Home > Ġenerali > Ġiti kważi perfetti, imma …

Ġiti kważi perfetti, imma …


Ġiti kważi perfetti,  imma …

Matul l-aħħar snin, kibret sewwa f’pajjiżna l-popolarità ta’ ġiti qosra barra minn Malta li matulhom wieħed jistrieħ xi ftit mir-rutina tas-soltu u fl-istess waqt igawdi ambjenti differenti minn dawk li għandna f’pajjiżna. U dan huwa tajjeb.

Irridu qabel xejn napprezzaw li mhux kulħadd jista’ jmur fuq ġita, min minħabba nuqqas ta’ mezzi, min minħabba nuqqas ta’ saħha u min minħabba raġunijiet oħra.  Imma din mhix il-linja ta’ ħsieb li xtaqt nikteb dwarha llum.  Għandi f’moħħi xi ħaġa oħra, li kellmuni oħrajn dwarha u li jiena stess esperjenzajt, u dan ikolli nistqarr, kemm bi frustrazzjoni kif ukoll b’ċerta rabja.  Qed nirreferi għan-nuqqas kbir ta’ ħsieb mill-organizzaturi tal-ġiti biex fil-programmi tagħhom jħallu ħin liberu għall-quddiesa, imqar dik tal-Ħadd.

 

Ġita mhix pellegrinaġġ

Nifhem li l-ġiti mhumiex pellegrinġġ.  Naf li fil-pellegrinaġġi, quddies ikun hemm.  Imma nemmen li fost dawk li jmorru ġiti u mhux pellegrinaġġ ikun bosta li jixtiequ li jkollhom il-possibiltà ta’ quddiesa.

Naf li l-programmi li jfasslu l-operaturi jkollhom fihom eskursjonijiet immarkati optional, tmur jekk trid tant li l-ħlas ma jkunx inkluż fil-prezz bażiku. Imma mill-banda l-oħra, bosta programmi jkunu tali li min ma jmurx għall-eskursjoni biex imur quddiesa, allura jkollu ġurnata sħiħa vojta, f’uħud mill-każi naf li kellu jagħmel il-jum kollu fil-lukanda jew idur fil-vojt fl-inħawi tagħha.

L-Ingliżi jgħidu, you cannot have your cake and eat it.  Minnu sa ċertu punt għaliex bi ftit ħsieb, tista dduq il-kejk u xorta jifdallek sewwa minnu. U dan mhuwiex kif akkużanti tour leader sena ilu meta qalli, “Inti trid taqdi lil Alla u lix-xitan”.  Li rrid ngħid huwa li bi ftit ħsieb u ftit interess, il-programm jista’ jkun imfassal b’mod li bla ma jħarbat programmi, iħalli ħin biżżejjed lil min irid jieħu sehem f’quddiesa li jagħmel dan.

Ma nemminx dak li qalli xi ħadd ftit ilu, li lit-tour operators ma jinteresshomx il-quddies għal dawn lilhom ma jħallulhomx qliegħ.  Huwa minnu li llum mhux il-poplu kollu huwa Kattoliku jew jimpurtah mill-quddies, imma huwa minnu wkoll li fil-maġgoranza kbira tiegħu, il-poplu l-quddiesa għadu japprezzha u jfittixha.

 

La vaganza, allura vaganza minn kollox … minbarra l-ikel

Imma jista’ jkun li fostna, anke dawk li jmorru l-quddies kuljum, dieħla ġmielha li l-mentalità li la vaganza, vaganza minn kollox.  Xi ħadd semmieli saċerdot b’ismu u kkwotah jgħid li meta tkun imsiefer, jekk ma tmurx quddies, ma jimpurtax.  Qatt ma nemmen li saċerdot qal hekk.  Nippreferi naħseb li dal-bniedem fehemu ħażin.  Wara kollox, meta nkun xi ġita qatt ma noħlom nagħti vaganza lil żaqqi, anzi aktarx inħaddima aktar.

Imbagħad l-anomalija f’dawn il-ġiti hi, li waqt li spiss ma jħallux ħin għall-quddies, f’ħafna minnhom ma tgħaddix ġurnata li l-grupp ma jidħolx iżur xi knisja jew katidral, sintendi mhux bħala post sagru ta’ qima, imma bħala attrazzjoni turistika, artistika u kulturali.  U anke dwar dan hemm ħafna x’wieħed jista’ jgħid u jilminta, għax dawn il-postijiet kienu mibnija mill-antenati tagħna bħala postijiet ta’ talb u mhux bħala mużewijiet.  Imma din mhix problema tat-tour operators. Għal din hemm persuni oħra li dwarha għandhom għax jitħassbu u jinkwetaw.

 

Joe Farrugia

 

Categories: Ġenerali
  1. Joe Farrugia
    May 5, 2014 at 7:41 am

    Il-kummenti ta’ Tony Zahra fakkruni fi ktieb li qrajt ftit ilu, Return to Order miktub minn John Horvat. Fih l-awtur ixebbah lis-socjeta’ Amerikana ma’ vapur fuq dik li jsejhilha “a never ending cruise”. Fuq il-vapur hemm kull kumdita’ u kull divertiment u kulhadd qed jixxala. Minkejja li jibdew jitfaccaw il-problemi u minkejja li kollox juri li l-vapur riesaq lejn dizastru inevitabbli, madankollu, sakemm kulhadd qed jiddeverti u jaghmel li jiftillu, allura hadd ma jrid iwaqqaf il-party.

    Nistghu nuzaw l-istess tixbieha dwar pajjizna?

  2. Tony Zahra
    May 5, 2014 at 7:28 am

    Dak li qalet Antida dwar NY bhal donnu ma jghoddx ghal Malta. Ghax f’dawn l-ahhar nahsbu snin sirna avvanzati u rridu minghalina nuru kemm ahna l-quddiem. Ma nafux, jahassra, li f’hafna pajjizi qed jippruvaw jergghu jibnu il-valuri li tilfu snin ilu, U ahna nahsbu li ahna progressivi meta qed narmu kollox il-bahar.

  3. Tereza Dalli
    May 5, 2014 at 7:21 am

    Ma rridx nirrepeti dak li inkiteb diga’, imma anke jiena ghaddejt mill-istess esperjenza. Imbaghad, biex naghmlu nofs ta’ nhari shah nigru fil-hwienet, ma jimpurtax.

  4. Marija Attard
    May 5, 2014 at 7:17 am

    Naqbel hafna ma’ din il-kitba. Kull ma jmur qed issir kwazi impossibli issib gita li fiha jkollok assigurazzjoni ta’ possibilta’ ta’ quddiesa il-Hadd jew ta’ l-inqas is-Sibt fil-ghaxija. Sentejn ilu sa morna gita fejn qalulna li se jkollna hin, imbaghad wara, qalilna li minhabba li t-triq tal-excursion kienet teila u minhabba t-traffiku mhux ser immorru. Imbaghad, biex bhal donnu jikkuntenta lin-nies, qabbad lil xi hadd minna jaqra bicca mill-Vangelu. Fittixt diversi agenziji u dwar dan nahseb kollha l-istess. Nemmen li dan mhux servizz u nhossni diziluza hafna.

  5. Antida
    May 4, 2014 at 7:23 pm

    Jiena qeda Ny u meta mort cruise minn hawn stess fuq l vapur kellna quddiesa l Hadd, so suppost l Maltin ghad baqa maggoranza ta nies li meta jkunu fuq vaganza ghad jridu li jismihu quddiesa l Hadd. Ma nahsib li sacerdot jekk kien ta laffari tieghu se jghid li jekk ma tismax quddiesa l Hadd ma jimpurtax.Li trid tamel ghal hajtek u ruhek issa trid tamlu mhux wara mewtek. Quddiesa fija hafna Grazji.
    Antida

  6. Fr Paul Chetcuti SJ
    May 4, 2014 at 7:04 pm

    Tajjeb u mportanti li npoggu rasna flimkien biex nithaddtu dwar il-familja – sinodu, konferenza, ecc. Imma ftit jiswew id-dokumenti jekk ma nsarrfuhomx f’azzjoni mahsuba, sostnuta u diretta mal-familji. Min jaf kieku nibdew mill-familji li qed irabbu… il-familji tat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja li jkunu maghna ghal madwar 12-il sena fil-fazi l-aktar krucajli tal-hajja tat-tfal u tal-genituri… Wasal iz-zmien li nitkellmu dwar Skola-Parrocca?

  7. Pawlu Borg
    May 4, 2014 at 2:22 pm

    Ma niskantax jekk saċerdot qal hekk “li meta tkun imsiefer, jekk ma tmurx quddies, ma jimpurtax”. Jien niftakar saċerdot li kien tour leader li la kien imur quddies u lanqas iqaddes, anki l-Ħadd.

  8. Tony Mahoney
    May 4, 2014 at 11:15 am

    “Xi ħadd semmieli saċerdot b’ismu u kkwotah jgħid li meta tkun imsiefer, jekk ma tmurx quddies, ma jimpurtax.”
    Ma nagħtikx tort, Joe, li ma temminx li saċerdot qal hekk. Iżda ngħidlek ‘Emmen’ għax din intqalghet lili wkoll. Ħaġa tal-mistħija u tal-biki, l-aktar tkun ġejja minn dak li suppost hu ‘Alter Christus’.

    Nemminha għax ġrat lili; darba ħiereġ mill-knisja u daħal wieħed liebes qmis bil-kuluri, mhux tal-qawsalla iżda li lil Walt Disney kien iġiblu l-għira. Staqsini għall-kappillan, weġibtu li kien għadu kemm mar qadja, għax kwarta qabel jien kont miegħu. Per prudenza staqsejtu nistax ngħinu. Qalli li ried ikellem lilu għax huwa kien Saċerdot. Awtomatikament bdejt infittex biex nara nsiblux xi distintiv, xi salib li juri li hu Saċerdot. Nammetti li forsi jien nqast dak il-ħin meta għidtlu : ‘Ma tidhirx li inti Saċerdot.’ Il-ħasda ħadtha bit-tweġiba tiegħu meta qalli li huwa ġie mill-Awstralja fuq vaganza allura ma jurix li huwa Saċerdot.

    Irrid ngħid li jien nilbes kuljum id-distintiv tiegħi, li huwa ċ-ċurkett taż-żwieġ. Jien ma nistħix nuri l-s-sejħa tiegħi. Għaliex ċerti saċerdoti ma jilbsux tagħhom?

    Meta qed ngħid lill-Kappilan aktar tard, qalli: ‘Tiskantax Tony, hawn Saċerdoti maltin li jagħmlu l-istess meta jmorru għall-vaganzi.’ Allura bl-istess raġunament, illoġiku ta’ dawn il-povri saċerdoti, aħna l-irġiel miżżewwġin, meta nsiefru fuq vaganza għandna ninsew li aħna miżżewwġin u nistgħu immorru ma’ kull waħda jew inġibu ruħna ta’ rġiel mhux miżżewwġin.

    Fejn hu l-valur tad-dikjarazzjoni: ‘Tu es Sacerdos in aeternum’ ? Iva, nemmen li l-problemi ġejjin min-naħa ta’ min suppost jagħti eżempju lilna l-lajċi. Din qed issir parti mill-kultura ta’ żmienna. Kemm jiddispjaċini meta n-neputijiet isiefru ma’ tal-iskola għall-ġimgħa … fil-Ġimgħa Mqaddsa … u t-teachers responsabbli ma jipprovdux Saċerdot biex iqaddsilhom Quddiesa l-Ħadd, l-aqwa Ħadd, il-Qawmien tal-Mulej mill-mewt. X’jiswa li l-iskola tkun imsemmija għal Qaddis kbir?? Jew każ ieħor imorru kamp mal-Iscouts u l-istess ma jikkuntattjaw lil ebda Saċerdot għall-Quddiesa. Il-musmmar dieħel bil-ponta fina tiegħu, once li jidħol ma taqalgħux.

    Nippretendi li l-Kurja għandha tkun infurmatha bid-dettalji kollha mill-iSpiritual Directors dwar dak li qed iseħħ fl-iskejjel. Rigward il-Ġiti. Aħna kull meta mmoru xi ġita barra minn Malta dejjem mmorru mal-istess kumpanija u dejjem jipprovdu Direttur Spiritwali, li jqaddes Quddies ta’ kuljum. U dan ma jkunx pellegrinaġġ. Għad hawn min għandu kuxjenza u jistqarr li hu kristjan.

    Għal-ġiti li jiġu Malta l-aktar li tista’ tagħmel il-Knisja huwa li tibgħat informazzjoni updated bis-servizzi fil-knejjes ta’ Malta u Għawdex, b’liema lingwa jsir is-servizz u l-ħinijiet. Parroċċa serja … irrid ngħid Kappillan serju … għandu jħossu fid-dmir li din l-informazzjobi jibgħatha lil-lukandi kollha li jkun hemm fil-Parroċċa tiegħu. L-istess għandu jagħmel biex jorganizza ‘Tours’ fil-knisja partikulari tiegħu b’lingwi differenti.

    Dawn mhumiex xi idejat ġodda, ilhom isiru (minni personali), tul is-snin, iżda dejjem jaqgħu fuq widnejn torox. Qed nistenna li dalwaqt naqgħu biex inwaħħlu mal-bieb tal-Knisja ‘OFFICE HOURS’, bħallikieku Kristu kellu jew għandu l-OFFICE HOURS. Nażżarda ngħid, bl-umilta kollha, li għandna niżżu ħajr ‘l Alla għall-interess li qed jieħdu ħafna lajċi li huma ddedikati għall-Appostolat tat-tixrid tal-Kelma t’Alla. Ħafna huma dawk li b’sagrifiċċju kbir tagħhom personali u tal-familja tagħhom jiddedikaw sigħat twal biex jaħdmu fl-Għaqdiet.

    Mulej, ħenn għall-miżerja tagħna għax qed nonqsuk wisq, nitolbuk ‘Iftħilna għajnejna.’

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: