Home > Pastorali > Kif Se Nġeddu Lilna Nfusna?

Kif Se Nġeddu Lilna Nfusna?


Mid-diskors tal-Papa lis-saċerdoti f’Ħamis ix-Xirka 2012

Ħbieb għeżież, hija l-konformità tagħna ma’ Kristu l-ewwel kondizzjoni u l-bażi ta’ kull tiġdid. Jista’ jiġrilna kultant li l-figura ta’ Ġesù Kristu tant narawha għolja u tant tidher kbira li ma nissugrawx inqabblu lilna nfusna magħha. Imma l-Mulej dan jafu, u għalhekk ipprovdielna ‘traduzzjonijiet’ fuq skala li hi iktar aċċessibbli għalina u iktar qrib tagħna.

Hi għal din ir-raġuni li San Pawl ma sabhiex bi kbira jgħid lill-komunitajiet tiegħu: Imitaw lili, għax jiena ta’ Kristu. Għad-dixxipli tiegħu, hu kien qed jittraduċi l-mod kif Kristu għex, u hekk huma setgħu jarawh u jidentifikaw ruħhom miegħu. Minn żmien Pawlu ’l hawn, l-istorja fornietna bi ‘traduzzjonijiet’ oħra tal-ħajja ta’ Kristu li ma qatgħu xejn permezz ta’ figuri oħra storiċi.

Hemm ċorma sħiħa ta’ saċerdoti li ġew qabilna biex juruna t-triq: ibda minn Polikarpu ta’ Smirna u Injazju ta’ Antjokja sa mexxejja kbar bħal San Ambroġ, Santu Wistin u San Girgor il-Kbir, San Injazju ta’ Loyola, San Karlu Borromeo, u San Ġwanni Marija Vianney, sal-qassisin martri tas-seklu għoxrin; u dan l-aħħar il-Papa Ġwanni Pawlu II li, bl-eżempju, bil-ħidma u bis-sofferenzi tiegħu, tana xempju ta’ kif tkun ħaġa waħda ma’ Kristu, bħala “don u misteru”. Il-qaddisin juruna kif iseħħ dan it-tiġdid u kif inqiegħdu lilna nfusna fis-servizz tiegħu. U jgħinuna nifhmu wkoll li Alla la jimpurtahx wisq min-numri kbar u lanqas minn suċċessi li jidhru, iżda jwettaq ir-rebħiet tiegħu bis-simbolu umli taż-żerriegħa tas-senapa.

Categories: Pastorali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: