Home > Aħbarijiet > JITFAKKAR L-ANNIVERSARJU MILL-MEWT TA’ MADRE TERESA

JITFAKKAR L-ANNIVERSARJU MILL-MEWT TA’ MADRE TERESA


Quddiesa fil-Knisja ddedikata lil Santa Marija ta’ Navicella fakkret il-15-il anniversarju mill-mewt ta’ Madre Teresa. Il-liturġija solenni kienet iċċelebrata mill-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Pietru, il-Kardinal Angelo Comastri li qal li “Madre Teresa ilha mejta 15-il sena, iżda l-memorja tagħha għadha ħajja, għax il-qaddisin dejjem iħalla marka. Kif darba qalet hi stess, li l-istorja hi l-inċineratur taa’ kull kburija. Hi kienet umli u hu appuntu minħabba f’hekk li għadha ħajja, bl-eżempju tagħha għadu jaffaxina lil kulħadd”.

Il-Kardinal Comastri fakkar li “l-eżempju ta’ Madre Teresa hu importanti mmens għall-Knisja tal-lum, speċjalment wara li l-Papa sejjaħ is-Sena tal-Fidi. Kull kriżi fi ħdan il-Knisja għandha għeruqha fi kriżi ta’ fidi. Il-Papa qal dan f’ħafna okkażjonijiet u Madre Teresa rrepetietu ħafna”.

Fi tmiem il-liturġija, żewġ relikwarji kienu esposti b’relikwiji ta’ Madre Teresa li l-fidili setgħu iqimu.

Illum, il-Missjonijiet ta’ Karita, li bdiet Madre Teresa ta’ Calcutta, jammontaw għal madwar 50,000 f’madwar 700 dar.

Ħajr: Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof.

Categories: Aħbarijiet
  1. Yvonne Camilleri
    September 14, 2012 at 7:29 pm

    NIRRINGRAZJAK TAL- LAIKOS NITLOB GHALIKOM, INSIBU TAJJEB HAFNA, FIL HAJJA SPIRITWALI. GRAZZI HAFNA U PROSET………… YVONNE

    ________________________________

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: