Home > Ġenerali > Courageous.

Courageous.


Illum Festa ta’ San Ġużepp, infakkrukom fil-film Courageous – Eluf ta’ missirijiet fl-Istati Uniti qegħdin iwieġbu s-sejħa biex jiskopru mill-ġdid il-pjan t’Alla għall-paternita’ tagħhom, ispirati mill-film il-ġdid “Courageous”, li l-istess produtturi tal-film “Fireproof” ħarġuh f’forma ta’DVD.

Il-film isegwi l-ġrajja t’erbat irġiel li jitħabtu biex jaqdu l-missjoni tagħhom, “biex iservu u jipproteġu”, kemm bħala uffiċjali tal-pulizija kif ukoll bħala missirijiet.

Stephen Kendrick, il-produttur u wieħed mill-kittieba tal-film, qal li kuljum qiegħed jirċievi mal-mitejn email minn persuni li jaqsmu miegħu kif il-film laqathom, ispirahom u ġabilhom barka f’ħajjithom. “L-istejjer li jgħiduli tant jinħassu ħerġin mill-qalb u kommoventi. Ħafna u ħafna missirijiet issa qegħdin jaħdmu biex jirbħu l-qlub ta’ wliedhom,” qal Kendrick.  Kompla jgħid: Wieħed minnhom ħass li kellu jagħmel ħiltu biex jerġa’ jsib lil bintu wara li kien abbandunaha.

Ħafna għażlu li jaħfru lil missierhom. “Hemm nisa li qegħdin jgħiduli: żewġi kien missier tajjeb, imma wara li ra l-film sar missier mill-aqwa. Nirringrazzja lil Alla għal dan.”

Bħala pulizija, il-karattri ewlenin fil-film ikollhom jingħaqdu biex flimkien jaħdmu kontra gruppi kriminali u dawk li jmexxu d-drogi biex jipproteġu l-komunita’. Imma anke waqt li jiġġieldu l-ħażen bil-pistoli u t-taser-guns, jitgħallmu jużaw l-Iskrittura biex jikkumbattu d-demonji fihom sabiex isiru rġiel ta’ integrità li l-familji tagħhom jeħtieġu.

“Hemm tant siltiet fl-Iskrittura li jispegaw it-tifsira tal-paternita’, imma l-biċċa l-kbira tal-irġiel qatt ma taw kas ifittxuhom u mbagħad jgħixuhom,” qal Kendrick. “’Courageous’ juri dawn il-kwotazzjonijiet b’mod ħaj.

Bil-ħruġ tal-film f’forma ta’DVD, iktar nies se jkunu jistgħu jarawh. Parroċċi, ħaddiema pastorali u gruppi oħra huma mħeġġa biex juru l-film u jużaw ir-riżorsi li hemm miegħu biex jgħinu ħa titwettaq din l-esperjenza li tbiddel il-ħajja.

Ħajr lil-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.
Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: