Home > Aħbarijiet > Żdied in-numru ta’ Kattoliċi, Saċerdoti u Isqfijiet.

Żdied in-numru ta’ Kattoliċi, Saċerdoti u Isqfijiet.


Matul l-2010 żdied in-numru ta’ Kattoliċi, djakni, saċerdoti u isqfijiet filwaqt li n-numru ta’ nisa msieħbin fl-ordnijiet reliġjużi kompla jonqos. Dan joħroġ minn statistika tal-Vatikan li tgħid li fi tmiem l-2010 l-popolazzjoni Kattolika madwar id-dinja żdiet bi 15-il miljun, jew 1.3%, li hi rata li tiżboq bi ftit it-tkabbir tal-poplazzjoni dinjija li hu stmat li kibret b’1.1%.

Stqarrija maħruġa fl-10 ta’ Marzu mill-uffiċċju stampa tal-Vatikan tgħid li bħala perċentaġġ tal-popolazzjoni dinjija, n-numru ta’ Kattoliċi baqa’ stabbli, madwar 17.5%.  L-istqarrija fiha wkoll xi ftit mill-figuri statistiċi tan-Annwarju Pontifiċju tal-2012, il-pubblikazzjoni li toħroġ kull sena li tagħti dettalji dwar kull uffiċċju tal-Vatikan, u dwar kull djoċesi u kull ordni reliġjuż.

Uffiċjali tas-segretarjat tal-Istat tal-Vatikan flimkien ma’ uffiċjali mill-uffiċċju ċentrali tal-istatistika tal-Knisja, ppreżentaw kopja tal-annwarju għas-sena 2012 lill-Papa Benedittu XVI waqt udjenza li saret fl-10 ta’ Marzu. L-istatistiċi dettaljati li jdhru fl-annwarju huma mibnijin fuq informazzjoni u rapporti li waslu mid-djoċesijiet u mill-ordnijiet reliġjużi sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Il-perċentaġġ ta’ Kattoliċi fost il-popolazzjoni tar-reġjun tal-Amerika t’Isfel naqas marġinalment minn 28.54% għal 28.34%, filwaqt li naqas b’mod konsiderevoli fl-Ewropa – minn 24.05% għal 23.83%. Matul l-2010 il-perċentaġġ ta’ Kattoliċi fix-Xlokk tal-Asja u fl-Afrika żdied bi ftit inqas minn nofs punt perċentwali.

Ħajr lil-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.
Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: