Home > Ġenerali > Belt ta’ kuntrasti kbar!

Belt ta’ kuntrasti kbar!


Ma niftakarx sewwa jekk kienx diskors li għamel jew artiklu li kiteb xi żmien ilu Monsinjur Isqof Mario Grech, “Serqulna l-Ħadd”. Kien laqatni għaliex ġiegħlni nirrifletti. Staqsejt lili nnifsi, Tgħid il-Ħadd biss serqulna? Forsi l-Milied mhux ukoll? U l-festi tal-qaddisin fl-irħula tagħna mhux l-istess? U fejnhom dawk il-valuri li writna minn għand il-ġenituri u n-nanniet tagħna? Serqulna l-Ħadd jew konna aħna stess li ċedejna għalih? Kellna teżor u armejnieh!

Dan l-aħħar għaddejt xi jiem f’waħda mill-bliet kbar tal-Ewropa, ma nafx jekk hiex l-akbar waħda, imma jgħidu li fil-Knisja Kattolika hija meqjusa bħala l-akbar djoċesi. Hija belt kbira u kummerċjali għall-aħħar. Hija belt ta’ kuntrasti kbar, b’nies sinjuri tant li ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu bil-ġid li għandhom u b’oħrajn ta’ fuqhom senduqhom, mixħutin fuq xi bankina u li ma jippossiedu xejn għajr il-ħwejjeġ imċerċra u maħmuġa ta’ fuqhom u l-kartuna mibruma ta’ taħthom. Kull meta għaddejt minn maġenbhom ippruvajt nagħmel dak li sfidana nagħmlu l-Papa Franġisku f’dawn l-aħħar jiem, inħares f’għajnejhom u mmiss idejhom. Ikolli nistqarr bil-mistħija, mhux dejjem irnexxieli.

Belt ta’ kuntrasti kbar, bi ħwienet sbieħ u lussużi, bi dwal qawwija u jlellxu, miftuħa minn filgħodu sa tard filgħaxija; kollha mimlijin nies, l-aktar biż-żgħażagħ, min dieħel u min ħiereġ – u dan ir-rit jiġi mtenni kuljum, anke l-Ħadd, dak li darba konna nsejħulu “Jum il-Mulej”. U fl-istess triq, spiss ukoll fuq l-istess bankina, knejjes magħluqa kważi l-ħin kollu, u l-ftit li ssib miftuħa, aktarx vojta jew kważi vojta għajr għal xi ftit nisa xjuħ. U dawk il-knejjes l-iżjed frekwentati taħsibhom aktar mużewijiet għat-turisti milli tempji ta’ qima lil Alla; u dan il-Ħadd ukoll. Serqulna l-Ħadd jew konna aħna stess li ċedejna għalih? Bħal donnu li anke l-istess persuni fqar li jittalbu mal-ġenb tat-triq intebħu bil-bidla li seħħett għax huma wkoll ġarrew il-kartuna tagħhom minn wara bwieb-il knejjes fejn kienu jintefgħu sa ftit snin ilu, għal wara l-bibien taċ-ċentri kummerċjali.

U krabt ġewwa fija, biex ħadd ma jismagħni ħlief Hu, “Imma għaliex?”. Weġibni fil-pront, ġo qalbi, biex ħadd ma jisemgħu ħlief jien, “Meta l-knejjes isiru ħwienet, allura l-ħwienet isiru knejjes.”

joe farrugia

Categories: Ġenerali
  1. Tony Mahoney
    July 21, 2013 at 9:40 am

    Jiena nemmen li biex xi ħadd jisraqli xi ħaġa irrid nafda żżejjed: ‘Min jafda jħallel’. jgħid il-Qawl. Il-ħażin dejjem jagħmel xogħlu tajjeb … jekk huwa xogħlu nammirah sa ċertu punt. Il-problema hija JIEN. Jien qed nagħtih ċans li jagħmel xogħolu tajjeb jekk jien nagħmel id-dmirijiet tiegħi b’nofs kedda; jekk jien immur NISMA’ l-Quddiesa l-Ħadd għax huwa obbligu, mhux għax konvint mill-valuri kbar u bl-għarfien tal-kobor tas-Sagrifiċċju; jekk jien noqgħod niġri wara l-istatwi tal-kartapesta, injam, fided, aktar bħala drawwa, bħala kultura, IŻDA mhux b’konvinzjoni … kieku jien konvint kont nivvota kontra d-divorzju, kontra kull ħaġa li l-Mulej ma jridx; kieku jien nisrani konvint nagħraf meta għandi nitkellem u nitkellem mingħajr biżgħa ta’ ħadd … akkost li jieħu għalih dak li jkun. Inkun qed ngħin biex il-ħażin ma jirbaħx jekk inkun xhieda ta’ Kristu, b’kull ma ngħid, b’kull ma nikteb, b’kull ma nagħmel. Meta kull min jemmen jagħmel hekk ikun qed jgħin biex tfittex tasal is-Saltna: jien ma mmurx nixtri mill-ħwienet li jiftħu nhar ta’ Ħadd, ma nixtrix kartolini li ma jurux it-Twelid ta’ Kristu. Irridu nqumu u niftħu għajnejna mhux ingergru BISS. Xi darba rridu nagħtu kont ‘l Alla għal kull dmir li ma wettaqnix f’ħajjitna. Ikolli nistqarr li din is-sitwazzjoni, din il-kultura moderna ta’ żdingar spiritwali, ta’ telqa spiritwali, tat-twemmin ġdid li JIEN huwa l-alla tiegħi stess, daħlet fostna fin fin b’mod delikat iżda nippretendi aktar ħidma minn ċerta Saċerdoti WKOLL; li jitkellmu aktar fil-knejjes, waqt Omeliji, waqt Laqgħat. Is-Saċerdot irid jifhem li għandu jimita, għandu jkun Ġwanni Battista ieħor; m’għandux ixidd l-ingwanti biex iwiddeb, ma jġibx l-iskuża li dak li jkun se jieħu għalih, ma ninsewx x’qalilhom darba Kristu lil sħabu stess: “Tridux tmorru intom ukoll.” Apparti mill-fatt li xi darba rridu nagħtu kont lill-IMĦALLEF SUPREM għad-dmirijiet li kellna nwettqu w’aħna ma wettaqnihomx; b’din ir-rata għad inqumu u nsibu ruħna f’ċirkustanzi li lanqas inkunu nistgħu nroddu s-Salib, u l-knejjes jispiċċaw Mużewijiet u Swali tal-Kunċerti. Mulej, NITOLBUK, injetta ġewwa demmna ftit entużjażjmu li kellhom l-ewwel segwaċi tiegħek biex il-Fidi nistqarruha billi ngħixuha u tkun tidher fina f’kull ma nagħmlu.
    .

  2. Jane Pulis
    July 21, 2013 at 5:13 am

    L-ewwel insara biddlu l-festi u r-riti pagani f’dawk insara mimlijin devozzjoni.
    Illum aħna qed inbiddlu l-festi u r-riti reliġjużi f’dawk pagani.

    Quddiem din l-isfida ta’ materjaliżmu sfrenat, ma naqtax qalbi.
    Pero’ min iħobb il-Knisja ta’ Ġesu’ jrid imur lura għal kif kienu l-ewwel insara li kienu jagħrfuhom għax jgħinu lil xulxin u jgħixu f’għaqda bejniethom.

    U bl-għajnuna t’Alla, nirrejalizzaw kemm aħna għandna bżonn lil Alla fil-ħajja tagħna għax fejn m’hemmx il-valuri hemm il-kaos u libertinaġġ.

    U lkoll nafu dawn it-tnejn x’iġibu!!!

  3. silvester bonavia
    July 19, 2013 at 2:50 pm

    Grazzi Joe: u lil min qed jikteb…bhalissa qed naqra ftit ukoll dwar il-valuri posittivi ta’ “krizi” fil-knisja, fostna, fost l-insara (mhux fil-knejjes tal-gebel biss! u festi …!). AAVV: Dentro e oltre la crisi. Il-Papa Benedittu XVI kien ghadu qassis ga fl-1969, ezatt wara l-Koncilju Vat II f’diskors fuq radju tedesk lejlet il-Milied kien qal li matul il-process fil-futur “il-Knisja ma tibqax qawwa kbira, imam Knisja aktar spiritwali u semplici… mhux aktar il-Knisja tal-kult politiku imam l-Knisja tal-Fidi. Ma tkunx aktar il-Knisja bħala forza socjali li taħkem skont il-qies li sa ftit zmien ilu kienet, imma Knisja li tista’ tgawdi fjortura friska u tista’ tidher bhala d-dar tal-bniedem, fejn isib hajja u tama ‘l hemm mill-mewt”.
    Kliem ta 44 sena ilu, Ratzinger sar Papa u ta kontribut enormi anke bhala Prefett tad-Duttrina tal-Fidi wkoll u li qed jitkompla b’mod aktar li jidher car bid-diskorsi semplici profondi u l-ezempju tal-PAPA FRANGISKU.. Irridu nkunu ahna, jien, kull wiehed u wahda, il-PROFETI li nuru mhux nitkellmu biss dwar dan.. Kieku tant membri fil-Movimenti, tant religjuzi u sacerdoti nkunu tassew profeti tat-tigdid, nuruh b’hajjitna, kieku avolja n-nies ma jigux fil-knejjes ghax jinghalqu, avolja l-festi huma dawk li huma, imma jien nuri ‘l Kristu haj fix-xoghol tieghi, ‘l barra mill-bieb tal-Knisja, fil-familja… Din hija l-missjoni taghna urgenti. Naghmlu kuragg; il-Knisja hija ta Kristu, immexxija mill-Ispirtu li jekk inhalluH igib it-tigdid kif u meta jrid
    HU… Jien nitlob hafna ghal dan u nipprova… jb

  4. Tony Mifsud
    July 19, 2013 at 12:51 pm

    Naqbel perfettament li kwazi tlifna kollox!! Jidher li l-bniedem ma jitghallem qatt, ghaliex id-dinja dejjem hekk sejra. Ghadna hafna ezempji ta kemm il-bniedem kull tant zmien irrid immis il-qieh qabel jerga jibda tiela. J’Alla l-Bambin fil-hniena kbira tieghu jibqa jurina t-triq. Grazzi

  5. Godwin Valletta
    July 19, 2013 at 8:41 am

    Hsieb tajjeb biex tirrifletti kif tista tkun ftit dawl ghall hutna u tnewwel idek bied tghin halli terga il-fidi nisranija tkun il- qofol ta hajitna

  6. Antoinette Giglio
    July 18, 2013 at 5:08 pm

    ..tlifna kwazi kollox, ul-valuri li wrietna minghand missierijietna biddilnihom ma hwejjeg materjali li jispiccaw bhal ma jintilef fli spazzju id-duhhan. irridu nitolbu hafna aktar ghax illum l-evangelizzazjoni ghandna naghmluha ma dawk ta’ madwarna.. Kieku wiehed jista jifhem kemm ahna xxurtjati bil-gid tan-numru ta’ knejjes li ghandna u wisq aktar li Gesu fit-tabernaklu jaghtina stedina biex nidhlu b’Idejh miftuha. ……………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………………..

  7. Doris Attard
    July 18, 2013 at 2:55 pm

    Prosit riflessjoni ta’ mimli spiritwalita qawwija, li titnikket meta tara u tmiss dak kollu li qed isir madwarna. mhux fl-ibliet tal-Ewropa biss qed isir dan, izda sfortunatament anke f’pajjizna li dan tafuh benn tajjeb. Dahlu hafna kulturi u religjonijiet li maghhom dahal ukoll l-abbuz li naslu li anke nichdu lil Alla min kull fazi tal-hajja taghna. Iva rridu nahdmu bis-shih kontra l-ideologiji moderni, li qed jisfruttaw liz-zghazagh taghna, pero’ rridu nghidu wkoll li mhux tort taghhom sa barra, izda rridu nghidu li nsibu nisa u rgiel, ommijiet u missirijiet li huma stess jressqu lil uliedhom ghal dan il-pass, bl-attitudni u l-idejiet foloz li jixorbu mill-magazines, mit-televizjoni u mill-mezzi tax-xandir, li dawn il-mezzi jistghu jkunu ta’ gid meta jintuzaw tajjeb u jistghu jkunu ta’ dannu meta jixandru programmi mhux xierqa ghad-dinjita’ tal-bniedem. iridu nitolbu biex il-familji jergu’ jsiru ghaqqda bhala genituri koppja mizzewwga bhal dak in-nhar li dehru quddiem is-sacerdot u Alla biex taw il-kunsens tal-ghaqda bejniethom, u jergu’ jinghaqdu bhala familja ma l-ulied, forsi mhux kif kienu fi zminijiet tal-passat, izda ghaqqda ta’ familja moderna, fi zmien modern, bi hwejjeg moderni, u fi klassi u klima moderna. God bless

  8. Carmen Farrugia
    July 18, 2013 at 10:51 am

    Prosit ta’ din ir-riflessjoni li ghaddejtilna. Nahseb hemm bzonn li nirriflettu fuq dan il-hsieb biex lkoll mmiddu ghonqna ghax-xoghol li l-Mulej iridna nwettqu specjalment bix-xhieda taghna, bit-talb u l-hidma ma ‘l ohrajn b’mod individwali. Irridu nahdmu lkoll biex Alla jerga jsir ic-centru ta’ Gziritna. San Pawl Missierna itlob ghalina. Grazzi u l-paci mieghek.

  9. PP Ciantar
    July 18, 2013 at 5:28 am

    Joe…niftakar li dan l-artiklu fl-ahbarijiet tar-radju Marija. verament hsieb mill-aqwa ta’ l-isqof t’Ghawdex. Wiehed mill-ahjar hsibijiet tieghu….tislijiet…

  10. M. Scicluna
    July 18, 2013 at 5:17 am

    Prosit ta-hsieb tieghek. Sfortunatament din saret ir-realita ta-‘hajja. Hajja materjalista u pjacir, il-boghod mill-altruizmu li ghallimna Sidna Gesu Kristu- Donnu Alla sar xi haga ta’ l-antik. Ma rridux nafu bih izjed- Ma’hemmx hin ghalih imma ghal affarjiet l-ohra ghandna zmien. Pero’ ma ninsewx li ghad hawn nies twajba kemm religjuzi u lajci fosthom zaghzagh li qed jaghtu kontribut kbir kemm f’Malta u pajjiezi ohra fejn hemm faqar u mizerja kbira. Insellimlek

  11. M. Zerafa
    July 17, 2013 at 10:52 pm

    Il-ħadd biss tifna? Darba il-Papa Piju XI, Achille Ratti, kien ilmenta ma’ Mons Cardijn li l-Knisja tilfet il-klassi tal-ħaddiema. Minn dakinhar, il-welfare state assuma r-responsabilta tal-fqar, u fejn dawn qabel kienu ifittxi l-kenn fi ħdan il-Knisja u l-Istituzzjonijiet tagħha, illum ifittxu l-kenn fl-Istat. Tant li, anki meta xi ħadd fil-bżonn, ifittex l-għajnuna mill- Knisja, nirreferuh għall-għajnuna statali. Tlifna lill-fqar!

    Li nitilfu l-Ħadd iweġġagħni ħafna. Imma l-karatteristika tal-ewwel insara, daqs kemm kienet li jaqsmu l-ħobż fi djarhom f’Jum il-Mulej, kienet id-djakonija. Meta tlifna din tlifna il-karrateristika ewlenija li minnha kulħadd jinduna min aħna. “Minnn dan jagħraf kulhadd ….” Jekk nitilfu din, xi trid inżommu? l-għasar tal-festa? il-paneġierku? Id-damask? Iċ-ċnieser idaħnu? Il-purċissjoni tal-Bambin u l-priedka tat-tifel? Ir-Randan sar żmien iż-żeppoli, il-kwareżimal, il-ħelu tal-ħarrub u qagħaq tal-appostli; u l-Għid żmien il-bajd taċ-ċikkulata u l-figolli.

    IL-fqar huma dejjem magħna Imma illum it-tallab ma baqax jiġi fejn il-bieb tal-knisja x’ħin jispiċċa l-quddies. Fil-bliet il-kbar jiġi fil-ħin li l-knisja tkun miftuħa għat-turisti, jew (meta jippermettulu) jmur fid-daħla tas-Supermarket.

    Xi tlifna Mulej ! Tlifna s-senss li naraw lilek fil-wiċċ tal-fqir u tal-batut li għandu l-akbar xebħ tiegħek Mulej.

    Din hi l-akbar telfa li tefgħetna fis-second division.

    M. Zerafa

  12. Paul Galea
    July 17, 2013 at 9:33 pm

    Forsi din “il-Belt ta’ kuntrasti”, fejn hemm il-ħwienet miftuħin filwaqt li l-knejjes magħluqin, tista’ tkun beltna jew pajjiżna.

    Xi ħamsin sena ilu, nhar ta’ Ħadd f’Malta, il-ħwienet ma kienux jiftħu, ħlief dawk biss li jipprovdu affarijiet essenzjali tal-ikel, u dawn għal ftit siegħat filghodu biss. Min jemmen fil-ħarsien tal-Ħadd ma jmurx jixtri nhar ta’ Ħadd. Jekk ħadd ma jmur jixtri, l-ħwienet ma jiftħux. Il-ħwienet jiftħu għax in-nies imorru jixtru.

    Madankollu dan l-argument mhux dejjem japplika fejn jidħlu l-knejjes. Jidher li l-knejjes jinfetħu għal waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddies,u jingħalqu fil-pront malli din tispiċċa. Fil-fatt, xi drabi, min ikun jixtieq jibqa’ jitlob xi ftit wara li tispiċċa l-Quddiesa jintalab joħroġ biex tingħalaq il-knisja.

    Xi ħamsin sena ilu, nhar ta’ Ħadd f’Malta, il-knejjes kienu jkunu miftuħin matul il-jum tal-Ħadd. Dak iż-żmien ma kienx isir Quddies filgħaxija, iżda nhar ta’ Ħadd filgħaxija kienet issir ċelebrazzjoni fejn kienet tingħata wkoll il-Barka Sagramentali. Barra minn hekk, kulħadd kien jista’ jmur jitlob ukoll xħin ma kienx ikun hemm xi ċelebrazzjoni liturġika.

    Tassew li aħna qed inċedu l-Ħadd.

  13. Ninette Borg Grech
    July 17, 2013 at 9:31 pm

    Veru kaz. Anzi f’xi okkazjoni specjali fil-parrocci taghna, tieg, funeral, precett ecc tista’ lilek innifesek jekk hadulniex il-Quddiesa wkoll.

  14. Jane Attard
    July 17, 2013 at 9:30 pm

    Grazzi u prosit ta’ dan il- messag li -tant fih x’tahseb fuqu .Veru zmien inbidel jew irmejna l’barra dak li tant kien ta ‘gid spirtwali ghal hajjitna .Naqbel mal kumment ta fuq li jekk inharsu lejn il- messaggi tal- Papa Frangisku nindunaw x;hemm bzonn naghmlu ,kif bhala nsara irridu
    nwasslu l’messag ta’ Gesu bix xhieda taghna ,hemm bzonn nitolbu l’Ispirtu Santu biex iggedded il- Knisja biex inkunu aktar kreddibbliu u nohorgu nfittxu dawk li harbu mil -merhla.

  15. Arthur Rossi
    July 17, 2013 at 9:23 pm

    Ma nahsibx li nkun qed nesagera meta nghid ,iva,illum il-bniedem gie mahkum minn dak kollu li hu materjali.

    Il-festi kristjani inbidlu f’opportunitajiet biex jintuzaw ghal kull tip u forma kif wiehed jixxala u jkattar il-kummerc,u jxahhmu buthom.

    Hemm soluzjoni biex dawn il-valuri nergghu ingibuhom lura?

    Sincerament ma nafx nirrispondi.Forsi ir-risposta nistghu insibuha billi jekk ahna ta’ rieda tajba niftakru meta Kristu kecca l-bejjieha minn fuq it-tarag tat-tempju.

    Pero, hemm bzonn nirriflettu ,u aktar.

    Grazzi Joe ta l-istedina tieghek fuq din ir-riflezzjoni.

  16. Veronica Sultana
    July 17, 2013 at 9:00 pm

    Grazzi Joe ta’ dan il-hsieb u riflessjoni.
    Hemm hafna x’wiehed joghomod…Lili l-aktar li laqtitni hi l-ahhar sentenza: “Meta l-knejjes isiru ħwienet, allura l-ħwienet isiru knejjes.” Ta spiss wiehed jisma diskussjonijiet u tahditiet ghax in-nies ma jigux il-knisja / il-parrocca ghal-laqghat, attivita etc…
    X’taqt naqsam dan il-hsieb. Imma jien f’din is-sitwazzjoni (fiz-zmien li qed nghix jien – u mhux ommi jew in-nanna, u fejn qed nghix jien), fejn l-istil ta’ hajja inbiddlet, fejn il-bzonnijiet, l-isfidi, l-impennji inbiddlu, x’nista’ naghmel biex inwassal il-messagg ta’ Gesu? Nahseb hemm hafna x’nista naghmel…forsi hemm bzonn li immur jien fil-hwienet!

  17. Antida
    July 17, 2013 at 8:04 pm

    Naqbel ma Joe farrugia, 100%. Pero nuri ftit l’opinjoni tieghi. Kieku kullhadd, qed nalludi anki ghal Kleru, jimxu fuq il passi ta dan l Papa, Pope Francis, kieku inkun fil genna ta l’art.Veru gie mazul mill-Ispirtu Is Santu forsi l knisja terga tiehu xghejra ohra, hu in nies jibdew jattendu izjed, mhux il Hadd biss, jew xi funerali, inkella tigien, imma, anki kulljum.

  18. antonia bugeja
    July 17, 2013 at 5:59 pm

    prosit Joe tassew riflessjoni profonda u serja hafna. ta min jahseb fuqha bis-serjeta. bless sr antonia

    ________________________________

  19. Charles Muscat
    July 17, 2013 at 4:54 pm

    Fakkartni meta fil-bidu ta’ din is-sena kont miexi ġewwa belt fin-naħa t’isfel ta’ Franza u rajt struttura qadima bil-kampnar, li darba serviet ta’ knisja, u llum il-ġurnata qed tintuża bħala fergħa ta’ bank ewlieni.

    Waqaft inħares ftit lejn il-faċċata bħal donni ftit maħsud u mbagħad ikkonkludejt li dak li qed jidher minn barra hu sempliċiment rifless ta’ dak li qed jiġri minn ġewwa fi qlubna. Is-soċjetà llum saret tadura l-flus u nkompli nżid li mhux ħadulna l-ħdud iżda aħna partatniehom għax hekk qablilna.

  20. Michael Zammit
    July 17, 2013 at 1:09 pm

    Grazzi u prosit!

    _____

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: