Home > Ġenerali > Mietet biex issalva lil binha.

Mietet biex issalva lil binha.


Ftit qabel tibda is-Sena tal-Fidi:

Omm żagħżugħa tmut biex tkun xhieda ta’ Fidi, Tama u Mħabba

Ruma 16 ta’ Ġunju 2012: Mijiet ta’ Taljani nġabru llum fil-Knisja ta’ Santa Francisa Romana ġewwa Ruma biex jieħdu sehem fil-quddiesa funebri ta’ Chiara Corbella, mara żagħżugħa kattolika li mietet biex issalva l-ħajja ta’ binha li kien għadu ma twelidx.

Wara li Chiara u żewġha Enrico kienu tilfu l-ewwel żewġ uliedhom minħabba kumplikazzjonijiet li żviluppaw fit-twelid tagħhom, huma bdew ikunu mfittxija ħafna għad-diskorsi li kienu jagħmlu favur il-ħajja. Fl-2010, Chiara ħarġet tqila għat-tielet darba u skont l-eżamijiet mediċi, it-tarbija fil-ġuf kienet qed tikber u tiżviluppa b’mod normali.

Imma matul it-tqala tagħha, lill-Chiara tfaċċalha kanċer u hija kienet mogħtija il-parir mit-tobba li tibda t-trattament immedjatament. Il-problema kienet li dan it-trattament kien se jaffettwa t-tarbija u għalhekk l-omm iddeċidiet li tipposponi t–trattament sa wara li jitwieled binha.

Franċesco twieled fit-30 ta’ Mejju 2011, iżda l-marda qerrieda li kellha Chiara kompliet tinfirex tant li fi ftit żmien hija l-ewwel tilfet id-dawl minn għajn minnhom u wara mietet fit-13 ta’ Ġunju 2012. Ftit jiem qabel ma mietet kitbet ittra biex binha Franceso jkun jista’ jaqrha meta jikber. Fiha qaltlu, “Jien sejra l-ġenna niltaqa’ ma’ ħutek Marija u David. Inti ibqa’ hawn mal-papa’. Jiena se nkun qed nitlob għalik.”

Waqt il-quddiesa tal-funeral, il-Kardinal Agostino Vallini, Vigarju Ġenerali ta’ Ruma, qal li Chiara kienet it-tieni Gianna Berretta Molla, tabiba kattolika li kienet mietet f’ċirkustanzi simili biex issalva t-tarbija tagħha. Gianna Beretta Molla kienet dikjarata qaddisa mill-Papa Ġwanni Pawlu II fis-16 ta’ Mejju 2004.

  1. Carmen Galea
    July 14, 2012 at 4:15 pm

    Chiara offriet ħajjitha , biex tati l-ħajja lit-tarbija tagħha……imxiet wara l-passi ta’ KRISTU…ċaħdet lilha nfissa u mxiet warajH.

  2. Ivy Ellul
    July 7, 2012 at 3:31 pm

    What an inspiration ! An enrichment, a meditation, vis- a’- vis abortion. “The priceless gift of LIFE”

  3. mario aquilina
    June 26, 2012 at 6:51 am

    m hemmx imhabba ikbar min din ,l wiehed jaghti hajtu ghal hadiehor.Dawn huma l eroj vera tas socjeta tal lum li sfortunatament ma jinstmawx fl ahbarijiet.

  4. Yvonne Bonello
    June 25, 2012 at 9:45 pm

    What an ultruistic woman!! The love of a mother for her offsprings is boundless!! To me she is a living example to those who opt for abotion

  5. Josephine Farrugia
    June 25, 2012 at 9:26 pm

    God bless such women and may they be an example to many others.

  6. John Baptist Mallia
    June 25, 2012 at 3:50 pm

    F’dinja fejn jirrenja egozmu sfrenat, Alla l-Imbierek jaghtina persuni bhal Chiara Corbella li juruna d-dawl u jqawwu fina tama f’futur sabih ghall-umanita’. Min jaf kemm persuni ohra, li ma jaf bihom hadd, illum ghadhom kuljum jaghmlu l-istess.

  7. Nicholas de Piro
    June 25, 2012 at 8:20 am

    How magnificent humankind can be! Reading about Chiara Corbella has broken my heart, strengthened my faith and brought peace to my spirit.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: