Home > Ġenerali > Doża ta’ Emozjoni, Kuraġġ u Ħeġġa

Doża ta’ Emozjoni, Kuraġġ u Ħeġġa




Min qal li s-soċjetà tal-lum ma trid taf b’xejn?
Min qal li ż-żgħażagħ tallum insewħ lil Kristu? Li tilfu l-valuri?
Min qed jaqta’ qalbu mill-futur tal-umanità u tal-Knisja?
Ara dan il-filmat qasir, anqas minn 4 minuti b’kollox.
Huwa mument qasir minn ċelebrazzjoni taż-żgħazaġħ f’Lourdes fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Titilfux! Mhux bil-Malti, imma dan ma jtellef xejn!

Iżda għal min jixtieq jibqa’ b’idejh fuq żaqqu u ma jagħmel xejn, allura dal-film aħjar ma jaraħx!

Iktbilna l-kummenti tiegħek. Napprezzawhom!

Categories: Ġenerali
  1. Karol Paul De Bono
    August 1, 2013 at 10:04 pm

    Jiena kont prezenti gewwa Lourdes ghal dawn il-granet tal-JMJ. Kienet esperjenza li timlik b’kuragg kbir! Ghad hawn hafna zghazagh li lili jaghmluli kuragg, ghax bhali qeghdin f’din il-mixja. Din l-attivita’ partikolari li tidher fil-filmat kienet celebrazzjoni penitenzjarja, u konna bil-mijiet iz-zghazagh li rsaqna ghal qrar u wara adorajna s-salib…iva il-Knisja ghandha futur!

  2. Lydia Scerri
    July 29, 2013 at 1:35 pm

    Gheziez genituri, ghamlu l-qalb!

  3. Antida
    July 28, 2013 at 7:05 pm

    Veru li iz zghazagh qedin jersqu izjed lejn ALLA. Proset ta dan l filmat qasir imma kollu talim sabieh anki ghalina l kbar. Ara kemm hemm zghazagh gol Brazil. Miljuni attendew. Qedin nindunaw li iz zghazagh veru jridu jidhlu fl”ispirtu li kellu GESu ghalijhom. Ahna l kbar irridu inkun biex nalmuhom l’valuri taghna bl ezempju tajjeb li jaraw minnha. Nuruwhom li ghax inhobum u Gesu’ jhobbhom hafna. Inqattaw izjed zmien maghhom u nisimghowhom meta jkunu jridu jitkellmu maghna., mhux nghidulhom li issa ma nistax. Inhallu kollox jekk veru inhobuhom. J”alla l MULEJ GESU jbierikhom u jghinhom tull hajithom kollha.

  4. Mary Azzopardi
    July 28, 2013 at 4:15 pm

    Hdimt bil-qalb maz-zaghzagh ghal hmistax il-sena u llum ghandhom kollha kemm huma b’qalb nobbli u mimlija imhabba ghal Alla u ghalija. Huwa ahna l-kbar li naghmlu minn kollox biex nisfruttawhom. Veru film sabih hafna u jaqsamlek qalbek ghax tixtieq li z-zaghzagh u ahna l-kbar ukoll, ghandna dik l-imhabba li qeghdin iwasslu huma. Grazzi Mulej.

  5. Dorothy Cassar
    July 28, 2013 at 4:01 pm

    Ejjew ahna l-kbar inkunu ta’ ezempju ghaz-zaghzagh taghna. Ejjew inkunu ahna li nurughhom li Alla jigi l-ewwel u qabel kollox ghalina imbaghad huma jimxu fuq l-ezempju taghna

  6. Pat Debono
    July 28, 2013 at 3:05 pm

    Thank you for sharing. This is a beautiful example and a lesson to us. If I may say my feelings, it is Jesus’ will that we take the time to adore, worship and listen to him. When he was preaching to the multitudes, he never said “Time up, we have to go now”. No instead he said, these people are hungry (double meaning) we must feed them and so he did… We are too worried about structure and time! This is an example of Good Friday adoration of the cross…if it takes over an hour…so what! Maybe we need to re-evaluate more interaction within the Sunday masses and make our ‘Hour’ mass an hour of speaking and listening to God the Father, Jesus and the Holy Spirit.

  7. Victor Fiott
    July 28, 2013 at 2:59 pm

    jiddispjacini nghid li fil-quddies li smajt jien, fit-talb tal-fidili l-anqas l-icken accenn ghal dak li qed jigri f’Rio

  8. Jane Attard
    July 28, 2013 at 12:18 pm

    Tassew sabieh u jgedded fik li tixtieq li il- Mulej jaghtina l’qawwa ta ‘ L ‘Ispirtu Tieghu biex inkunu xhieda ta’ L’Imhabba ta’ Gesu. Hemm bzonn li zghazghah intuhom l’ ispazju li jahdmu fil- knisja Nemmen li hawn hafna li – jahdmu f’ diversi ghaqdiet . Ikun Imbierek Alla ghal dejjem .

  9. Karol Montebello
    July 28, 2013 at 11:33 am

    Iż-żagħżagħ huma l-mera tal-futur. Ħafna qed jaqtgħu qalbhom li l-fidi nisranija f’pajjiżna se tibqa’ dik li hi jew aħjar dik li kienet 15 /20 sena ilu. Dan bir-raġun għax il-valuri insara qed jitnaqqru ftit ftit. Verament li filmat bħal dan jagħmillek kuraġġ pero ma rridux nistrieħu fuq dan. Inħarsu lejn is-sitwazzjoni f’pajjiżna. Mhux biżżejjed li naraw iż-żagħżagħ jattendu l-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd. M’għandux iserrħilna l-kuxjenza li naraw żagħżagħ jersqu għat-tqarbin il-Ħdud biss. Nistaqsu : ” Dawn iż-żagħżagħ għal-liema raġuni qed jattendu l-quddiesa tal-Ħadd? Hemm relazzjoni vera ma’ Ġesu` jew forsi biex iserrħu l-kuxjenza għax tant saret enfasi fuqhom meta kienu iżgħar li jekk ma jattendux il-quddies tal-Ħadd jagħmlu dnub u jmorru l-infern ? Jekk din hi r-raġuni, allura għadna anqas bdejna.

    Anke jekk jattendu għal din ir-raġuni, nirringrazzjaw l-Alla li qed jattendu pero x’se jiġr wara li tispiċċa l-quddies? B’dan il-għan f’moħħhom ikunu għadhom qed jattendu biex jakkwistaw huma biss; biex ma jagħmlux dnub; biex ma jmorrux l-infern ! Imma kemm jafu li għandhom jattendu l-quddies anke għal raġunijiet oħra? Huma konxji Alla jixraqlu ħin ta’ tifħir? Konxji li Alla jixraqlu ħin ta’ ringrazzjament? Konxji li biex jgħixu l-ħajja nisranija jridu jibqgħu jisimgħu il-Kelma t’Alla u jgħixuha? Jemmnu verament fl-Ewkaristija u l-qawwa li tħalli f’min jirċeviha bil-fidi? Konxji li jridu jikbru fit-tagħlim u jiffurmaw ruħhom issa b’mod adult? Konxji li t-tagħlim li tagħllmu fuq il-bankijiet tal-Mużew kien il-pedament tal-fidi u t-twemmin pero jeħtieġ li jkomplu jibnu fuqu? Dak it-tagħlim kien tajjeb għall-eta` ta’ dak iż-żmien pero bħala adulti ma jistgħux iserrħu rashom fuq dak li tagħllmu fil-Mużew biss; dan kien biss il-pedament.

    Naħseb għad hawn wisq il-mentalita` li t-tfal jattendu d-dutrina biex ikunu jistgħu jagħmlu l-praċett u l-griżma. Nara li hemm wisq xebħ ma li wieħed jattendi kors ta’ tagħlim sakemm jirnexxielu jakkwista ċertifikat u wara jagħddi għal xi ħaġa oħra. Naħseb li jeħtieġ li t-tfal irridu nrawwmuhom f’intimita’ ma’ Ġesu`; inħeġġuhom aktar għal relazzjoni viċina fit-talb tagħhom aktar milli jitgħallmu ċertu talb li jispiċċaw jirrepetu bħal pakkagalli mingħajr ma jifhmu dak li qed jgħidu, mingħajr ma jkun ħiereġ mill-qalb. Fori jekk il-klassijiet tad-dutrina jibdew jieħdu lit-tfal għal ftit ħin ta’ adorazzjoni quddiem l-Ewkaristija ma jkunx pass biex it-tfal jidew jitrawmu jkabbru r-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesu` ? Matul dan il-ħin għandhom jitħeġġu jitkellmu b’mod spontanju ma’ Ġesu`, ifaħħruħ, jirringrazzjawh, jitolbu għal sħabhom, għall-għalliema tagħhom u għall-familjari jew għall-pets tagħhom. I-tfal iridu jħossu lil Ġesu` qrib tagħhom. Dan jibni relazzjoni li anke wara li jagħmlu l-Griżma tal-Isqof, jibqgħu iħossu l-bżonn li jibqgħu viċin ta’ Dak li issa bnew relazzjoni miegħu. It-tfal jeħtieġ li jsiru jafu lil Ġesu` u mhux dwar Ġesu`

    Ma rridx ninftihem negattiv u nirringrazzja u nammira lill-dawk kollha li jagħllmu t-tagħlim nisrani lit-tfal tagħna b’ħafna sagrifiċċji wkoll. Qiegħed biss nuri l-opinjoni tiegħi biex naraw li ż-żagħżagħ futuri jkollhom relazzjoni tajba ma’ Alla, ikollhom ħbiberija intima` miegħu u mhux jibqgħu hemm biss biex ma’ jagħmlux dnub ! Bil-metalita’ li jien għandi nagħmel dak li jrid Alla minni biex ma’ nagħmilx dnub u biex fl-aħħar ta’ ħajti mmur il-ġenna, hi biss relazzjoni mibnija fuq ir-ramel li tiġġarraf waħda sew kif niltqgħu mal-ewwel maltempata !

    Ejjew ma naqtgħux qalbna għax dan kollu mhux se nagħmluh bis-saħħa tagħna. Bis-saħħa tagħna biss xi froġa nagħmlu. Nemmnu u nitolbu biex l-Ispirtu jdawwal il-qlub u l-imħuh tagħna biex il-Knisja tibqa` dik il-komunita’ fejn il-bniedem isib verament id-dar fejn fiha jsib l-imħabba, il-kuraġġ u fuq kollox lil Ġesu` Ħaj, Ġesu` li jrid ifejjaq, Ġesu` li jħobbna għall-ebda raġuni oħra ħlief li għax Hu għażel li jħobbna, għax Hu biss imħabba.

    Ma nistgħux nistennew żagħżagħ f’relazzjoni qrid ta’ Ġesu` jekk ma jkunux imrawwma minn ċkunithom. Nerġa’ ngħid li t-tagħlim hu tajjeb pero kollox irid jinbena mhux fuq il-lezzjoni dwar Alla iżda fuq relazzjoni ma’ Alla.

    Fuq nota pożittiva ngħid li hawn ħafna żagħżagħ li huma ffurmati tajjeb fil-fidi u fir-relazzjoni ma’ Alla. Ħafna minnhom jaħdmu fis-soċjeta’ b’mod volontarju u bi mħabba. Pero hawn ħafna u ħafna żagħżagħ li qed iwarrbu l-fidi nisranija. L-influss ta’ komunitajiet mhux Kattoli Kristjani f’pajjiżna mhux jgħin biex iż-żagħżagħ ma jfittxux komunitajiet oħra. Ħafna minn dawn jidhru li huma moderni fit-tagħlim tagħhom u dan jattira aktar liż-żagħżagħ li ma jkunux iffurmati tajjeb. Naħseb li l-Knisja għalkemm ma għandhiex twarrab jew tagħwweġ it-tagħlim mibni fuq il-Kelma t’Alla biex xi ħadd iħossu komdu fiha, jeħtieġ li tuża aktar l-immaġinazzjoni u t-teknoliġa moderna. Naħseb li dan jgħin biex iż-żagħżagħ jersqu kemm għall- attivitajiet , laqgħat eċċ kif ukoll jersqu u jieħdu sehem fil-liturġija.

    Fuq kollox irridu nkunu aħna ta’ eżempju għalihom. Inħobbu liż-żagħżagħ anke lil dawk li jgħidu li ma jemmnu f’xejn. Ma nikkundannawhomx. Ħafna żagħżagħ jagħddu minn taqlib d’din il-fażi tal-ħajja fejn ikunu qed jitrawwmu fil-ħajja indipendenti tagħhom. Ħafna jispiċċaw joħduha kontra l-pariri siewja tal-ġenituri u s-superjuri tagħhom .Ħafna jkunu mħawwda dwar il-futur tagħhom. M’għadniex noħduha bi kbira li dawn iħossu bruda spiritwali jekk ma joħduhiex kontra Alla wkoll. Nemmen li jekk ikollhom il-fidi tagħhom iffurmata tajjeb, bilmod jerġgħu iduru lura għall-għeruq tagħhom.

    Jekk inzeta li xi żagħżugħ jew zagħżuha li jħossu li huma għaddejjin minn dan iż-żmien ta’ bruda, nixtieq ngħidilhom ma jaqtgħux qalbhom. Jekk hemm affarijiet fil-Knisja li ġegħluk twarrab minnha; jekk min kellu jkun ta’ eżempju għalik kien aktar ta’ skandlu; jekk mhux qed tara l-Alla jaħdem fil-ħajja tiegħek ; jekk Alla donnu ittarrax għat-talb tiegħek ; jekk kollox jidher imċajpar quddiemek u futur għalik donnu ma hemmx, AGĦMEL KURAĠĠ,

    JEKK ĦADD MA JIMPURTAĦ MINNEK…ĠESU` JIMPURTAH ;

    JEKK ĦADD M’GĦANDU L-ĦIN JISIMGĦEK…ĠESU` GĦANDU L-ĦIN KOLLU GĦALIK ;

    JEKK MHUX TARA FUTUR GĦALIK…ĠESU` ĦEJJA PJAN GĦALIK ;

    JEKK ŻBALJAJT JEW GĦAXXAQTHA U ĦADD MA JRID JAĦFIRLEK…ĠESU` KIEN QIEGĦED IĦOBBOK MHUX META TLABTU MAĦFRA IŻDA PROPJU FIL-MUMENT LI KONT QIEGĦED TIŻBALJA !!! TAQTAX QALBEL ĦABIB/A.

    JEKK TAĦSEB LI ALLA M’GĦADUX IĦOBBOK GĦAX INTI M’GĦADEKX TĦOBBU, ŻBALJAT…ALLA MA JĦOBBX BISS LIL MIN IĦOBBU. HU STESS QALILNA, : ”JEKK INTOM TĦOBBU LIL MIN IĦOBBKOM, XI ĦLAS JISTA’ JKOLLKOM? GĦAX IL-MIDINBIN UKOLL IĦOBBU LIL MIN IĦOBBHOM”…Lq 6,32-36. ALLURA JISTA’ ALLA MA JIQAX IĦOBBOK JEKK TAGĦNA DAN IT-TAGĦLIM?

    JEKK MA TAFX FEJN SE TMUR MIEX TBATTAL DAK KOLLU LI QIEGĦED ITAQLLEK, MUR QUDDIEM ĠESU` EWKARISTIJA. SIB KAPPELLA JEW POST IEĦOR TA’ ADORAZZJONI. (NIRRAKKOMANDA L-MILLENIUM CHAPEL F’PACEVILLE). TKELLEM MA’ ĠESU`. TKELLEM BĦAL MA TITKELLEM MA’ LAKBAR ĦABIB/A LI GĦANDEK…JEW KELLEK. OĦROĦ I-RABJA TIEGĦEK, L-EMOZZJONIJIET TIEGĦEK, IBKI JEKK TĦOSS IL-BŻONN. STAQSIEĦ FEJN HU JEKK MA TĦOSSUX PREŻENTI. STAQSIEĦ GĦALFEJN SE JIBQA’ MA JAGĦMEL XEJN QUDDIEM IS-SITWAZZJONIJIET TA’ ĦAJTEK. JEKK MA TEMMINX LI DIK L-OSTJA LI HEMM QUDDIEMEK HI ĠESU` LI KIEN FID-DINJA JFEJJAQ IL-MORDA U JQAJJEM ‘IL-MEJTIN U MIET MINXUR MA’ SALIB U QAM MILL-MEWT, JEKK MA TEMMINX LI ĠESU HU FTIT PASS QUDDIEMEK, TINKWETAX, GĦIDLU, ” MULEJ, GĦINI NEMMEN”.

    Wara sib saċerdot u tkellem miegħu. Jekk saċerdot ma jolqtokx ,ma jifhmekx, ma jħallikx tesprimi ruħek, taqtax qalbek, sib ieħor. Jekk il-hairdress ma’ jolqtokx inti ma tgħidx li mhux se taqta’ xagħrek iżjed iżda tfittex ieħor. Jekk tabib ma jtikx il-kura tajba ma naħsibx li tgħid li ma tridx tfieq u ma tmurx għand ieħor aħjar u tkun lest li tħallas kemm tiflaħ biex tfiq. Ġesu` joffrilek il-fejqan….BLA ĦLAS!!!

    Intik parir ma tistenniex mirakli mill-llum għal għada. Lil Alla tieħ ċans jaħdem. Ħafna jaqtgħu qalbhom għax iridu lil ‘An Instant God’ . Alla jrid jiffurmak. Alla tagħna mhux Alla tal-magics! Emmen li qiegħed jisimgħek u se jagħmel xiħaġa ŻGUR !!! Qed ngħixu f’dinja talbuttuni fejn nagħfsu buttuna urridu kollox fast. Kafe’ fast, flus mill-ATM fast, computer fast, mobile fast….. Alla mhux fast. U għax mhux fast ma tistax tibqa’ f’rokna tistenna li jsir xiħaġa għax tiddejjaq u titlaq. Trid tibqa’ tibni relazzjoni miegħu, tibqa’ tkellmu, tisimgħu jitkellem u tagħmel dak li jrid minnek anke jekk dan mhux li jogħġob lilek. Alla tagħna hu Alla tas-sorpriżi u dak li għalik hu impossibbli, għal Alla hu possibbli.

    Ersaq għal-qrar u tqarben. Dan biss itik is-saħħa li tibqa’ miexi/miexja biex tibda tgħix ħajja li tagħmel sens, toħroġ mid-dalma li tinsab fiha tesperjenza l-imħabba t’Alla u paċi vera f’qalbek.

    Fl-aħħar nirrakkomandalek lil Marija, l-Omm li dejjem magħna speċjalment fit-tiġrib. Marija hi l-eħfef u l-iqsar triq li twasslek għand biha Ġesu`. Itlobha tkun miegħek kif kienet ma’ binha Ġesu` mill-maxtura sa taħt is-salib. Ibqa’ ċert li tkun miegħek ukoll.

    J’Alla jkollna aktar żagħżagħ li jagħrfu l-imħabba ta’ Ġesu` u jieħdu deċiżjoni li jgħixu l-Kelma tiegħu u jkunu ta’ eżempju għalina li forsi ilna fil-mixja u naħsbu li wasalna !

    Ejjew inħobbu u nitolbu għaż-żagħżaġħ bierda u ngħinuhom. Ħafna minnhom għandom qalb tad-deheb u ħafna x’joffru.

  10. Sue Farrugia
    July 28, 2013 at 10:50 am

    Pope Francis is very prophetical, it is the living of the Gospel that has the power to change lives and the circumstances around us, we all count, each one of is. No-one is an island, we are brothers and sisters in Christ, for in HIM we LIVE AND MOVE AND HAVE OUR BEING! As Mother Teresa said, each drop fills and make the bucket full, we are all drops of the Lord’s precious living water- we are called to water the earth with HIS love and Presence. God bless you.

  11. Tony Mahoney
    July 28, 2013 at 9:39 am

    Segwejt il-Video, għal darba tnejn, tlieta. Nistqarr li qawwieli qalbi; il-Knisja għandha futur bis-saħħa taż-żgħażagħ … għallinqas dawk li marru jiltaqgħu mal-Papa, inklużi l-Maltin. Iżda nixtieq nara l-istess entużjażmu u ħeġġa fl-għażiża Malta tagħna. Nemmen li jekk ikollok Kumitat Organizzattiv tajjeb; li jinkludi ż-żagħżagħ li jistgħu joffru l-ħeġġa u l-entużjażmu, flimkien ma’ nies ta’ ċerta eta li jistgħu joffru l-frott tal-maturita, l-esperjenza, u wkoll, għaliex le, l-entużjazmu. Ma għandniex nikkuntentaw sepliċiment bi Grupp li ssoltu jorganizza, allura nserrħu rasna …. għax bħas-soltu. M’għandniex nibżgħu minn idejat friski u oriġinali b’kuraġġ u determinazzjoni. Jekk min imexxi juri ‘fiduċja għamja’ fiż-żgħażagħ ta’ madwaru, il-ħeġġa tittieħed … u jistgħu isiru ħafna affarijiet. Il-Kappillani jistgħu jikkontribwixxu ħafna, ħafna, billi jbaxxu rashom u jerħu minn idejhomu ċerta deċiżżjonijiet, jibdew jafdaw, li ma jibqgħux jaħsbu li huma xi CEO u li jgħidu huma huwa Vanġelu sagrusant, ‘Jien huwa l-argusin’ . Din mhix atmosfera li toħloq kuntentizza fost il-parruċċani. Kappilan huwa f’pożizzjoni li jista’ jiġbed lil ħafna lejn il-Knisja, irid ikun dak lelement li JGĦAQQAD. Imbagħad iż-żgħażagħ jersqu, jagħtu sehem, u joħroġ il-valur veru tagħhom.

    • July 28, 2013 at 9:58 am

      Tony, ma nisthix nghidlek… hekk grali jiena wkoll. Ma nghoddx kemm drabi rajtu, u kull darba kattar fija, l-emozjoni, il-kuragg u t-tama! joe.

      • Tony Mahoney
        July 28, 2013 at 10:23 am

        Joe, niżżu ħajr ‘l Alla; dak huwa sinjal li għad għandna jiġri ġewwa fina demm ta’ entużjażmu għax ġenwinament irridu naraw is-Saltna t’Alla seħħ madwarna u fostna. Jien tajt kontribut, miċ-ċokon tiegħi, ta ‘l fuq minn 40 sena; kemm fil-Parroċċa tagħna , kemm fuq livell Nazzjonali, u għalkemm kbirt għadni għaddej b’ Laqgħat ta’ kull ġimgħa dwar l-Iskritura Mqaddsa (b’waqfa fis-sajf), apparti mill-kontribut fuq 16-il Facebook, għat -Tixrid tal-Kelma t’Alla. Din tal-aħħ
        ar qed tħalli frott kbir, skont il-feedback li qed nirċievi. Ikun Imbierek Alla.

        • July 28, 2013 at 10:30 am

          Grazzi ta’ kollox, Tony. Importanti nghaqqdu l-forzi taghna flimkien ghax hekk nidhru aktar bhala Knisja u fil-hidma taghna tidher aktar l-Id ta’ Alla. Xi moment nitkellmu. joe

  12. Toni Mallia
    July 28, 2013 at 8:24 am

    Naqbel hafna mas-suggeriment ta’ Joe Galea u mmur pass ‘il hinn. Ghaliex il-Kappillani biss? Ghaliex mhux l-Ghaqdiet u Movimenti tal-Lajci wkoll? Hadt pjacir naqra dwar ir-rapprezentanza sabiha ta’ zghazagh li marru Rio. Imma f’pajjizna sar xi haga simili ghal dawk li ma marrux? Ghal dawk li baqghu hawn kif sar f’dan il-filmat gewwa Lourdes u kif saru f’tant djocesijiet ohra?

    Ghaliex l-Ghaqdiet taghna huma tant maghluqa fihom infushom u fil-programmi taghhom u ma jinfethux ghall-Knisja kollha kif qed iheggeg lil kulhadd il-Papa nnifsu?

    Tajjeb hafna s-suggeriment ta’ Joe Galea, imam ghandna nibqghu nistennew lill-Kappilani jaghmlu huma? U njekk jibqghu ma jaghmlux, allura ma jsir xejn? Hadd mhu se jiehu l-inizjattiva?

    • Tony Mahoney
      July 28, 2013 at 2:40 pm

      WELCOME

  13. Joe Galea
    July 28, 2013 at 8:12 am

    Xtaqt inkompli fuq il-messaġġ ta’ qabel dan u nħajjar lill-Arċiprieti/Kappillani biex jagħtu spazju liż-żgħażagħ għal ċelebrazzjonijiet simili fil-parroċċi tagħhom jew f’żona li tilħaq diversi lokalitajiet. Dan jista’ jsir wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija, ngħidu aħna kull xahar. Aħjar li l-istedina ma tkunx miftuħa għall-pubbliku inġenerali, għax inkella ż-żgħażagħ jibqgħu lura milli jattendu. Biex tagħmel ċelebrazzjoni ta’ qima lis-Salib ma tridx ħafna xogħol. Inħalluhom imexxu huma għax jafu jkunu kreattivi u jvarjaw is-suġġett minn darba għal oħra.

  14. Joe Galea
    July 28, 2013 at 5:56 am

    Meta ż-żgħażagħ li ħadu sehem f’din l-okkażjoni jmorru lura f’pajjiżhom, żgur li jkunu ta’ ispirazzjoni għal żgħażagħ oħra. Hemmhekk ma ddejqux juru l-fidi tagħhom u l-ferħ li huma parti mill-Knisja. Ngħinuhom biex, meta jkunu fostna jibqgħu xhieda ta’ dak li jemmnu u ta’ dak li jħobbu.

  15. Josephine
    July 27, 2013 at 10:41 pm

    X’emmozzjoni. Xi pjacir tara zghazagh jitghanqu mas-salib. Kemm nixitieq qeghda hemm maghhom. Jalla jkun hawn hafna vokazzjonijiet wara din il-laqgha mal-Papa. L-Ispirtu tal-Mulej ikun dejjem fuq il-Papa u fuq iz-zghazagh kollha li hemm prezenti ghal din il-laqgha inkluz ibni. Viva l-Papa

  16. antonia
    July 27, 2013 at 9:29 pm

    helped me to deepen my prayers. excellent and very encouraging to embrace the gift of faith.

  17. Alf.
    July 27, 2013 at 9:01 pm

    Dawn iz-zaghzagh huma ta ezempju ghalina l-kbar. Nitobu ghalihom u li jkollom minn ikompli jiggwidahom. Il-futur ta’ l-ewropa hu f’idejhom. Nitilbu lill Alla biex izomm idejh fuqhom.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: