Home > Ġenerali > The Monastery

The Monastery


The Monastery – Film tal-BBC

Regolarment nilmentaw għaliex għandna ħafna x’nagħmlu, li ma nafux mnejn se nibdew u fejn se nispiċċaw, nixtiequ li l–ġurnata fiha aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa. Donnu li aktar ma t-teknoliġija moderna tipprovdilna għajnuniet biex iħaffulna x-xogħol, aktar insibu x’nagħmlu. U meta kultant jirnexxilna nieħdu vaġanza, mhux biss naslu lura aktar għajjiena, imma aktarx insibu li x-xogħol li ħallejna warajna jkollna npattu għalih wara.

Quddiem dan il-paradoss tal-ħajja moderna, ħames persuni jkunu mistiedna jgħixu erbgħin jum f’Monasteru Benedittin fejn huma jkunu mitluba jħarsu r-regola monastika ta’ silenzju, ubbidjenza u umiltà. 

Ebda wieħed minnhom ma huwa kattoliku. Anthony jaħdem ma’ kumpanija ta’ publikazzjoni. Ir-reliġjon għalih tfisser ftit li xejn. Peter huwa għalliem irtirat li jirrifjuta jaċċetta kull forma ta’ reliġjon organizzata.  Tony iddikjara mill-bidu nett li huwa ma jemminx f’Alla u li fix-xogħol tiegħu huwa jipproduċi filmati qosra bħala riklam għal industrija tas-sess. Gary huwa Irlandiż, li żmien qabel kien membru fil-UDA, grupp terrorista li l-maggoranza tal-vittmi tiegħu kienu kattoliċi Irlandiżi.  Nicholas huwa l-uniku membru tal-grupp li kellu esperjenza ta’ ħajja monastika, imma din kienet f’monasteru buddista fl-Indja.

Għalihom ilkoll din kienet sfida enormi, iżda li offriet lil kull wieħed minnhom il-possibiltà li jiskopri tassew lilu nnifsu. Fi kliem wieħed minnhom din l-esperjenza tremenda nisslet fihom rabja, uġigħ u niket, imma wkoll ferħ, kuntentizza u paċi.

Kif bdejt narah dan il-film, ħsibtu verżjoni oħra ta’ The Big Silence iżda meta rajtu, sibt li kont imqarraq. The Big Silence, produzzjoni wkoll tal-BBC, jgħinna nagħrfu kif nistgħu nintegraw is-silenzju fil-ħajja mgħaġġla tagħna.  Imma The Monastery  huwa differenti għaliex jgħinna nagħrfu aktar kif billi neżerċitaw is-silenzju, l-umiltà u l-ubbidjenza fil-ħajja tagħna ta’ kuljum nistgħu niskopru aktar lilna nfusna, lill-oħrajn u fuq kollox lil Alla.

Dawn l-erbgħin jum kienu esperjenza tremenda mhux biss għall-ħames persuni li għixuhom, iżda wkoll għall-istess komunità monastika li laqgħathom b’tant imħabba. Iżda llum li rajt dan il-filmat nemmen li għal kull min jarah b’qalb miftuħa, din l-esperjenza toffri opportunità unika ta’ riflessjoni tassew profonda. F’partijiet minnu ħassejt il-bżonn li nwaqqaf il-filmat biex nista’ jiena wkoll nieqaf nirrifletti.

Il-BBC ipproduċa l-film fi tliet partijiet twal, iżda hawn huwa mqassam fi tmintax-il biċċa ta’ anqas minn kwarta kull waħda. Dan jgħin aktar lil min jarah biex jimxi ma’ din l-esperjenza b’pass meqjus u għalhekk joffri ħafna lok għal riflessjoni bejn taqsima u oħra.

Nħeġġek tarah biċċa, biċċa u fil-ġabra. Wara jekk tixtieq tista’ taqsam magħna l-ħsibijiet tiegħek, mhux biss dwar il-film innifsu, imma wkoll dwar dak kollu li l-ħajja kontemplattiva għandha x’toffri lid-dinja tallum.

Ikklikkja …> http://www.laikos.org/TheMonastery.htm

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: