Home > Ġenerali > Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu

Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu


 
KTIEB LI KULL FAMILJA GĦANDU JKOLLHA –
għodda imprezzabbli għall-qraba ta’ persuni b’mard mentali
 

Żewġ għaqdiet volontarji ħadmu id f’id biex ipproduċew ktieb li se jkun imprezzabbli għall-qraba ta’ min isofri minn mard mentali. Imsejjaħ Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu – vjaġġi ta’ tama mterrqa minn qraba ta’ persuni b’mard mentali, il-ktieb hu sforz kollaborattiv tal-Assoċjazzjoni għas-Saħħa Mentali u tas-St Jeanne Antide Foundation. Din il-pubblikazzjoni hija attività għal din is-sena Ewropea tal-Volontarjat u ħadu sehem fiha 30 voluntier.

Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu joffri tama lil familjari li jħossuhom mtaqqla bir-responsabbiltà kbira tal-kura ta’ membru tal-familja b’mard mentali. Erbatax mid-dsatax-il kapitlu huma miktuba minn familjari b’esperjenza twila ta’ kura ta’ membru tal-familja b’mard mentali. Dawn il-kittieba mġarrba ddeċidew li jgħinu qraba bħalhom billi jaqsmu l-esperjenza tagħhom mal-pubbliku Malti fejn għad hawn biża’ u ħemda dwar il-mard mentali.

Il-kapitli jittrattaw sitwazzjonijiet ta’ mard bħal dipressjoni, OCD, bipolar disorder, diżordni tal-personalità, l-iskiżofrenija, il-psikożi, u l-paranoja. Fih daħla mill-Ko-fundatriċi tal-Assoċjazzjoni għas-Saħħa Mentali, is-Sinjura Connie Magro, u messaġġ mis-Sinjura Kate Gonzi li hi wkoll ko-fundatriċi tal-Assoċjazzjoni u Presidenta Onorarja tagħha. L-edituri tal-ktieb huma Connie Magru u Nora Macelli mis-St Jeanne Antide Foundation. Barra minn hekk, hemm kapitli maħsubin għall-għalliema u kapitli oħra dwar id-drittijiet tal-familjari li jieħdu ħsieb ta’ membru tal-familja b’mard mentali. L-għeluq jiġbor punti komuni li joħorġu mill-esperjenzi tal-14-il familjari li kkontribwixxew kapitlu.

Dan il-ktieb hu intiż għal carers ġodda, imma huwa wkoll ta’ siwi għall-professjonisti li  jaħdmu  mill-qrib  ma’  persuni  umani  fix-xogħol  tagħhom  ta’  kuljum. Huwa rrikmandat ukoll għall-istudenti, għall-għalliema, għall-qassisin u għal dawk kollha li jgħożżu l-valuri tal-familja.

Il-ktieb hu ppreżentat b’mod ċar, b’illustrazzjoni bil-kulur għal kull kapitlu u b’lista fuq il-lemin tal-aktar messaġġi importanti li qed jagħtuna l-carers. L-illustrazzjoni jirriflettu viżwalment l-emozzjonijiet imqanqla tal-qraba waqt li t-titli tal-kapitli huma misluta minn kliem il-kittieba stess.

Il-messaġġ tal-ktieb jispjega li “Il-valur ta’ dan il-ktieb qiegħed fl-esperjenza personali.  Is-saħħa mentali, u d-diffikultajiet li jġib miegħu n-nuqqas ta’ saħħa mentali, huma esperjenzi uniċi għal kull familja.  Għalhekk din il-ġabra ta’ esperjenzi ser tiswa mitqilha deheb.  Nista’ naħseb kemm familji ser jaqraw esperjenzi simili għal tagħhom u jitgħallmu minn kif familji oħra ġabu ruħhom, għexu bid-diffikultajiet, għarfu joħorġu l-pożittiv mis-sitwazzjoni, u sabu soluzzjonijiet.  Dan il-ktieb għandu jkun f’idejn kull persuna li għandha għal qalbha persuna b’dawn id-diffikultajiet.”

Huwa maħsub li fil-ġejjieni qrib dan il-ktieb jinħareġ ukoll bil-lingwa Ingliża f’forma ta’ audio CD. Għal aktar tagħrif ibgħat email fuq: mha@maltanet.net. Il-ktieb jinkiseb mill-Fondazzjoni Santa Giovanna Antida u mill-Agenda bookshops.

Categories: Ġenerali
  1. Antida
    July 22, 2012 at 3:30 pm

    I live in NY, please how can I get this Book. IL KWIEKEB FID-DLAM JIXGHELU ??
    MY EMAIL IS …………

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: