Home > Ġenerali > Wasal il-waqt ta’ Sinodu Djoċesan dwar il-Familja ?

Wasal il-waqt ta’ Sinodu Djoċesan dwar il-Familja ?


sinoduFl-2003 il-Knisja f’Malta kienet ippublikat id-dokument tas-Sinodu Djoċesan dwar Żwieġ u Familja. Minn dakinhar sal-lum seħħew f’pajjiżna diversi ġrajjiet li bidlu radiklament ix-xena lokali fil-qasam tal-familja u taż-żwieġ.

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi u fid-dawl ukoll tal-importanza li l-Papa Franġisku nnifsu qed jagħti lill-familja, tant li sejjaħ Sinodu tal-Isqfijiet li se jkun kemm din is-sena (2014) u kif ukoll is-sena d-dieħla (2015), forsi ta’ min wieħed jistaqsi …

Wasal iż-żmien li fil-Knisja f’Malta jkollna Sinodu Djoċesan b’tema speċifika dwar il-Familja?

Ara d-dokument tas-Sinodu Djoċesan (2003), Żwieġ u Familja, flimkien ma’ dokumenti oħra li hemm bżonn niskopru mill-ġdid; il-Familiaris Consortio, l-Ittra tal-Papa Ġwanni Pawlu lill-Familji, l-Ittra tal-Papa Franġisku lill-familji, u oħrajn.

Issibhom kollha bil-Malti fil-Laikos din il-link …  https://www.facebook.com/pages/Familja/643744402367865?ref=hl

Napprezzaw ukoll jekk tiktbilna x’taħseb dwar din id-domanda: “Wasal il-waqt ta’ Sinodu Djoċesan dwar il-familja ?”

 

 

Categories: Ġenerali
  1. Pawlu Borg
    May 4, 2014 at 2:34 pm

    Importanti li jekk isir Sinodu Djoċesan, iwassal tagħlim konformi mal-Knisja Kattolika mhux “tagħlim” biex ningħoġbu mal-bqija tas-soċjeta’.

  2. Tony Mahoney
    May 3, 2014 at 9:44 pm

    Wasal il-waqt ta’ Sinodu Djoċesan dwar il-Familja ?

    Ħafna minna, nhar is-Sibt filgħaxija, jew il-Ħadd, marru ‘jisimgħu’ il-Quddiesa. Probabbli ħafna, kif suppost, wara l-ewwel Qari wieġbu l-Vers Responsorjali tas-Salm u qalu: “Mulej, Int tgħallimni t-triq tal-ħajja.” Kieku kull wieħed ikun konvint minn din l-istqarrija solenni, kieku ngħixu fis-sliem, li Alla BISS jista’ jagħti. Kieku l-familja Maltija hija xempju bħal Familja ta’ Nazzaret.

    Iżda huwa minnu li t-triq ta’ ħajjitna qed inħalluha f’idejn il-Mulej, kif stqarrejna nhar il-Ħadd? Jew kif jgħidu l-Ingliżi, dan huwa biss ‘lip service’? Għidniha, stqarrejniha għax kulħadd qal hekk? Jew qed nippruvaw nimmudellaw il-familja tagħna fuq dak li naraw fuq il-mezzi tax-xandir u fuq is-Soap Operas?

    Bir-rispett kollu, mingħajr ma niġġudika, għax ma nistax niġġudika, naħseb li ħafna drabi nimxu mal-kurrent, nagħmlu kif jagħmel ħaddieħor, naċċettaw dak li jaċċetta ħaddieħor. Inqumu bil-wieqfa għax kulħadd iqum, inċapċpu għax kulħadd iċapċap. Dawn kieku huma affarijiet żagħar. Il-problema tidħol meta nagħmlu affarijiet kbar.

    Ix-xhieda, il-witnessing tagħna ta’ Kristu, il-konvinzjoni tagħna f’dak li nemmnu, irridu nuruha, nxandruha quddiem kulħadd bla biżgħa ta’ xejn. Jekk aħna nemmnu tassew fi Kristu u f’dak li jgħallem, permezz tal-Knisja, rridu nistqarruh u niddefenduh f’kull ċirkustanza. DIN tfisser li dak li stqarrejna nhar il-Ħadd fil-Quddiesa: “Mulej, Int tgħallimni t-triq tal-ħajja”, nuru li nfissruha u nemmnu fiha bil-provi billi ma nħallu lil ebda bniedem, hu min hu, jmexxina, jiddettalna u jgħallimna t-triq tal-ħajja tagħna. Dan, naturalment huwa f’dak li jirrigwarda t-Twemmin tagħna.

    Waħda mid-differenzi kbar bejn Alla u l-bniedem hi li Alla jħallina fil-liberta, biss imbagħad irridu nagħtu kont tad-deċiżżjionijiet tagħna. Waqt li l-bniedem, jorbotna bil-liġijiet, u jekk niksruhom inkunu kkastigati mal-ewwel. Irridu nkun bnedmin konvinti u nitkellmu dwar dak li ma naqblux miegħu akkost ta’ kollox. Xi darba rridu nidhru quddiem l-Imħallef Ġust, quddiem Alla, u se nkunu affaċjati b’dak kollu li għamilna kontra l-Liġijiet Tiegħu.

    Kif se nwieġbu, jekk aħna konna favur id-divorzju, meta taf li Kristu ma japprovahx? Kif se nwieġbu, jekk aħna favur li l-koppji tal-istess sess jaddottaw it-tfal, meta suppost nafu li t-tfal huma l-frott tal-imħabba bejn il-mara u r-raġel? Kif se nwieġbu, għada pitgħada jekk jidħol l-abort, l-ewtanasja, (Alla ħares) meta nafu li l-ħajja jagħtiha u jtemmha Alla biss u l-ebda politiku? Kif se nwieġbu, jekk iż-żwieġ tagħna ma bżajniex għalih u ħallejnih jitfarrak?

    Il-familja nisranija ma tistax timxi mal-kurrent tad-dinja, trid timxi mat-Tagħlim ta’ Kristu, għax id-dinja qatt ma qablet ma’ Kristu. Iż-żwieġ veru huwa sejħa minn Alla, bħal kull vokazzjoni oħra, iż-żwieġ qatt ma jista’ jkun avventura jew tieħu xi ċans. Biex żwieġ jirnexxi jrid ikun hemm dejjem il-preżenza ta’Kristu bejn il-koppja, biex ikun jista;’ jmexxihom HU.

    Il-familja hija l-pedament, il-bażi, is-sisien ta’ kull nazzjon. Sewwa qalilna il-mibki Papa, illum San Ġwanni Pawlu II: “Jekk trid tkun taf fhiex tinsab is-saħħa ta’ nazzjon, kejjilha bis-saħħa tal-familji tiegħu.” U kif se nsaħħu l-familja Maltija?

    Altru li wasal il-waqt ta’ Sinodu Djoċesan dwar il-Familja. Naħseb li ilha tinħass il-ħtieġa tiegħu u nittama f’Alla li mhux tard wisq.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: