Home > Ġenerali > Grupp ġdid ta’ Apoloġetika – NIXTIEQ NISTAQSI.

Grupp ġdid ta’ Apoloġetika – NIXTIEQ NISTAQSI.


Laqgħa kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fis-sitta ta’ filgħaxija, fil-Kurja tal-Arċisqof
fil-Floriana.

Fr Hector Scerri flimkien mal-Koordinatur tal-laqgħat Joseph Vella-Zarb, qegħdin jistiednu
lin-nies sabiex jipparteċipaw f’diskussjonijiet li għandhom jgħinuhom isibu t-triq tal-verità u
jiċċaraw xi dubji oħrajn li jistgħu jressqu ’l quddiem waqt l-istess laqgħat. L-ewwel laqgħa,
il-Ħamis 3 ta’ April, ser tittratta l-Eżistenza ta’ Alla. Imexxi din id-diskussjoni Fr Mark
Sultana. Il-laqgħa tibda fis-6.00pm, il-Kurja, Floriana, u tintemm madwar is-7.15 pm.

Rev. Dr Hector Scerri, huwa l-kap tad-Dipartiment tat-Teoloġija Fundamentali u Dommatika
(mill- 2001) kif ukoll Senior Lecturer fl-Università ta’ Malta. L-interessi prinċipali tiegħu
huma il-Kristoloġija, il-Marjoloġija, it-Teoloġija Sagramentali u Eskatologija. Wara l-istudji
universitarji f’Malta (1984-93), iddefenda t-teżi dottorali tiegħu fil-Pontificia Università
Gregoriana, Ruma fl-1998. Ippubblika artikli f’diversi rivisti, bħal Melita Theologica,
Omnis Terra, Seminarium, Studia Ephemeridis Augustinianum, Teresa, Studia Patristica u
Nicolaus. Huwa awtur ta’ bosta kotba, fosthom żewġ volumi bl-isem Il-Ġmiel tal-Fidi
Tagħna.

Fr Mark Sultana twieled Malta fl-1973, u ġie ordnat saċerdot fis-sena 2000. Huwa studja
l-Filosofija u t-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, fejn ukoll kompla jistudja biex kiseb
Liċenzjat fit-Teoloġija. Wara dan, kiseb Liċenzjat u Dottorat fil-Filosofija mill-Pontificia
Università Gregoriana ta’ Ruma. Fil-preżent huwa lekċerer tal-Filosofija, l-Università ta’
Malta. Fix-xogħlijiet tiegħu nsibu Self-Deception and Akrasia, ippublikat minn Analecta
Gregoriana, u li għal dan ix-xogħol kiseb il-Premio Bellarmino fl-2006. Huwa membru
tal-Bord Editorjali, Forum Philosophicum: International Journal for Philosophy u fuq
stedina ħa sehem f’numru ta’ konferenzi u seminars kemm fl-Universita ta’ Malta kif ukoll
f’istuzzjonijiet oħrajn barra minn Malta. Bħala filosofu, jinteressa ruħu ħafna fil-filosofija
tar-reliġjon u fil-konnessjoni bejn ir-raġuni u l-fidi. Interessi oħra jinkludu il-metafiżika u
l-antropoloġija filosofika.
Joseph Vella-Zarb twieled fl-1937. Għalkemm ix-xewqa ta’ tfulitu kienet li jsir saċerdot, dan
ma seħħx u għażel li jkun Electronics Technologist. Però xorta waħda baqa’ jħobb jistudja u
jipprattika r-Reliġjon Kattolika ħajtu kollha. Huwa kiseb iċ-ċertifikat Teoloġija għal-Lajċi
mis-Seminarju ta’ Għawdex. Għamel esperjenza ta’ tliet xhur missjoni fil-Guatemala ma’
Dun Gużepp Camilleri mix-Xewkija. Il-grupp NIXTIEQ NISTAQSI huwa l-ħolma tiegħu
biex jgħin lin-nies ineħħu xi dubji reliġjużi li jista’ jkollhom. Preżentament, Joseph jagħti
sehmu fil-knisja bħala Lettur u Ministru Straordinarju tal-Ewkaristija.

Dawk kollha interessati huma ġentilment mitluba jibagħtu l-isem, il-kunjom u l-età fuq
l-ijmejl,  bniedem@gmail.com jew inkella jċemplu lil Joseph Vella-Zarb fuq 21633369. Ma
hemm l-ebda ħlas dovut għal dawn il-laqgħat.

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: