Home > Aħbarijiet > Sforzi kontra l-legalizzazzjoni taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess

Sforzi kontra l-legalizzazzjoni taż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess


Il-Gvern fir-Renju Unit qal li s-sena d-dieħla se jkun qed jintroduċi abbozz ta’ liġi biex jillegalizza dak li qed jissejjaħ żwieġ bejn koppji tal-istess sess.
Dawk li huma kontra l-pjan qalu li d-deċiżjoni dwar dan saret mingħajr konsultazzjoni.

Kemm il-Knisja Kattolika u l-Knisja Anglikana ħabbru li huma kontra l-liġi proposta. B’reazzjoni għall-aħbar, iż-żewġ Arċisqfijiet kattoliċi f’Londra, Vincent Nichols ta’ Westminister u Peter Smith ta’ Southwark, ħarġu stqarrija  biex joppona bl-iktar mod qawwi l-proposta. “Għadu jimpurtana miż-żwieġ”, qalu. Żiedu li “t-tifsira tinsab fl-istess funzjoni taż-żwieġ bħala l-pedament tal-familja”. Waqt li innutaw li l-Gvern għażel li jinjora l-opinjoni ta’ iktar minn 600,000 persuna li ffirmaw petizzjoni b’appell sabiex tinżamm id-definizzjoni attwali taż-żwieġ, l-Arċisqfijiet komplew jikkritikaw il-proċess li għaddej biex il-liġi proposta eventwalment tidħol fis-seħħ. L-Arċisqfijiet Nichols u Smith ikkonkludew l-istqarrija tagħhom billi appellaw lil kull min jimpurtah mit-tifsira vera taż-żwieġ sabiex ma jiddejjaqx javviċina lill-membri parlamentari u jipprova jipperswadihom bil-kalma kollha. Fi kliemhom, “għadu mhux tard wisq biex inwaqqfu din il-liġi milli timmaterjalizza”.

Ħajr: Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof

Categories: Aħbarijiet
  1. Svetlana
    January 16, 2013 at 1:56 pm

    Jista xi hadd jghidli ghalfejn il-Knisja mhux qed titkellem issa li t-tlett partiti politici tkellmu fil-miftuh favur l-adozzjoni tat-tfal minn zewg persuni tal-istess sess? X’qed nistennew? Il-bajtra taqa f’halqna? Inutli npoggu artikli bhal dan imbaghad naqghu fil-muta! Bhala lajci huwa fid-dmir taghna li naghtu sehemna!

  2. Dolores Sare'
    December 16, 2012 at 7:56 am

    Nitlob lil Mulej biex jigwida l-mexxija tad-dinja kollha biex ma jinjorawx il-Kliem ta’ Gesu’ fuq iz-zwieg vera nisrani

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: