani.  Ma’ din il-kwalifika indispensabbli meħtieġa oħra, il-ġenerożità kbira ta’ dak li jkun imsejjaħ biex b’ħafna mħabba u umiltà jaċċetta dik is-sejħa.  Il-ħwejjeġ l-oħrajn kollha huma ferm sekondarji.

Għalhekk irrid niftaħ għajnejja u noqgħod attent qabel naqbad nisparla  kontra dak jew kontra dawn; mhux biss dwar l-Isqof, mhux biss dwar xi saċerdot, imma wkoll dwar kull wieħed u kull waħda minna.  Għax meta ngħid kontra dak jew kontra dawn, inkun qed noħodha direttament kontra Min għażilhom.

Categories: Ġenerali
  1. Tony Mahoney
    September 1, 2014 at 9:59 am

    Xi kwalifiki jrid ikollok biex issir Isqof?

    Kieku konna qed ngħixu fi żmien Kristu u HU kien jistaqsina ‘l min nagħżlu … skond l-opinjoni tagħna … bħala mexxej tal-Knisja, il-Knisja li kienet għadha qed titwieled, żgur li ħadd minna ma kien jagħżel lil Pietru, forsi jkun hawn min kien jagħżel lil Ġuda li kellu skola aktar minn Pietru; lil Mattew għax għallinqas kien jaf jgħodd sal-għaxra jaf is-sistema tal-ġbir tal-flus; forsi lil Ġwanni li kien profond fil-ħsibijiet tiegħu, iżda Pietru x’kellu joffri? Ħafna mill-Profeta kien jibżgħu, mexxejja tal-poplu kellhom difetti fiżiċi li jfixkluhom. B’dana kollu naraw li l-għażliet t’Alla
    mhumiex l-għażliet tal-bnedmin.

    Għaliex aħna niġġudikaw, nagħmlu ġudizzju fuq dak li jidher, fuq dak li nisimgħu, fuq ir-reazzjonijiet u l-imġieba tal-bnedmin, iżda ma nafux l-ispirtu, ir-ruħ, il-moħħ u dak kollu li jkun għaddej fil-fond tal-qalb.
    Konna nkunu sorpriżi … kif żgur kienu ħafna mill-appostli kienu, … meta raw li l-Imgħallem għażel lis-sajjied Xmun, bniedem bla skola, karattru prużuntuż, taqbiżlu ċ-ċinga jew jitlef l-erre. Ma kellu l-ebda edukazzjoni speċjali li tikkwalifikah ‘l fuq minn sħabu, illum ngħidu ‘mhux żgur kien kapaċi jikteb ismu’.

    Bħal fuħħari, Alla, jagħżel il-ġarra tal-fuħħar, ikissirha, jerġa’ jgħaġen ġarra oħra, iżda ma’ l-għaġna l-ġdida jħallat il-biċċiet tal-ġarra l-antika. Ikun qed jissoda l-ġdida u allura ċerti karatteristiċi jibqgħu hemm. Hekkhu, n-nervożiżmu, il-bravado, il-prużunzjoni ta’Pietru setgħu baqgħu hemm … iżda bl-għajnuna t’Alla qed ikunu użati, channelled, għall-ġid. Din hija waħda mir-raġunijiet li ismu minn Xmun inbidel u sar Pietru. Ma ninsewx li l-isem, fl-Idskrittura jkun marbut mall-missjoni tal-individwu.

    Kulħadd, dawk li huma midħla tal-Atti tal-Appostli jafu l-kontribut, il-kitbiet u l-ħeġġa li Pietru wera bħal Kap tal-Knisja. Din turi li mhux il-bniedem ikun qed imexxi, iżda l-Ispirtu t’Alla li jaħdem fih … u San Pawl qalilna din fil-kitbiet tiegħu.
    Allura l-mistoqsija, li tidher diffiċli u li mhux faċli tweġibha; għax, niddubita kemm hawn nies kompetenti li jistgħu jweġbuha billi jidħlu f’moħħ Alla, issir faċli. Mhux qed nilagħbha tal-bravu u nippretendi li tfaqqa’ subgħajk u ssib it-tweġibha. Għidt ‘tidħol f’moħħ Alla’ għax fil-verita kull ma jseħħ huwa ppjanat fil-Pjan Divin.

    Biex Isqof ikun Ragħaj tajjeb, irid ikun ‘bniedem t’Alla’, mżejjen bil-virtujiet, marbut mar-rieda t’Alla, jaħdem bla heda. Qed inħalli barra l-kwalifiki akkademiċi, għax personalment nemmen li aħjar ikun jixbaħ lil S.Ġwann Marija Viannej (kien imsejjaħ jew mgħajjar ħmar), iżda l-qdusija tiegħu kienet il-kwalifika li għenitu biex ikkonverta u ġibed lejn Alla ‘l ħafna fir-Raħal ta’Ars.
    Iva, il-qdusija, il-karattru doċli tant li ‘qasba mġenġla ma kienx jiksirha’ (Iżaija), ma kien jaħtaf u jikser lil ħadd. Żgur li ma kienx iġib ruħu ta’ CEO. Qdusitu kienet tagħtih id-dawl meħtieġ biex jiġbed u jmexxi l-erwieħ lejn Alla. L-ispiritwalita hija l-ewwel u l-aqwa kwalifika. Il-karattru u l-intelliġenza jiġu wara, iżda, jekk huwa spiritwali, ikun kapaċi, bl-għajnuna t’Alla jikkontrolla l-karattru u jadatta, allura juża l-intelliġenza għal tmexxija għaqlija tal-erwieħ (hekk ġralu Pietru).

    Fil-Liġi Kanonika żgur li hemm regoli u direzzjonijiet ċari dwar l-għażla ta’ kandidat għall-Episkopat. Iżda, biex min hu responsabbli li jinnomina ‘l dak li jkun, jagħmel għażla tajba, skont ir-Rieda t’Alla, irid ikun hemm ħafna talb. Żgur li fil-Pjan Divin, il-persuna magħżula ilha f’moħħ Alla mill-eternita.

    Għalhekk hemm bżonn ta’ dixxerniment qawwi u talb biex jingħaraf il-persuna magħżula minn Alla … u nimmaġina li hekk isir.
    Xogħolna huwa li nitolbu u ma nikkritikawx jew nikkundannaw. Inkunu qed nonqsu bl-ikreh jekk naqbu mal-karatteristiċi sekondarji: kif iħobb jilbes; ma’ liema partit iżomm; kemm kapaċi jagħmel ‘show’ eċċ. Xogħolna huwa li nitolbu bla heda biex l-Ispirtu t’Alla jdawwal l-imħuħ ta’ dawk li huma responsabbli li jagħmlu l-għażla, li tkun skont il-qalb t’Alla.

    Inżommu quddiem għajnejna l-istorja: meta ntagħżel il-qaddis, Ġwanni XXIII, ħafna ħasbu li kien se jkun Papa biex jimla’ l-vojt sakemm imut u jilħqu jsibu ‘l xi ħadd adattat (skont huma), iżda kulħadd jaf x’terrimot qajjem Ġwanni XXII fil-Knisja, x’arja ġdida u friska daħlet … hekk kien il-Pjan Divin.

  2. Tony Mahoney
    September 1, 2014 at 8:30 am

    Xi kwalifiki jrid ikollok biex issir Isqof?

    Kieku konna qed ngħixu fi żmien Kristu u HU kien jistaqsina ‘l min nagħżlu … skond l-opinjoni tagħna … bħala mexxej tal-Knisja, il-Knisja li kienet għadha qed titwieled, żgur li ħadd minna ma kien jagħżel lil Pietru, forsi jkun hawn min kien jagħżel lil Ġuda li kellu skola aktar minn Pietru; lil Mattew għax għallinqas kien jaf jgħodd sal-għaxra jaf is-sistema tal-ġbir tal-flus; forsi lil Ġwanni li kien profond fil-ħsibijiet tiegħu, iżda Pietru x’kellu joffri? Ħafna mill-Profeta kien jibżgħu, mexxejja tal-poplu kellhom difetti fiżiċi li jfixkluhom. B’dana kollu naraw li l-għażliet t’Alla mhumiex l-għażliet tal-bnedmin.

    Għaliex aħna niġġudikaw, nagħmlu ġudizzju fuq dak li jidher, fuq dak li nisimgħu, fuq ir-reazzjonijiet u l-imġieba tal-bnedmin, iżda ma nafux l-ispirtu, ir-ruħ, il-moħħ u dak kollu li jkun għaddej fil-fond tal-qalb.

    Konna nkunu sorpriżi … kif żgur kienu ħafna mill-appostli kienu, … meta raw li l-Imgħallem għażel lis-sajjied Xmun, bniedem bla skola, karattru prużuntuż, taqbiżlu ċ-ċinga jew jitlef l-erre. Ma kellu l-ebda edukazzjoni speċjali li tikkwalifikah ‘l fuq minn sħabu, illum ngħidu ‘mhux żgur kien kapaċi jikteb ismu’.

    Bħal fuħħari, Alla, jagħżel il-ġarra tal-fuħħar, ikissirha, jerġa’ jgħaġen ġarra oħra, iżda ma’ l-għaġna l-ġdida jħallat il-biċċiet tal-ġarra l-antika. Ikun qed jissoda l-ġdida u allura ċerti karatteristiċi jibqgħu hemm. Hekkhu, n-nervożiżmu, il-bravado, il-prużunzjoni ta’Pietru setgħu baqgħu hemm … iżda bl-għajnuna t’Alla qed ikunu użati, channelled, għall-ġid. Din hija waħda mir-raġunijiet li ismu minn Xmun inbidel u sar Pietru. Ma ninsewx li l-isem, fl-Idskrittura jkun marbut mall-missjoni tal-individwu.

    Kulħadd, dawk li huma midħla tal-Atti tal-Appostli jafu l-kontribut, il-kitbiet u l-ħeġġa li Pietru wera bħal Kap tal-Knisja. Din turi li mhux il-bniedem ikun qed imexxi, iżda l-Ispirtu t’Alla li jaħdem fih … u San Pawl qalilna din fil-kitbiet tiegħu.
    Allura l-mistoqsija, li tidher diffiċli u li mhux faċli tweġibha; għax, niddubita kemm hawn nies kompetenti li jistgħu jweġbuha billi jidħlu f’moħħ Alla, issir faċli. Mhux qed nilagħbha tal-bravu u nippretendi li tfaqqa’ subgħajk u ssib it-tweġibha. Għidt ‘tidħol f’moħħ Alla’ għax fil-verita kull ma jseħħ huwa ppjanat fil-Pjan Divin.

    Biex Isqof ikun Ragħaj tajjeb, irid ikun ‘bniedem t’Alla’, mżejjen bil-virtujiet, marbut mar-rieda t’Alla, jaħdem bla heda. Qed inħalli barra l-kwalifiki akkademiċi, għax personalment nemmen li aħjar ikun jixbaħ lil S.Ġwann Marija Viannej (kien imsejjaħ jew mgħajjar ħmar), iżda l-qdusija tiegħu kienet il-kwalifika li għenitu biex ikkonverta u ġibed lejn Alla ‘l ħafna fir-Raħal ta’Ars.
    Iva, il-qdusija, il-karattru doċli tant li ‘qasba mġenġla ma kienx jiksirha’ (Iżaija), ma kien jaħtaf u jikser lil ħadd. Żgur li ma kienx iġib ruħu ta’ CEO. Qdusitu kienet tagħtih id-dawl meħtieġ biex jiġbed u jmexxi l-erwieħ lejn Alla. L-ispiritwalita hija l-ewwel u l-aqwa kwalifika. Il-karattru u l-intelliġenza jiġu wara, iżda, jekk huwa spiritwali, ikun kapaċi, bl-għajnuna t’Alla jikkontrolla l-karattru u jadatta, allura juża l-intelliġenza għal tmexxija għaqlija tal-erwieħ (hekk ġralu Pietru).

    Fil-Liġi Kanonika żgur li hemm regoli u direzzjonijiet ċari dwar l-għażla ta’ kandidat għall-Episkopat. Iżda, biex min hu responsabbli li jinnomina ‘l dak li jkun, jagħmel għażla tajba, skont ir-Rieda t’Alla, irid ikun hemm ħafna talb. Żgur li fil-Pjan Divin, il-persuna magħżula ilha f’moħħ Alla mill-eternita.

    Għalhekk hemm bżonn ta’ dixxerniment qawwi u talb biex jingħaraf il-persuna magħżula minn Alla … u nimmaġina li hekk isir.

    Xogħolna huwa li nitolbu u ma nikkritikawx jew nikkundannaw. Inkunu qed nonqsu bl-ikreh jekk naqbu mal-karatteristiċi sekondarji: kif iħobb jilbes; ma’ liema partit iżomm; kemm kapaċi jagħmel ‘show’ eċċ. Xogħolna huwa li nitolbu bla heda biex l-Ispirtu t’Alla jdawwal l-imħuħ ta’ dawk li huma responsabbli li jagħmlu l-għażla, li tkun skont il-qalb t’Alla.
    Inżommu quddiem għajnejna l-istorja: meta ntagħżel il-qaddis, Ġwanni XXIII, ħafna ħasbu li kien se jkun Papa biex jimla’ l-vojt sakemm imut u jilħqu jsibu ‘l xi ħadd adattat (skont huma), iżda kulħadd jaf x’terrimot qajjem Ġwanni XXII fil-Knisja, x’arja ġdida u friska daħlet … hekk kien il-Pjan Divin.

  3. josros9
    August 30, 2014 at 2:23 pm

    Fuq is-suggett tal-kwalifiki dwar xoghol, mhux gust li wiehed jigi ggudikat biss fuq il-kwalifiki. Hawn min ma kellux cans jikkwalifika ruhu, imma xorta kapaci, u dejjem qed jithalla l-art. Izda fuq il-mexxejja taghna religjuzi ghandna naraw fihom lil Alla u jkollna fiducja f’min qieghdhom ghall-kariga. Nemmen li ma jistax ikollna mexxejja spiritwali ahjar. L-Arcisqof Emeritus, kien jghid fl-omeliji, ghalih innifsu, li Alla pogga dan il-hmar, u bih ried jimxi. U nghid ghalija ma kienx hmar.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: