Home > Aħbarijiet > Żjara f’Malta tal-Kardinal Joao Braz de Aviz.

Żjara f’Malta tal-Kardinal Joao Braz de Aviz.


Nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu ser jasal Malta l-Kardinal Joao Braz de Aviz, Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Ħajja Konsagrata u tas-Soċjetajiet ta’ Ħajja Apostolika. Il-Kardinal Braz de Aviz ser jiġi Malta fuq stedina tas-Superjuri Reliġjużi Maġġuri biex jiltaqa’ mal-patrijiet u  s-sorijiet Maltin u Għawdxin. Din il-laqgħa ser issir nhar it-Tnejn 26 ta’ Marzu fil-5.00 p.m. fis-Sala tas-Sorijiet Agostinjani, Fleur-de-Lys.

L-ewwel laqgħa tal-Kardinal mar-reliġjużi ser tkun l-istess jum tal-wasla tiegħu,  is-Sibt 24 ta’ Marzu, fejn fis-6.30 p.m. ser jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara. Din il-Quddiesa ser tkun animata mill-Kor ta’ Santa Monika.

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu, il-Kardinal Braz de Aviz ser iżur Għawdex għal mument ta’ talb mar-reliġjużi residenti Għawdex, fis-Santwarju ta’ Pinu, fl-10.30 a.m. F’nofsinhar, il-Kardinal ser jippresiedi laqgħa li matulha ser jindirizza l-istess membri reliġjużi u wara jiekol magħhom.

Lura Malta, il-Ħadd wara nofsinhar, il-Kardinal ser jiltaqa’ mar-reliġjużi kollha Maltin fil-klawsura għal ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-5.30 p.m. fil-Monasteru tal-Klarissi, f’San Ġiljan. Dawk ir-reliġjużi li jinsabu fil-perijodu ta’ formazzjoni u dawk li qed jiggwidawhom fil-mixja tal-vokazzjoni qed jiġu mistiedna jiltaqgħu mal-Kardinal dakinhar stess fis-7.30 p.m. fil-Millenium Chapel, Paċeville.

It-Tnejn 26 ta’ Marzu, il-Kardinal Braz de Aviz ser jiltaqa’ mal-President ta’ Malta, Dr George Abela, għal żjara ta’ kortezija fil-Palazz ta’ San Anton, fl-10.00 a.m. Laqgħa oħra tal-Kardinal se ssir dakinhar stess fil-11:45 a.m. f’Mount St Joseph, Tarġa Gap, mal-Isqfijiet u l-membri tal-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi Maltin (KSMR).                Il-Kardinal Joao Braz de Aviz ser iħalli Malta lura lejn Ruma nhar it-Tlieta 27 ta’ Marzu.

Il-Kardinal Braz de Aviz twieled il-Brazil fl-1947 u ġie ordnat saċerdot f’Novembru tal-1972. F’Jannar tas-sena 2011 nħatar Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Ħajja Konsagrata u tas-Soċjetajiet ta’ Ħajja Apostolika mill-Papa Benedittu XVI. Huwa nħatar Kardinal fil-Konċistorju tat-18 ta’ Frar li għadda. Fost karigi oħra u servizz pastorali li ġie fdat f’idejh, il-Kardinal de Aviz nħatar Isqof Awziljarju tad-Djoċesi ta’ Vitória (1994 – 1998), Isqof tad-Djoċesi ta’ Ponta Grossa (1998 – 2002), Arċisqof ta’ Maringá (2002 – 2004) u Arċisqof ta’ Brasília (2004 – 2011).

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: