Home > Ġenerali > Pentekoste fil-Mellieħa

Pentekoste fil-Mellieħa


L-Assoċjazzjoni Volontiera ta’ Lourdes (AVL), f’dan ix-xahar iddedikat lil Ommna Marija, qed torganizza katina ta’ Rużarju li se ttella’ fis-Santwarju tal-Madonna fil-Mellieħa.

Din il-katina bit-tema “Ngħidu r-Rużarju Flimkien” se ssir bejn is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Mejju, jum Pentekoste, mit-tmienja ta’ filgħaxija sat-tmienja ta’ filgħodu. Nibdew is-Sibt b’quddiesa fil-Knisja Parrokkjali fis-6.30pm u wara Purċissjoni Aux Flambeaux sas-Santwarju fejn mistenni li jibda r-rużarju meditat għall-ħabta tat-8.00pm.

L-Assoċjazzjoni tixtieq tistieden lill-membri tal-parroċċa, kummissjonijiet, fratellanzi u għaqdiet oħra sabiex jitħajru jieħdu sehem f’xi ħin jew ieħor.

Min jixtieq jissieħeb f’dil-katina ta’ rużarju ġentilment mitlub jibgħat email lil cinilouise@gmail.com  jew sandrogalea@gmail.com. mill-aktar fis possibbli.

Categories: Ġenerali Tags: ,
  1. Fr Hayden Williams
    May 19, 2012 at 3:39 pm

    Viġilja ta’ Pentekoste

    L-Appostli Franġiskani ta’ Ġesù u Marija, il-Couples for Christ u t-Tiġdid Kariżmatiku qed jingħaqdu flimkien biex jagħmlu esperjenza ta’ Pentekoste fid-dawl tas-sejħa li kien għamel l-Papa Ġwanni Pawlu II biex tinxtered il-kultura ta’ Pentekoste.

    Din hija stedina li qed issir lil kulħadd, biex ninġabbru flimkien bħall-apposlti fiċ-Ċenaklu ma’ Marija biex nagħmlu esperjenza ta’ PENTEKOSTE.

    Filwaqt li nġeddu l-wegħdiet tagħna quddiem Ġesù, nistennew li huwa stess igedded fina l-grazzja tal-mghamudija fl-Ispirtu li jagħmilna ulied u dawl biex b’hekk niddu fid-dlamijiet tas-soċjetà u l-kultura ta’ żmienna.

    Qed nistednukhom biex tingħaqdu magħna fil-Knisja tal-Kapuccini, Sant Antnin, Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, bejn it-8:30pm u l-11:30 nhar is-Sbit 26 ta’ Mejju, 2012.

    Il-velja ta’ talb se tinkludi t-talba tar-ruzarju u c-celebrazzjoni tal-Ewkaristija.

    Ejjew biex filwaqt li ninġabbru ħa nagħtu qima lil Alla Trinità, aħna nistennew barkiet kbar minn idejn il-Missier permezz tal-Iben.

    Fr Hayden

  2. John Mallia
    May 15, 2012 at 6:36 am

    Naqbel ma’ Mary Cassar. Dan huwa mod tajjeb kif niccelebraw it-twelid tal-Knisja. Zgur ahjar mizzfin tas-soltu.

  3. Mary Cassar
    May 15, 2012 at 6:19 am

    La mhux ser issir ic-celebrazzjoni djocesana, din hija inizjattiva sabiha u li taghmel hafna sens – niccelebraw Pentekoste flimkien ma’ Marija, Omm Gesu` u Omm il-Knisja. Wara kollox hija kienet prezenti mad-dixxipli fl-ewwel Pentekoste. Prosit tassew. Nittama li nkun maghkom.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: