Home > Ġenerali > Skola ta’ Evanġelizzazzjoni ‘Floodlights’

Skola ta’ Evanġelizzazzjoni ‘Floodlights’


Skola ta’ Evanġelizzazzjoni, Ċentru San Piju X, Triq Balbi, Marsa MRS 1814

PR/2014/001

Il-Komunità Kariżmatika ‘Beyond Thyself’ li tiltaqa’ fil-Parroċċa tas-Ssma. Trinità il-Marsa, u li tagħmel parti mill-Komunjoni ta’ Gruppi u Komunitajiet tat-Tiġdid Kariżmatiku f’Malta, matul is-sena 2012 nediet skola ta’ Evanġelizzazzjoni.

Din il-viżjoni ħarġet matul iż-żmien, b’ħafna talb u dixxerniment.  Is-siltiet mill-Iskrittura Mqaddsa li wassluna sabiex inħaddnu din il-viżjoni kienu dawn:

  • “Arawni, sejjer nagħmel ħaġa ġdida; feġġet issa: Għadkom ma ttendejtux?  Se niftaħ triq fix-xagħri, xmajjar fid-deżert” (Isaija 43, 19).
  • “Flok ix-xewk jikber iċ-ċipress, u flok il-ħorrieq jikber ir-riħan, u jkun għall-Mulej tifkira, sinjal dejjiem li ma jinqatax” (Isaija 55, 13).
  • “Ma jkunx hemm aktar lejl, lanqas ma jkun jinħtieġ dawl tal-lampa, lanqas dawl tax-xemx, għax il-Mulej Alla jdawwalhom u jsaltnu għal dejjem ta’ dejjem” (Apokalissi 22, 4).
  • “Għaddu, għaddu mill-bwieb, wittu t-triq għall-poplu, rawmu, rawmu t-triq, naddfuha mill-ħaġar, għollu sinjal għall-popli” (Isaija 62, 10).
  • “U jsejħulhom Poplu Mqaddes, il-mifdijin tal-Mulej, u lilek isejħulek imfittxa, belt mhix mitluqa” (Isaija 62, 12).
  • “Intom il-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja; ma tistax tinħeba belt li qiegħda fuq għolja” (Mattew 5, 13; 14-15).
  • “La bil-ħila, la bil-qawwa, imma bl-Ispirtu Tiegħi, jgħid il-Mulej tal-eżerċti” (Żakkarija 4, 6).

Il-mira ta’ din l-iskola hija li trawwem persuni, li wara li jattendu għall-kors, dawn ikunu jistgħu joħorġu jagħmlu xogħol ta’ evanġelizzazzjoni fil-parroċċi.  Għalhekk, din l-iskola hija miftuħa għal dawk li jixtiequ jevanġelizzaw imma jeħtieġu t-taħrig.

L-Isem tal-iskola

Din l-iskola ingħatat l-isem ta’ ‘Floodlights’; li t-tifsira tiegħu hija li d-dawl ta’ Kristu jrid jinfed id-dlam bil-qawwa tiegħu u jġib il-konverżjoni.

Il-Viżjoni

L-iSkola ta’ Evanġelizzazzjoni ‘Floodlights’ tfittex li jkollha sehem mill-viżjoni tal-Knisja Kattolika bħala knisja evanġelika.  Aħna nfittxu li nwettqu din ir-realtà billi nipprovdu taħriġ biex nibnu l-Knisja ta’ Kristu kif irid Hu.

Il-Missjoni Tagħna

Il-missjoni tal-iSkola hija: “Emmen il-Kelma t’Alla, Għallem dak li Temmen, Għix dak li Tgħallem”.

L-iSkola ta’ Evanġelizzazzjoni tikkontribwixxi biex tiżviluppa mentalità missjunarja billi toffri programm ta’ formazzjoni biex:

  1. Tifforma Dixxipli – Kattoliċi b’passjoni u qalb biex iwasslu l-Bxara t-Tajba lil dawk li għadhom ma laqgħux lil Ġesù fil-ħajja tagħhom bħala l-Mulej u s-Salvatur.
  2. Tħarreġ Evanġelizzaturi – Tgħin Kattoliċi biex jiżviluppaw il-kapaċità u l-kunfidenza biex jevanġelizzaw.
  3. Tifforma Komunità Evanġelika – Billi twaqqaf l-istruttura neċċessarja fejn l-Ispirtu s-Santu jkun jista’ jaħdem bil-qawwa Tiegħu u jġedded il-Knisja.

Sillabu

Is-Sillabu tal-iskola ġie mfassal b’tali mod li jinkludi l-aspett Teoretiku (Bibbliku/Duttrinali) kif ukoll l-aspett Prattiku tal-evanġelizzazzjoni.  Dan jassigura li s-suġġetti studjati jkunu trattati b’mod sħiħ.

Is-sena skolastika tal-iskola ‘Floodlights’ hija maqsuma f’żewġ ‘terms’. L-ewwel wieħed ta’ sitt lezzjonijiet (waħda kull ġimgħa kull nhar ta’ Erbgħa) flimkien ma’ film b’messaġġ qawwi ta’ evanġelizzazzjoni li jsir bejn il-ħames u s-sitt lezzjoni. It-tieni wieħed jinkludi tmien lezzjonijiet.  L-aħħar lezzjoni tat-tieni ‘term’ tieħu l-forma ta’ seminar ta’ nofstanhar.  Dan ikun fil-ġurnata tal-Ħadd.

Is-Sillabu kollu għas-sena 2014 hu dan:

L-Ewwel Term

Sessjoni

Suġġett

Data / Ħin

Sena 2014

Speaker

1

Il-Katekiżmu llum – Mezzi ta’ evanġelizzazzjoni

23 t’April

19.00 – 20.30

Mr. Jude Muscat

2

Ġesù – Jgħallem permezz tal-parabboli

30 t’April

19.00 – 20.30

Fr. Martin Micallef

3

San Pawl – Xandar tal-Kelma u li jwaqqaf komunitajiet

7 ta’ Mejju

19.00 – 20.30

Fr. Josè Debono

4

Il-Knisja bħala familja fl-Atti tal-Appostli

14 ta’ Mejju

19.00 – 20.30

Fr. Martin Micallef

5

Il-Familja bħala post ewlieni ta’ evanġelizzazzjoni

21 ta’ Mejju

19.00 – 20.30

Fr. Rene Camilleri
Film b’messaġġ qawwi ta’ evanġelizzazzjoni

27 ta’ Mejju

19.00 – 20.30

6

L-Għaqdiet Reliġjużi fil-Parroċċa bħala mezz ta’ evanġelizzazzjoni

4 ta’ Ġunju

19.00 – 20.30

Fr. Joe Galea Curmi

It-Tieni Term

7

Il-Qadi fil-Knisja – L-ewwel Knisja – Djakonija (Sammaritan it-Tajjeb)

3 ta’ Settembru

19.00 – 20.30

Fr. Hector Scerri

8

Ix-Xhieda tagħna fl-għajnuna lil xulxin

10 ta’ Settembru

19.00 – 20.30

Mr. Joe Farrugia(Delegat tal-Arċisqof għall-lajċi)

9

Il-Ħajja ta’ Talb fil-ħajja tan-nisrani

17 ta’ Settembru

19.00 – 20.30

Fr. Eusebio Debono

10

Metodi ta’ Talb

24 ta’ Settembru

19.00 – 20.30

Ms. Mary Attard

11

Sagramenti u l-Evanġelizzazzjoni Ġdida

1 t’Ottubru

19.00 – 20.30

Fr. Joe Galea Curmi

12

Tattiċi fil-Komunikazzjoni – Kapaċità lejn djalogu evanġeliku

8 t’Ottubru

19.00 – 20.30

Fr. John Vella

13

Kun af aħjar lilek innifsek – Stima personali

15 t’Ottubru

19.00 – 20.30

Mr. Ray Cutajar

14

Naħsbu Pożittiv

19 t’Ottubru

08.30 – 12.30

Mr. Ray Cutajar

Dawk li attendew l-ewwel sentejn tal-iskola għaddew ħafna kummenti sbieħ fuq kemm l-iskola għenithom biex jitgħallmu u jgħamlu l-kuraġġ biex ixandru l-Kelma t’Alla.  Sena wara sena, l-iskola tkun miftuħa għall-setturi differenti.  Wara dixxerniment fi ħdan il-komunità ‘Beyond Thyself’, ġie deċiż li għas-sena 2014 l-iskola se tkun miftuħa għall-kulħadd.  Il-ħlas huwa ta’ €40 kull persuna għall-kors kollu.  Kull parteċipant jingħata ċertifikat ta’ attendenza, kif ukoll ‘handouts’ u DVDs tas-sessjonijiet kollha.

Aħna nemmnu li jekk ilkoll nagħrfu s-sinjali taż-żminijiet, l-Ispirtu s-Santu jimraħ bina u jużana biex iwettaq ir-rieda tiegħu fiż-żminijiet tal-lum.

Aktar informazzjoni dwar din l-iskola, tista’ tinkiseb permezz ta’ e-mail lid-diretturi fuq dan l-indirizz: soe.floodlights@gmail.com, jew idħol fis-sit ‘LAIKOS’ f’din il-‘link’ , fejn issib ukoll l-applikazzjoni għall-kors tal-2014.

Ray Cutajar  (Direttur Ġenerali)

Niżżel l-applikazzjoni minn hawn >

Tagħrif dwar l-Iskola ta’ Evanġelizzazzjoni, Floodlights >

Categories: Ġenerali
  1. jez4jesus
    March 9, 2014 at 11:51 pm

    Jien ukoll nixtieq niringrazzja l’Alla, tal-providenza tiegħU tal-iskola ‘Flood lights’!
    Attendejt għal iskola tas-sena 2013 u nista najd li swietli ta’ ħafna ġid!
    Niringrazzja lil organizzaturi, lil ħuti fi Kristu tal-grupp ‘Beyond Thyself’ għax-xogħol tant siewi tagħhom, għal imħabba kbira li urew magħna u għal heġġa kbira fix-xogħol tagħhom!
    Nirringrazzja ukoll lil kelliema kollha li taw is-sehem tagħhom u waslulna l-Kelma ta’ Alla!
    Il-lezzjonijiet kienu kollha nteressanti ħafna u l-aktar ħaġa pożittiva huma d-‘dvds’ li permezz tagħhom nista narġa nsegwi l-lezzjoni meta rrid.
    Ninkoraġġixxi li jattendu dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-mandat li tana Kristu qabel telgħa s-sema, ‘Li permezz tal-Qawwa li nircievu mill-Ispirtu s-Santu nkunu xhieda tieghU sa truf l-art’. Atti 1 vers 8

  2. Joseph DeGiorgio
    February 27, 2014 at 8:43 am

    F’dan il jum gdid li Alla silifni rrid nghid grazzi ghall din il providenza mimmlija mhabba hierga mill qalb l aktar hanina ta dan Alla taghna veru u haj******Nixtieq naghti l esperjenza tieghi wara li attendejt il kors, skola ta taghlim imtella b’imhabba li tixbah hafna dik tal Mulej minn hutna tal grupp Kattoliku, Karizmatiku fil parrocca Trinita Qaddisa tal Marsa li jgib l isem “Beyond Thyself” Jiena J.DeGiorgio fl imkien ma marti Doris attendejna din l iskola bl isem ta FLOODLIGHTS b sudisfazzjon nghid kemm huwa kbir u ta siewi t tghalim li rcivejna minn kull lezzjoni li ghalija ahna attendejna b entuzjazmu. Il kelliema kienu mimmlijijn gherf u preparati hafna u umli ghall lahhar. Niehu l opportunita l ewwel sabiex nghid grazzi lill Mulej ghall din il grazzja u nkompli biex nghid grazzi ukoll f isem shabi skulari , lill kordinatur ta dan il grupp, is sinjuri Raymond u Antida Cutajar u l memmbri kollha ta dan il grupp ta talb BEYOND THYSELF mimmlijijn imhabba ghall proxmu GRAZZI GRAZZI mill qalb. Hukom fi Kristu Gesu Joe DeGiorgio :-) GBU. ARA ATTI 8:26-31.********

    • Ray Cutajar
      February 28, 2014 at 12:43 pm

      Grazzi Joe tal-kliem sabieh tiegħek. Huwa ta’ sodisfazzjoni kbir għalina li dan il-kors kien ta’ siewi għalikom. Jalla jkun hawn oħrajn bħalkom li jaċċettaw li jattendu dan il-kors għax id-dinja hija bil-għatx għall-verita’, u l-verita’ nsibuha biss fil-Mulej. Dan il-kors jgħinna biex nitharġu aktar dwar kif inkunu kapaċi nxandru l-Bxara t-Tajba u dak li l-Mulej qed jagħmel fil-ħajja tagħna. Il-Barka tal-Mulej fuqkom.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: