Home > Ġenerali > Flimkien għall-Ewropa 2012

Flimkien għall-Ewropa 2012


“Flimkien għall-Ewropa” – 12 ta’ Mejju 2012

L-impenn ta’ 300 Moviment u Komunità minn Knejjes insara differenti fi Brussell u f’aktar minn 130 belt fil-kontinent. Akkoljenza u Integrazzjoni, Paċi, Ekonomija, Ambjent, Familja huma xi wħud mis-suġġetti li ser ikunu affrontati.

Fit-12 ta’ Mejju 2012 il-belt ta’ Brussells ser issir iċ-ċentru ta’ poplu li jrid juri d-dinamiżmu ta’ dik l-imħabba tal-aħwa li ġa teżisti fil-kontinent. Din it-tielet edizzjoni internazzjonali ta’ Flimkien għall-Ewropa qed tiġi definita bħal biċċa mużajk magħmula minn nies ta’ kull età, ġejjin minn 300 moviment u għaqdiet insara differenti li ser jinġabru fl-istess ħin fi Brussells u f’aktar minn 130 belt oħra fl-Ewropa. Malta ser tipparteċipa kemm b’delegazzjoni li ser titla’ Brussell kif ukoll b’avveniment lokali: Run4Unity. L-Eċċellenza Tiegħu il–President ta’ Malta, Dr. George Abela ser jagħmel il-ftuħ uffiċċjali tar-Run4Unity.

Paċi, ekonomija, djalogu interkulturali u akkoljenza, responsabbiltà soċjali u ċittadinanza parteċipattiva, ambjent, il-problematika tal-familja, l-attenzjoni għall-ġenerazzjonijiet ġodda ser ikunu xi wħud mis-suġġetti trattati, anki permezz ta’ esperjenzi u proposti.

Iċ-ċentru tal-ġrajja tat-12 ta’ Mejju ser tkun il-laqgħa fis-Square Meeting Centre fi Brussell, li għaliha ser jattendu rappreżentanti ta’ movimenti, għaqdiet u komunitajiet mill-Ewropa kollha, flimkien ma’ personalitajiet mill-qasam politiku, istituzzjonali u kulturali ewropew. Fost affarijiet oħra, fil-programm hemm il-messaġġ ( video) ta’ Herman Van Rompuy, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-kontribut ta’ Romano Prodi u l-interventi ta’ Maria Voce (Fokolari), Andrea Riccardi (Sant’Eġidio) u Thomas Römer (YMCA ta’ Monaco).

Fil-fatt, l-għan ta’ din l-edizzjoni ta’ Flimkien għall-Ewropa huwa n-nisġa tar-realtà vitali li qed jipproduċu l-għaqdiet – bis-sehem ta’ adulti, żgħażagħ u tfal – mal-operat fil-qasam publiku li qed jitwettaq minn dawk li jiddeterminaw l-aġenda internazzjonali.

Fil-kriżi li l-Ewropa għaddejja minnha u li qed tinħass f’ diversi oqsma, Flimkien għall-Ewropa hi manifestazzjoni ta’ komunjoni, ta’ responsabbilta u ta’ xewqa kbira għall-ġid tal-familja Ewropeja kollha, għall-ġid ta’ Ewropa li ma tħarisx biss lejha nnifisha imma li tagħraf id-destin komuni li għandha flimkien ma’ dak tal-kontinenti l-oħra. Din il-manifestazzjoni trid turi wkoll li flimkien nistgħu nittamaw u naħdmu bl-enerġiji u l-ideat li jiġu mill-kariżmi u d-doni differenti li Alla ta lil dawk il-gruppi kollha li qed jippromwovuha.

Fit-tmiem ta’ din il-convention, waqt kollegament dirett permezz tas-satellita u l-internet ser jitħabbar manifest finali indirizzat lill-istituzzjonijiet u liċ-ċittadini tal-Ewropa.

Aktar dettalji fil-Laikos. …>

Categories: Ġenerali
  1. Twanny Vella
    May 11, 2012 at 7:29 am

    Inizjattiva tassew sabiha! Meta se nibdew naraw l-ghadiet religjuzi f’pajjizna jiehdu sehem FLIMKIEN f’inizjattivi bhal din?

  2. Carmela Borg
    May 11, 2012 at 7:01 am

    Qalb waħda u ruħ waħda. Nitolbu sabiex tagħti l-frott mixtieq.

  3. Daniela
    May 8, 2012 at 3:19 pm

    UT UNUM SINT!

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: