Home > Ġenerali > Lejliet jum kbira fil-Knisja.

Lejliet jum kbira fil-Knisja.


Belt tal-Vatikan, 10 Ottubru 2012 – “Qegħdin propju lejliet il-jum li fih niċċelebraw il-ħamsin anniversarju mill-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II u l-bidu tas-Sena tal-Fidi.”  Dan kien kliem il-Papa Benedittu XVI nnifsu dalgħodu waqt li kien qed jitkellem fl-udjenza ġenerali fi Pjazza San Pietru.  “U huwa dwar il-ġrajja ekkleżjali kbira tal-Konċilju li nixtieq nitkellem.”

“Anke llum, id-dokumenti tal-Konċiju Vatikan II huma bħal boxxla li tiggwida l-vapur tal-Knisja kif dan ibaħħar fl-ibħra miftuħa, qalb it-tempesti jew l-imwieġ ħiemda, biex jasal fid-destinazzjoni tiegħu.”  Il-Papa spjega kif  Vatikan II, li fih huwa kien ħa sehem bħala professur żgħażugħ tat-teoloġija fl-Università ta’ Bonn,“kien esperjenza unika li fiha huwa setgħa jkun xhud ta’ Knisja ħajja, li tpoġġi lilha nfisha fl-iskola tal-Ispirtu s-Santu, li kien il-vera forza li mexxiet il-Konċilju.  Mument bħal dakinhar, li fih stajt tmiss kważi b’mod  tanġibbli l-Universalità fiżika tal-Knisja, huwa tassew rari fl-istorja.  Kien mument li fih il-Knisja kienet fil-milja tal-missjoni tagħha li twassal l-Evanġelju liż-żminijiet kollha u sat-trufijiet kollha tad-dinja.”

Qabel il-Konċilju Vatikan II, fl-istorja tal-Knisja kien hemm għoxrin konċilju ekumeniku ieħor. B’mod ġenerali kollha tlaqqgħu biex jiddefenixxu elementi fundamentali tal-fidi u partikolarment sabiex jikkoreġu żbalji li kienu jipperikolaw il-fidi.  Iżda dan ma kienx il-każ f’Vatikan II għaliex f’dak iż-żmien ma kienx hemm żbalji partikolari ta’ fidi x’tikkoreġi jew x’tikkundanna.  Lanqas kien hemm kwestjonjiet speċifiċi dwar id-duttrina u d-dixxiplina li riedu jkunu ċċarati.  Għalhekk l-ewwel domanda li qamet waqt it-tħejjija ta’ dil-ġrajja kbira kienet propju dwar kif il-Konċilju kellu jibda u x’kien se jkun ix-xogħol tiegħu.  

Il-Papa Ġwanni XXIII, fid-diskors inawgurali tiegħu, fil-11 ta’ Ottubru ta’ ħamsin sena ilu ta xi linji-gwida: il-fidi riedet titkellem b’vuċi mġedda u aktar inċisiva għaliex id-dinja kienet qed tinbidel b’pass mgħaġġel. Iżda fl-istess waqt il-Knisja kellha tara li l-messaġġ perenni tagħha jibqa’ jkun imħares u intatt, bla ma ċċedih jew tagħmel xi kompromess.                   

Il-Papa Benidittu żied jgħid li huwa ried “lill-Knisja tirriflett fuq il-fidi tagħha u dwar il-veritajiet li jiggwidawha.  Imma din ir-riflessjoni serja u profonda … trid tkun il-punt tat-tluq għal relazzjoni ġdida bejn il-Knisja u l-era moderna, bejn il-Kristjaneżmu u ċerti elementi essenzjali tal-ħsieb modern, mhux biex infittxu konformità, imma biex nuru lid-dinja tagħna, li spiss tbiegħed lilha nfisha minn Alla, il-ħtiġijiet tal-Evanġelju fil-kobor u l-purità tiegħu.”

“Iż-żmien li qed ngħixu huwa wieħed li fih il-bniedem jkompli jinsa lil Alla u jkun trux għal-leħen tiegħu. Nemmen li rridu nitgħallmu l-lezzjoni l-aktar sempliċi u fundamentali tal-Konċilju: dik li l-essenza tal-Kristjaneżmu tikkonsisti fil-fidi f’Alla, … u fil-laqgħa personali u komunitarja ma’ Kristu, li jiggwida ħajjitna.  Il-ħaġa importanti llum, kif kienet ix-xewqa tal-Missirijiet tal-Konċilju, hija li aħna naraw – ċar u mill-ġdid – li Alla huwa preżenti, li huwa jimpurtah minna u jweġibna.  U meta tonqos il-fidi f’Alla, il-pedamenti essenzjali tagħna jċedu għaliex il-bniedem jitlef id-dinjità tiegħu.  Il-Konċilju jfakkarna li l-Knisja … għandha l-mandatt li titrasmetti l-kelma salvifika ta’ mħabba ta’ Alla, sabiex is-sejħa divina li aħna għandna għall-beatitudni eterna tista’ tkun mismugħa u milqugħa.”

Imbagħad il-Papa semma l-erba’ kostituzzjonijiet konċiljari, u ddeskrivihom bħala “l-erba’ punti kardinali tal-boxxla li tiggwidana; is-Sacrosanctum Conċilium dwar il-Liturġija, li titkellem dwar iċ-ċentralità tal-misteru tal-preżenza ta’ Kristu fil-Knisja; il-Lumen Gentium, li tisħaq dwar id-dmir fundamentali tal-Knisja li tigglorifika lil Alla; id-Dei Verbum, dwar ir-Rivelazzjoni divina, li titkellem dwar il-Kelma ħajja ta’ Alla li tgħaqqad u tagħti l-ħajja lill-Knisja matul l-istorja; u finalment il-Gaudium et Spes, li titratta dwar il-mod kif il-Knisja twassal lid-dinja dak id-dawl li hija rċeviet minn għand Alla.       

“Vatikan II”, temm jgħid il-Papa, “huwa appell qawwi lilna biex kuljum niskopru mill-ġdid il-ġmiel tal-fidi, biex nifmuha b’mod aktar profond permezz ta’ relazzjoni aktar intensa mal-Muleu, u biex ngħixu b’mos sħiħ is-sejħa nisranija tagħna.

Ara l-omelija kollha …> http://www.laikos.org/sinodu-2012-omelija-ftuh.htm

Ara aktar dwar Vatikan II … >  http://www.laikos.org/VatikanII.htm

Ara aktar dwar is-Sena tal-Fidi … > http://www.laikos.org/Sena-tal-Fidi_3.htm

Ara aktar dwar is-Sinodu tal-Isqfijiet li qed isir fil-Vaikan f’dawn il-jiem …> http://www.laikos.org/Sinodu2012.htm

Napprezzaw il-kummenti tieghek hawn taht … ⇩

Categories: Ġenerali
  1. Joe Inguanez
    October 11, 2012 at 8:29 am

    WELL DONE TO REPORT THIS

  2. Anthony Mallia Borg
    October 10, 2012 at 4:18 pm

    I would suggest that study groups should take as their topic the vatican 2 documents i would suggest that www laikos would try to give brief but comprehensive summaries
    quod est in votis = something desireable
    dun anton

  3. Anthony Mallia Borg
    October 10, 2012 at 4:14 pm

    Pope Ratzinger was right in his comments on Vatican II. We must try to read them again and put in practice what they suggest. Hope is still important to keep in mind, knowing that the Holy Spirit is still guiding the Church in modern times
    credere postea intelligere viz beleiving then trying to understand and keep in mind

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: