Home > Ġenerali > Il-Vaganzi Tagħna u l-Fika tal-Iżvediżi

Il-Vaganzi Tagħna u l-Fika tal-Iżvediżi


Minn Joe Farrugia

Is-Sibt, 16 ta’ Awwissu 2014:  Għadni kif qrajt b’interess, kitba fil-Gaurdian tallum dwar dak li l-Iżvediżi jsejħulha “fika”.  Il-kelma hija użata kemm bħala verb kif ukoll bħala nom u tirreferi għall-waqfa mix-xogħol għall-mistrieħ.  Imma aktar minn hekk hija waqfa li joħduha flimkien, waqfa sinkronizzata tal-ħaddiema kollha f’daqqa.  L-artiklu jsemmi kif Terry Hartig, li huwa psikologu u riċerkatur fil-qasam tas-saħħa tkellem dwar il-ħtieġa li l-mistrieħ tagħna, breaks jew vaganzi, noħduhom flimkien għaliex hekk iservu ta’ restawr kollettiv – collective restoration.

flimkienMill-ewwel ġie f’moħħi u apprezzajt kemm kien ġeneruż magħna l-Mulej meta riedna nħarsu waqfa flimkien darba fil-ġimgħa; mhux għalih, imma għalina.  Ġesù qal, “ma tafux li s-Sibt sar għalikom u mhux intom għas-Sibt”  Illum, wara eluf ta’ snin, wara li bosta familji lanqas biss il-possibiltà ta’ waqfa flimkien darba fil-ġimgħa ma fadlilhom, illum ix-xjenza, lil Alla qed tagħtih raġun.  Mhux bilfors, mhux Huwa stess ħalaqha!

Konna nosservaw il-Ħadd bħala jum ta’ mistrieħ li noħduh ilkoll flimkien.  Illum il-mistrieħ noħduh – suppost – anke għax impost mil-liġijiet industrijali, imma llum il-ġurnata off, min joħodha llum, min se joħodha għada u min ġa ħadha il-bieraħ.  Imsieken li aħna, ħallejnihom jisirqulna anke l-jum tal-Ħadd!

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: