X’qal eżatt il-Papa?


Sur Editur,

Taħt ħafna aspetti l-Papa Franġisku tassew huma don mill-Mulej għall-umanità. Huwa don l-għaliex ma jiddejjaq xejn juri l-verità. Anki jekk ikun hemm min jitmehżmeż. Bħalma kien hawn min tmehżmeż bl-omelija li għamel nhar it-Tnejn 2 ta’ Ġunju waqt li kien qiegħed iqaddes quddiesa ma’ grupp ta’ koppji li kienu qiegħdin jiċċelebraw il-25 u s-60 anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

F’din l-omelija l-Papa tħaddet fuq it-tlett karatteristiċi li jsawwru imħabbet Kristu għall-għarusa tiegħu, il-Knisja, u kif ukoll tal-qalb taż-żwieġ Nisrani. Jiġifieri l-fedeltà, il-perserveranza u l-frott taż-żwieġ. Il-kontroversja fil-medja qamet meta l-Papa tħaddet bil-miftuħ fuq it-tielet aspett taż-żwieġ, il-frott tiegħu.

Bi mħabba ta’ missier spiritwali li hu Papa Franġisku fetaħ għajnejn dawk il-koppji li jidħlu għaż-żwieġ b’għażla li ma jkollhomx ulied. Fuq dawn l-aħwa l-Papa ma qgħadx jogħmodilhom! Widdibhom! Għax qiegħdin fi żball oħxon li, ‘il quddiem, jaf jiddisjpaċiehom bil-kbir li wettquh!

Il-Papa qal hekk: “Hemm ukoll affarijiet oħra li Ġesù ma jieħux gost bihom. Bħal, ngħidu aħna, żwiġijiet li huma sterili b’għażla. Dawk li fihom il-miżżewġin ‘ma jridux ulied’ jew ‘iridu jibqgħu mingħajr fertilità’.

Issokta l-Papa: “Din il-kultura tal-ħajja komda minn għaxar snin l’hawn ikkonvinċietna: ‘Aħjar ma jkollokx ulied! Aħjar! Tista’ tmur tesplora d-dinja. Tista’ tmur għall-btala. Tista’ ikollok villa fil-kampanja. Tista’ tkun liberu … Tista’ tkun aħjar, aktar komdu, jekk ikollok xi kelb jew żewġt iqtates u l-imħabba tmur għaż-żewġt iqtates u l-kelb. Din vera jew le? Rajtuha? Imbagħad, fl-aħħar mill-aħħar, dan iż-żwieġ jidħol fix-xjuħija fis-solitudni, bil-qrusa li ġġib magħha ħajja waħedha. Żwieġ bħal dan ma jagħtix frott. Ma jagħmilx dak li Ġesù jagħmel mal-Knisja tiegħu. Hu jagħmel lill-Knisja tiegħu fertili”.

Iż-żwieġ m’huwiex ċimiterju imma skola tat-tnissil tal-ħajja f’kull sens. L-ewwel nett tal-ulied. Dawk li jistgħu ikollhom l-ulied ħa jkollhom l-ulied. U dawk li ma jistgħux ikollhom għalissa noffrilhom minn qalbi talbi ħalli xewqithom ma ddumx ma sseħħ!

Patri Mario Atttard OFM Cap

  1. Jason Cassar
    June 19, 2014 at 8:21 am

    U Alla halaq il-bniedem fuq xhihiet, fuq xbihat Alla halqu, ragel u mara ghamilhom. U berikom Alla u qailhom: “Nisslu u oktru u imlew l-art ….” (Genesi 1:27-28)

    Din dan kien l-ewwel kmand ta’ Alla lill-bniedem wara li halqu u bierku… Nisslu u oktru u imlew l-art. Imma il-bniedem, anke llum lill-Alla qed jghidlu “Le” .

  2. June 18, 2014 at 10:16 pm

    Naqbel ma dawn il komenti kollha. Sewwa qal l Papa. Povri tfal li jinsabu f’din is sitwazjoni li jitrabbew man-nanny.Qabel jizzewgu jmesshom ma jidhlux go dwun kbar. It tfal lghaqda taz zwieg hu jgibu ferh kbir, imma il lum ma jridhux jamlu sagrificju.

  3. Stephen Gatt
    June 18, 2014 at 9:12 pm

    Jekk il-koppji ragel u mara ma jridux igibu tfal fid-dinja biex igawdu aktar, allura mhux bir-ragun bdejna nitkellmu dwar koppji tal-istess sess. Dawk vera ma jistghax ikollohom tfal. Mhux hekk biss, koppji li min-natura jista’ jkollhom it-tfal ma jriduhomx. Koppji li min-natura ma jistghax ikollhom tfal jiggieldu ghad-drit li jaddottaw.

  4. E. Zammit
    June 18, 2014 at 9:04 pm

    Jiena qatt ma kont nisrani prattikanti. Nistqarr li mhux darba jew tnejn hadtha kontra l-knisja u kontra l-qassisin. Imma donnu li f’dan il-pajjiz il-familja hadd ma jsemma lehnu favur taghha hlief il-knisja. U dan hu hazin ghax il-familja mhix propjeta’ tal-knisja imma tal-bniedem. Jiena mhux xi studjuz, imma kulhadd jaf li l-familja kienet tyezisti ferm qabel bdiet il-knisja. Allura llum ghaliex meta nitkellmu favur il-familja, donnu qed nitkellmu dwar xi domma tal-fidi nisranija?

  5. Fr C.
    June 18, 2014 at 8:43 pm

    Kemm qalu, jew kemm ghidna kontra l-Papa Pawlu VI, meta kiteb l-Humane Vitae. Hadniha qatt bla habel kontra tieghu ghax tkellem kontra l-kontroll tat-twelid. Imma llum qed nindunaw kemm kellu ragun ghax aktar milli kontra l-kontrol tat-twelid, Pawlu VI kiteb kontra l-kultura tal-mewt li konna bdejna dehlin fiha.

    Quddiem kull tbatija, quddiem kull tragedja, twelid ta’ tarbija gdida joffri t-tama lill-umanita’ Imma jekk nikkontrollow il-koncepiment bil-kontracettivi, u jekk jizgicca xi hadd nabortuh, allura x’tama ghandha l-umanita’ ghal futur taghha?

  6. M. Dalli
    June 18, 2014 at 8:36 pm

    Gheziez Sinjuri, dwar liema tfal qed titkellmu? Mela llum ghadna ngibu t-tfal! Bir-rata tat-twelid tal-Ewropa u ta’ pajjizna, il-generazzjoni qed titnaqqar. Sirna generazzjoni ta’ anzjani.

  7. L. Mangion
    June 18, 2014 at 8:32 pm

    Illum il-flus imexxu kollox. Il-pajjiz ghandu bzonn idahhal aktar taxxi. Allura jehtieg li aktar ommijiet, ihallu l-uliedhom man-nanniet biex imorru jahdmu. Inkella kif inhallsu l-pensjonijiet.

    Kif qal il-Papa fil-gurnal spanjol – Qed narmu generazzjoni shiha biex inzommu wieqfa sistema ekonomika falluta.

  8. Charles Mallia
    June 18, 2014 at 8:27 pm

    Il-frott (tajjeb jew hazin) ta’ dak li qed naghtu lil uliedna llum, id-dinja ghad trid tahsdu ghada, meta hafna minna ma nkunux ghadna hawn biex inhabbtu fuq sidirna.

  9. Joe Farrugia
    June 18, 2014 at 8:24 pm

    Il-Papa spiss jitkellem dwar il-familja. Huwa suggett wisq gall-qalbu. Jumejn ilu qal li uliedna qed jitilghu iltiema. Qal mhuwiex uman li l-missier johrog mid-dar u jhalli lill-uliedu reqdin u jidhol lura u uliedu jkunuga raqdu.

    “Din m’hix ħajja! Hu salib iebes wisq. M’huwiex uman. …. Din hi s-soċjetà ta’ l-iltiema.”

    Ara diskors kollu fil-Laikos –
    http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Diskors_Konvenju_Ruma_16062014.htm

  10. Marija Attard
    June 18, 2014 at 8:17 pm

    Iva, dan kollu veru, Fr Mario. Imma llum dehlin ideat ohra. Bhal per ezempju, nizzewgu, imma kulhadd izomm tieghu ghalih. Dan zwieg? Mela xi tfisser li naghtu lilna nfusna lil xulxin? Xi tfisser fit-tajjeb u fil-hazin? Xi tfisserfil-mard u fis-sahha?

    Povri uliedna u neputijiet taghna li telghin f’din il-mentalita!

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: