Home > Abort, Ġenerali > Trabi mhux imwielda maħruqa biex isaħħnu sptarijiet

Trabi mhux imwielda maħruqa biex isaħħnu sptarijiet


abortionParlamentari Laburista Ingliż tkellem dwar l-istmerrija tiegħu wara li ħarġu rapport li l-iġsma ta’ eluf ta’ trabi mhux imwielda kienu qegħdin jinħarqu, f’ċerti każi biex isaħħnu sptarijiet. Jim Dobbin, membru parlamentari għal Heywood u Middleton u chairman tal-All Party Parliamentary Group qal: “Il-kliem ma jistax ifisser l-istmerrija li ħassejt meta smajt dwar dan.

Dan in-nuqqas ta’ rispett lejn dawn it-trabi mhux imwielda huwa l-frott ta’ 50 sena ta’ abort legali fl-Ingilterra, u huwa għalxejn li persuni pro-choice jipprovaw jaħslu idejhom dwar it-trattament ta’ trabi mhux imwielda bħala skart kliniku, meta minħabba fit-trattament inuman tagħhom ta’ ħajja mhux imwielda li wasalna f’dan il-punt. “Jeħtieġ li jerġa’ jsir ri-eżami ta’ kif il-fdal ta’ trabi abortiti jew f’każi ta’ korriment huma ttrattati fil-faċilitajiet mediċi, jew wegħda mill-awtoritajiet li jagħmlu tibdil reali.”

Wara x-xandir ta’ dokumentarju fuq Channel 4, għaxar fondazzjonijiet tan-National Health Service ammettew li ħarqu l-fdalijiet ta’ trabi mhux imwielda flimkien ma’ skart ieħor, u żewġ fondazzjonijiet oħra ammettew li żiedu l-iġsma ta’ trabi mhux imwielda, li ntiflu minħabba abort jew korriment f’impjanti tal-enerġija mill-iskart li jiġġeneraw s-sħana.

Wara li ħarġet din l-aħbar, id-Dipartiment tas-Saħħa fl-Ingilterra ħareġ projbizzjoni sħiħa fuq din il-prattika u l-ministru tas-saħħa, Dan Poulter qal li dan l-affarijiet huma totalment mhux aċċettabbli. Skont id-dokumentarju ta’ Channel 4, mill-inqas 15,000 fetu spiċċaw fl-inċineraturi ta’ 27 fondazzjoni tal-National Health Service f’dawn l-aħħar sentejn. Fl-Isptar ta’ Addenbrooke f’Cambridge, il-fdalijiet ta’ 797 fetu li kienu abortiti spiċċaw bħala skart għall-impjant tal-enerġija. Iżda lill-ommijiet qalulhom li t-tfal tagħhom kienu kkremati.

stericycle-stacks1Stqarrijia mill-Cambridge University Hospitals NHS Foundation Trust ta’ Addenbrook saħqet li fdalijiet tal-fetu ma kinux maħruqa mal-iskart mediku. Qalet li: “it-tessuti tal-fetu qatt ma jinħarqu mal-iskart mediku, jew xi skart ieħor. Kaxxi individwali jinġarru mill-kappillan tal-isptar u l-proċess għandu x-xhieda ta’ żewġ membri tal-istaff tal-isptar li huma speċjalisti fil-kura ta’ wara l-mewt. Il-pazjenti huma ttrattati b’rispett u sensittività matul dan iż-żmien diffiċli.

“L-arranġamenti tal-Cambridge University Hospital jimxu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tar-Royal College of Nursing, il-Human Tissue Authority, SANDS (stillbirth and noenatal death charity) u r-Royal College of Obstetricians and Gynaecologisti.

Il-Professur Sir Mike Richards, kap spettur tal-isptarijiet qal: “Ninsab diżappuntat li fondazzjonijiet jistgħu ma għaddew l-ebda tagħrif jew ikkonsultaw man-nisa u l-familji tagħhom. “Il-ksur tar-regoli fuq ir-rispett u l-involviment tal-persuni li jużaw is-servizzi u lest għal kull tagħrif mgħoddi lilna. Aħna niflu kull tagħrif mogħti lilna dwar it-tħassib tagħkom u nistgħu nagħmlu spezzjonijiet għall-għarrieda, jekk ikun meħtieġ.” “Jekk xi pazjent u familja għandhom xi tħassib, mill-ewwel għandhom jikkuntattjaw it-taqsima tal-Patient Advice and Liasion,” spiċċa Sir Richards.

 

Ħajr lill-Karma tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija.

Categories: Abort, Ġenerali
  1. G. Scicluna
    April 5, 2014 at 10:53 pm

    Qrajt b’interess l’artiklu li bghatt. Personalment nahseb li dawn l-affarjiet huma inaccetabbli u tohrog il-mibeghda tax-xitan lejn il-bnedmin, pero hija r-responsabilta ta’ kull individwu li jaghzel jaghmilx ir-rieda t’Alla jew tax-xitan. Sfortunatament hawn min qed jaqa fin-nassa tax-xitan bit-tlexxix fieragh tieghu ghalhekk tajjeb li dejjem niggranfaw ma’ Kristu biex nibqghu sodi fil-mixja taghna, Fuq kollox hu fl-interess taghna li nsalvaw ruhhna. Xieraq li nitolbu ghal dawk li huma vulnerabbli flok niggudikawhom u nikkundanawhom, ghax mis-sema l-isfel kulhadd huwa midneb- Hadd mìghandu biex jitkaza b’hadd.

  2. Mary Camilleri
    April 5, 2014 at 10:51 pm

    Il-bniedem warrab kull sens ta mhabba lejn il-hajja u x`inhu tajjeb u hazin.Irridu nghixu izjed il Vangelu u nkunu nsara veri

  3. M. Scicluna
    March 31, 2014 at 6:47 am

    Qrajt b’interess l’artiklu li bghatt. Personalment nahseb li dawn l-affarjiet huma inaccetabbli u tohrog il-mibeghda tax-xitan lejn il-bnedmin, pero hija r-responsabilta’ ta’ kull individwu li jaghzel jaghmilx ir-rieda t’Alla jew tax-xitan. Sfortunatament hawn min qed jaqa fin-nassa tax-xitan bit-tlexxix fieragh tieghu ghalhekk tajjeb li dejjem niggranfaw ma’ Kristu biex nibqghu sodi fil-mixja taghna, Fuq kollox hu fl-interess taghna li nsalvaw ruhhna. Xieraq li nitolbu ghal dawk li huma vulnerabbli flok niggudikawhom u nikkundanawhom, ghax mis-sema l-isfel kulhadd huwa midneb- Hadd m’ghandu biex jitkaza b’hadd.

  4. Carmen Farrugia
    March 30, 2014 at 11:01 am

    Fejn m’hemmx Alla kollox u allura m’hemmx kuxjenza iffurmata tajba allura kollox jghaddi.

  5. Tony Mahoney
    March 30, 2014 at 10:28 am

    Ma ninsewx ‘xqalilna S.Pawl, fost il-ħafna diskorsi ta’ għerf, hekk qal: “Il-Passjoni ta’ Kristu għadha għaddejha.” U din għadha tgħodd għalina wkoll, għaż-żminijiet li qed ngħixu fihom illum.
    Kull kelma, kull parir, kull twiddiba li nsibu fil-Kotba Mqaddsa huma applikabbli għal kull żmien. Għad jasal il-jum li fiħ se tinstema’ dik il-mistoqsija li għamel Alla, skont il-Ġenesi, lil Kajin: “Fejn huwa ħuk?”, bid-differenza li l-aħħar kelma se tkun ‘ibnek / bintek’. F’min se twaħħal dik il-miskina? Forsi fil-leġiżlaturi li l-abort għamluh dritt sagrosant bil-Liġi? Forsi f’dak li taqqalha biex issudisfa ruħu? Forsi f’dawk li għenuha biex toqtol dak li kellha fil-ġuf? Twaħħal f’min twaħħal, DAK il-mument hi BISS se tkun quddiem l-Imħallef ġust u hi BISS trid tagħti kont ta’ għemilha.

    Ma ninsa qatt ġrajja li seħħet ġewwa l-Filippini dwar dik l-omm li weldet (ma abortietx) u ħalliet it-tarbija wara bieb tas-sorijiet. It-tarbija kibret, saret tifel, żagħżugħ sabiħ u wkoll inteliġenti, bl-imħabba tas-sorijiet studja u ggradwa tabib. Iżda, kien dejjem għatxan li jsib lil ommu naturali. Alla dejjem jippremja x-xewqat tajba u qaddisa tagħna. Alla ppermetta, wara snin ta’ tfittxija li dan it-tabib żagħżugħ isib waħda xwejħa marida kwazi mejta, abbandunata taħt biċċa ‘shack’, biċċa għarix . Donnu ħass, għax id-demm jiġbed, ħass li kien hemm xi relazzjoni bejnu u bejn dik ix-xwejjħa. (it-testijiet li saru ‘l quddiem tawh raġun), u ħadha miegħu. Ħa ħsiebha, kkuraha u ħadhet saħħitha. Il-kumplament tal-ġrajja kulħadd jista’ jimmaġinah.

    IŻDA t-tagħlim hija mportanti ħafna. Allura t-tarbija li kienet abbandunatha wara ftit minuti li twieldet, Alla ppermettha li tgħix ħajjitha, waqt li ommha, wara dak l-att kriminali, l-att inuman li wettqet … forsi pattiet bil-miżerja ta’ ħajja li għexet. Iżda l-Ġudizzju f’idejn Alla. Kien Alla , żgur, li ppermetta li t-tifel ipatti l-ħsara, id-deni li sarlu, bil-ġid, b’att ta’ mħabba pura.

    Hija ħasra li ftit kienu l-gazzetti li xandru din l-aħbar. Kemm Hu kbir Alla !

  6. Olga Falzon
    March 30, 2014 at 10:23 am

    Aktar wahx … u l-2017 wara l-kantuniera. Kemm qalet sew il-Madonna ta’ Fatima!

  7. Martin Calleja
    March 30, 2014 at 6:51 am

    Dawn huma l-veri stejjer tal-wahx ta’ zmienna mhux dawk li jirrakonta Grasso. U x’hemm mohbi aktar ma nafux. Din hija biss “the tip of the iceberg”

  8. Sue Mangion
    March 30, 2014 at 6:47 am

    Tassew tal-misthija kif wara li tohrog storja bhal din, il-konkluzjoni tkun li jehtieg isir ezami biex jaraw kif “il-fdal ta’ trabi abortiti ikun trattat”.

    a. Mhux li nwaqqfu l-massakru tal-innocenti bl-abortijiet li qed isiru, imma naraw kif nittrattaw il-fdal.

    b. Ghalihom mhu xejn aktar minn fdal.

    c. Imma meta se nifthu ghajnejna? Il-qari tal-vangelu dalghodu kien dwar il-fejqan tal-ghama. U ahna meta ha nhalluh ifejjaqna minn dan l-ghama terribli li hemm fuqna?

  9. Marija Zammit
    March 29, 2014 at 9:05 pm

    Skont dan ir-rapport, il-Ministru tas-Sahha Ingliz qal li dawn l-affarijiet mhumiex accettabbli. Tajjeb! Imma fl-istess waqt, l-abortijiet jibqghu ghaddejjin. Li tahraq gisem ta’ tarbija mejta, mhux accettabbli. Imma li toqtol tarbija f’guf ommha, dak kollox sew. Dak accettabbli. Din hi l-ipokrezija tas-socjeta’ moderna.

  10. Karol Montebello
    March 29, 2014 at 6:56 pm

    Din hi l-passjoni li għadu għaddej minnha Ġesu`. Hu qalilna ” Jien nibqa’ magħkom sal-aħħar taż-żmien” imma naħseb ried jgħid ukoll, ”Se tibqgħu tħalluni nbati sal-aħħar taż-żmien”.

  11. Katia
    March 29, 2014 at 5:23 pm

    This report shows that man wants to become God, but has ended up becoming a monster. How can we try to play God, when we cannot even act as human beings?

  12. Tony Abela
    March 29, 2014 at 5:19 pm

    Fit-tieni paragrafu tal-kitba tieghek, inti tkellimt dwar “nuqqas ta’ rispett”. Jiddispjecini, dan mhux nuqqas ta’ rispett, dan huwa nuqqas ta’ umanita’.

  13. Alfred Camilleri
    March 29, 2014 at 5:09 pm

    It-taraġ titelgħu, tarġa tarġa. Ħadt ma jasal fit-tarġa ta’ fuq f’salt wieħed. Forsi llum aħna nitkażaw b’dawn l-affarijiet, imma tarġa tarġa aħna wkoll qegħdin noqorbu, u m’aħniex il- bogħod daqskemm nimmaġinaw.

  14. Mariella Mallia
    March 29, 2014 at 5:08 pm

    U llum għadna nitkażaw b’dak li għamel Hitlet fil-kampijiet ta’ konċentrament? Tassew aħna faċċoli! U dan kollu ġara f’pajjiż suppost ċivilizzat !!!!

  15. Joe Farrugia
    March 29, 2014 at 4:56 pm

    It-tort mhux biss ta’ dawk li jagħmlu dawn l-atti ta’ waħx. It-tort tagħna wkoll u tort tal-indifferenza tagħna. Kull wieħed u kull waħda minna rridu ngħidu, “Mea culpa”.

    “Inħolqot globalizzazzjoni tal-indifferenza li qed twieżen dan l-istil ta’ ħajja li jeskludi lill-oħrajn, jew li jħeġġeġ iżjed għal dan l-ideal egoistiku. Kważi bla ma nintebħu, nitilfu l-ħila li tiġina ħniena quddiem il-karba tal-uġigħ tal-oħrajn, ma nibqgħux nibku iżjed quddiem it-tbatija tal-oħrajn, u lanqas jinteressana nieħdu ħsiebhom, qisu kollox kien responsabbiltà li ma tmissx lilna u għalina hi barranija. Il-kultura tal-ġid u l-għana ssir loppju li jraqqadna u niġġennu jekk is-suq joffri xi ħaġa ġdida li għadna ma xtrajniex, waqt li dawn il-ħajjiet maħnuqa minn kull possibbiltà għalina saru sempliċi spettaklu li bl-ebda mod m’għadu jmissilna qalbna.”

    (Mill-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Evangelli Gaudium, par. 54.)

    • I M D Little
      June 26, 2015 at 10:37 pm

      Għalina li ngħixu fil-parti hekk imsejħa ‘żviluppata’ qed jgħid:

      IL-KULTURA TAL-ĠID U L-GĦANA SARET LOPPJU LI JRAQQADNA U NIĠĠENNU JEKK IS-SUQ JOFFRI XI ĦAĠA ĠDIDA LI GĦADNA MA XTRAJNIEX.

      Dak li llum qed isejħulu HYPERCONSUMERISM.

  16. John Borg
    March 29, 2014 at 4:48 pm

    Jekk lit-tarbija ma turihiex rispett u mhabba matul il-hajja, tant li tasal li toqtolha f’guf ommha, ghaliex nohduha bi kbira li lanqas rispett wara mewtha ma nuruha?

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: