Home > Ġenerali > Tmien kisbiet rivoluzzjonarji tal-Pontifikat ta’ San Ġwann XXIII

Tmien kisbiet rivoluzzjonarji tal-Pontifikat ta’ San Ġwann XXIII


Fr Mario Attard OFM Cap.  kitbilna dwar tmien kisbiet rivoluzzjonarji tal-Pontifikat ta’ San Ġwann XXIII. … 

L-ewwel kisba kienet storja ġdida fil-Papat. Fil-fatt, il-Papa Buono wettaq tibdiliet importanti. Huwa waqqaf it-tradizzjoni li l-Papa jitlob l-Angelus mit-tieqa tal-Palazz Appostoliku tiegħu nhar il-ħdud u joffri lill-pellegrini katekeżi qasira.  …

Sur Editur,

John 23

Il-kanonizzazzjoni ta’ San Ġwann XXIII, Il Papa Buono, fetħitni beraħ biex napprezza l-ġid kbir li l-Mulej wettaq fil-Knisja tiegħu permezz ta’ dan il-Papa kbir 

Wara l-għażla tiegħu għall-Papat Ġwanni XXIII malajr ġie imlaqqam bħala l-Papa Buono mill-Insara li ħadmu spalla ma’ spalla miegħu. Dan l-għaliex minbarra li kien magħruf l-għaliex sejjaħ it-Tieni Konċilju Vatikan II Papa Ġwanni XXIII kien magħruf ukoll għall-karità sempliċi li terrqet tul il-papat tiegħu. Din ħalliet impronta kbira fil-Knisja sallum. Hemm tmien aspetti rivoluzzjarji li joħorġu b’qawwa kbira mill-Pontifikat tal-Papa Ġwanni XXIII.

L-ewwel kisba kienet storja ġdida fil-Papat. Fil-fatt, il-Papa Buono wettaq tibdiliet importanti. Huwa waqqaf it-tradizzjoni li l-Papa jitlob l-Angelus mit-tieqa tal-Palazz Appostoliku tiegħu nhar il-ħdud u joffri lill-pellegrini katekeżi qasira.

It-tieni kisba kienet personali. Bħala Papa u Isqof Ġwanni XXIII dejjem xtaq li jkun viċin tan-nies. Kien l-ewwel Papa li ħalla l-Vatikan biex iżur il-parroċċi, l-isptarijiet u l-ħabsijiet madwar Ruma. Xi minn daqqiet kien jevita l-Gwardji Svizzeri biex jimxi waħdu fit-toroq ta’ Ruma.

It-tielet kisba kienet l-uniċità tiegħu. B’kuraġġ kbir Ġwanni XXIII għażel l-isem tal-anti-papa tas-seklu 15. Bl-għażla tiegħu feda dan il-persunaġġ li tappan l-istorja tal-Knisja. Il-Kardinal Roncalli ma kellux biżà li jieħu fuqu l-isem ta’ impostur li kien evitat għall-aktar minn ħames mitt sena.

Ir-raba’ kisba tal-Pontifikat tal-Papa Ġwanni XXIII kienet il-paċi. Ma ninsewx li l-Papa ra iseħħu quddiem għajnejh żewġ gwerrer mondjali li qasmu lid-dinja f’żewġ blokki politiċi opposti għal xulxin. Huwa għaraf il-bżonn li jinbnew pontijiet ta’ paċi. Barra minhekk huwa anki skambja ittri mal-mexxejja tad-dinja bħal Khrushchev, il-mexxej tal-Unjoni Sovjetika.

Il-ħames kisba revoluzzjonarja tal-Pontifikat tal-Papa Roncalli kienu l-messaġġi. Għall-ewwel darba fl-istorja Ġwanni XXIII indirizza mhux biss lill-Kattoliċi imma wkoll “lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba”. Dan wettqu fl-enċiklika li kiteb bl-isem ta’ Pacem in terris. L-enċiklika ħambqet b’qawwa kbira kontra l-użu tal-konflitt armat bħala mezz biex tinkiseb il-paċi.

Is-sitt kisba rivoluzzjonarja kienet ir-riforma. Wara ftit xhur biss mill-għażla tiegħu għall-papat Ġwanni XXIII laqqa’ konċistorju biex jaħtar disa’ kardinali ġodda. Iktar minn nofshom ma kienux Taljani. Huwa ħatar Kardinali mill-Ġappun, l-Afrika, il-Filippini u l-Venizuela. B’hekk ħawwar lill-Kurja Rumana b’nies minn pajjiżi differenti.

Is-seba’ kisba kienet il-Konċilju Vatikan it-Tieni. Dan kien, mingħajr dubju, l-ogħla xogħol ta’ Ġwanni XXIII. Huwa irnexxielu jlaqqa’ l-isqfijiet mid-dinja kollha biex jistudjaw u jiddiskutu flimkien is-sitwazzjoni tal-Knisja. Il-Papa xiħ li ħafna laqqmugħ Il-Papa ta’ tranżizzjoni, malajr wettaq waħda mill-akbar bidliet fil-Knisja fiż-żminijiet moderni.

L-aħħar kisba li Papa Roncalli jibqa’ msemmi għaliha hija l-ekumeniżmu. Ġwanni XXIII ħadem bis-sħiħ biex ikattar id-djalogu bejn l-Insara u d-denominazzjonijiet  l-oħra, inkluż il-Musulmani, l-Amerikani-Indjani u membri ta’ denominazzjonijiet Insara oħra li kienu mistiedna bħala osservaturi għall-Konċilju Vatikan it-Tieni. Ġwanni XXIII waqqaf ukoll id-dipartiment tal-Vatikan li jippromovi l-għaqda bejn l-Insara.

F’mewtu l-folla, waqt li sellimtlu għall-aħħar darba, kantat “qaddis issa”. L-istess storja irrepetiet ruħha snin wara fil-mewt ta’ Ġwanni Pawlu II. Dawn iż-żewġ Papiet se jibqgħu jimxu id f’id anki wara li ġew mgħollija għall-glorja tal-artali nhar il-27 ta’ April tas-sena 2014!

Għax tassew, it-tjubija, l-umiltà, l-għaqal tas-serp, is-safa tal-ħamiema, il-qalb ta’ iljun immansat u l-intwizzjoni tal-artist jagħmlu flimkien splużjoni kbira: il-qdusija

Patri Mario Attard OFM Cap

 

Categories: Ġenerali
  1. Pawlu Borg
    May 4, 2014 at 2:52 pm

    Korrezzjoni żgħira għal dak li kiteb Fr Mario. Il-Venerabbli Papa Piju XII ukoll ħareġ kemm-il darba mill-Vatikan biex igħin personalment lill-vittmi tal-bumbardamenti f’Ruma matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan minkejja li kemm l-Ingliżi kif ukoll l-Amerikani kienu wissewh li ma setgħux jiggarantixxu li ma joqtluhx jekk ma jibqax fil-Vatikan.

  2. Mary Galea
    April 30, 2014 at 6:14 am

    Grazzi ta’ din il-kitba ta’ Fr Mario. Kien ta’ interess partikolari ghalija ninnota kif Gwanni XXIII, f’eta’ hekk kbira, fetah lill-Knisja ghaz-zminijiet tal-lum. Jiena cert, li f’hafna minn dak li ghamel, partikolarment il-Koncilju, huwa stess ma kienx jaf is-sinifikat kollu u l-implikazzjonijiet kollha tieghu. U dan juri kif ‘il hinn mit-tmexxija taghna l-bnedmin, hemm Mexxejj iehor li harstu twassal ferm aktar fil-boghod minn dik taghna- l-Ispirtu s-Santu.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: