Home > Familja > Raġel u Mara Ħalaqhom

Raġel u Mara Ħalaqhom


Wara d-divorzju, issa l-pass li jmiss – żwieġijiet ta’ l-istess sess ?

Ma nistgħux nibqgħu siekta quddiem għemejjel jew kliem li jdgħajfu l‑bażi taż‑żwieġ

Il‑Kardinal Timothy Dolan, li jippresiedi l‑Konferenza tal‑Isqfijiet  Kattoliċi tal‑Istati Uniti, wera s‑sogħba tiegħu dwar l‑istqarrija ta’ sapport li l‑President Barack Obama għamel biex tingħata definizzjoni ġdida taż‑żwieġ. Fi stqarrija li għamel,  il‑kardinal qal,  “Iċ‑ċittadini ta’ dan il‑pajjiż, speċjalment uliedna, jistħoqqilhom aħjar,”

“B’xorti ħażina, id‑diskors  t’issa tal‑Prseident Obama ma jissorprendiniex  għax ġa rajna l‑amministrazzjoni tiegħu tnawwar  u tinjora t‑tifsira unika ta’ żwieġ.” L‑Erbgħa li għadda, Obama deher fuq l‑istazzjoni ABC News u ddikjara li jemmen li koppji tal‑istess sess għandhom ikunu jistgħu jiżżewġu. “Kuljum nitlob għall‑President,” stqarr Dolan, “u nkompli nitlob li hu u l‑amministrazzjoni tiegħu  jaġixxu b’ġustizzja biex jipproteġu ż‑żwieġ u jħarsu lejh bħala dik l‑għaqda ta’ bejn raġel u mara.”

Iż‑żwieġ hu għaqda unika bejn raġel u mara

L‑istqarrija tal‑President saret f’mument meta b’maġġoranza kbira, il‑votanti ta’ North Carolina għaddew emenda fil‑kostituzzjoni tagħhom li tiddefinixxi ż‑żwieġ bħala dik l‑għaqda unika bejn raġel u mara. Dan l‑Istat Amerikan hu t‑30 wieħed fl‑Amerka li ħass il‑ħtieġa jagħmel tibdila bħal din fil‑kostituzzjoni tiegħu. Skont il‑bord inkarigat mill‑elezzjonijiet fin‑North Carolina, 61 % ivvutaw favur u 39% kontra. L‑Isqof Cordileone ta’ Oakland stqarr li s‑suċċess li ntlaħaq b’din l‑emenda juri kemm in‑nies huma konxji li ż‑żwieġ, bħala l‑għaqda bejn raġel u mara, għandu rwol essenzjali fil‑ġid komuni tas‑soċjetà,” L‑Isqof Cordileone jippresiedi s‑Sottokumitat dwar il‑Promozzjoni u d‑Difiża taż‑Żwieġ tal‑USCCB. Huwa qal ukoll li, “Minkejja l‑kummenti tiegħu tal‑bieraħ, nibqa’ nittama li l‑President Obama għad jagħraf ukoll dan ir‑rwol essenzjali. Ir‑rikonoxximent tal‑istat taż‑żwieġ mhux xi argument partiġjan imma hu materja li tirrigwarda l‑ġustizzja, l‑imparzjalità u l‑ugwaljanza, li tiddefendi d‑dritt bażiku ta’ kull tifel u tifla li għandhom ikunu milqugħa u mrobbija mill‑missier u l‑omm flimkien.”

Junno Arocho  – WASHINGTON, D.C., 10 ta’ Mejju, 2012 (Zenit.org)

Categories: Familja
  1. Svetlana
    January 16, 2013 at 11:44 am

    Jista xi hadd jghidli ghalfejn il-Knisja mhux qed titkellem issa li t-tlett partiti politici tkellmu fil-miftuh favur l-adozzjoni tat-tfal minn zewg persuni tal-istess sess? X’qed nistennew? Il-bajtra taqa f’halqna? Inutli npoggu artikli bhal dan dwar il-Kardinal Dolan imbaghad naqghu fil-muta!

  2. John Lanzon
    May 18, 2012 at 10:00 pm

    Prosit tassew ta’ din l-inizjattiva sabiha.

  3. Paul Galea
    May 18, 2012 at 9:10 am

    Verament li “Ma nistgħux nibqgħu siekta quddiem għemejjel jew kliem li jdgħajfu l bażi taż żwieġ”. Hekk qed jagħmel il-Kardinal Dolan u wkoll isqfijiet oħra bħalu. Dawn dejjem jikkundannaw il-ħażin u ma jibżgħux jikkundannaw ukoll li min jagħmlu; bħalma għamlet l-arċidjoċesi ta’ Washington li kkritikat lill-università ta’ Georgetown talli stiednet bħala kelliema lil Kathleen Sebelius, u sejħitilha “a featured speaker whose actions as a public official present the most direct challenge to religious liberty in recent history and the apparent lack of unity with and disregard for the bishops and so many others across the nation who are committed to the defense of freedom of religion.” ara: http://www.catholicculture.org/news/headlines/index.cfm?storyid=14320

    Hekk imissu jsir hawn Malta wkoll. Iżda hawn Malta x’qed isir? Nistgħu inserrħu rasna? Fil-fatt, fuq il-media, anke stazzjonijiet tal-Knisja, qed isiru programmi li jagħmlu ħsara lir-reliġjon kattolika, programmi tar-radju fejn kelliema maghrufa mistiedna regulari kontinwament jisħqu li f’Malta ghandu jkun legalizzat iż-żwieġ bejn nies ta’ l-istess sess. Dawn l-istess persuni kienu wkoll favur il-liġi tad-divorzju. Barra minn hekk dawn jgħidu ħafna affarijiet oħra li ma jaqblux mat-tagħlim tal-Knisja Kattolika. Allura aħna bħala lajċi nsara x’nistgħu nagħmlu biex ma nħallux din il-ħsara tkompli ssir?.

  4. Joseph P.Tonna
    May 17, 2012 at 9:46 am

    Jiena mija fil-mija nemmen li iż-żwieġ għandu jkun bejn raġel u mara waħda. Dan insiebħu fil-Ktieb tal-Ġenesi. Bla tlaqliq nibqa kontra d-devorżju u jiddispjaċini li daħal f’pajjiżna u konvint waħda mill ħtija kienet ta’ dawk li ħaslu jdejhom u marrux jivvutaw biex iserħu l-kuxjenza u għamlu bħal Pilatu biex min għalihom ma jkollox tord jiġri x’jiġri.

    Illum is-suġġett huwa ż-żwieġ ma’ persuni ta’ l-istess sess. Nibqa ngħid li jiena kontra. M’għandix kontra dawn ħuti, għax inħobbhom, inkellhom u nibqa ngħajnhom fejn huwa possibbli. Nemmen li mhux tord tagħhom li huwa hekk.

    L-ulied għandhom jittrabbew fl’imħabba tal-missier u l-omm. Fid-dover ta’ l-istat u tal-knisja biex ikomplu jaħdmu favur l-għaqda vera u soda tal-familja. Familja b’saħħitha tfisser soċjeta tajba.

    Joseph Paul Tonna Birkirkara

  5. Stephen Zammit
    May 17, 2012 at 9:43 am

    Ejjew inkunu cari darba ghal dejjem meta nitkellmu. Id-definizzjoni ta’ zwieg hija ghaqda bejn mara u ragel fejn huma jsiru haga wahda u fejn din l-ghaqda tkun miftuha ghal prokreazzjoni. Minn naha l-ohra irridu nibdew naccettaw li filwaqt li koppji ta’ l-istess sess ma jistghux jizzewwgu jew li “l-ghaqda taghhom” m’huwiex zwieg skond id-definizzjoni, imma koppji li jghazlu li jghixu hekk ghandu jkollhom id-drittijiet taghom bil-ligi u li jekk jaghzlu hekk din ttissejjah unjoni civili ghal fini tal-ligi etc etc. Jigifieri, f’dawn il-kazi ghandna nhobbu lil dawn l-individwi ghax huma wkoll xbieha t’Alla, naccettaw li jkollhom certu drittijiet minhabba l-hbiberija dejjiema taghhom imma li din l-ghaqda ma tista’ qatt tissejjah zwieg. Nahseb li hafna minn dawn l-individwi jaccettaw dan l-argument. Imma ejjew nibdew ahna stess naghtu ezempju billi nhobbuhom, nieqfu nikkritikawhom, nitolbu ghalihom etc etc.

    • Manuel Sacco
      May 17, 2012 at 2:09 pm

      Ragel ta veru int. Alla huwa mhabba, u fejn hemm l-imhabba hemm il-paci. Mela zwieg nirhuli ghal koppji mara u ragel. U ghal mahbubin ta’ l-istess sess ghandu jkun hemm xi tip ta’ gharfien minghajr krucjati.

  6. Mary Falzon
    May 17, 2012 at 7:33 am

    Donnu ahna nitghallmu biss spejjes taghna. Il-hasra hi li minhabba l-izbalji li naghmlu ahna jbatu uliedna. Imsieken!

  7. Manwel Grima
    May 17, 2012 at 7:25 am

    U min qal li hawn Malta kollox 50 sena wara?

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: