Home > Aħbarijiet > Il-fjakkola Benedittina se tinxtegħel f’Malta

Il-fjakkola Benedittina se tinxtegħel f’Malta


Din is-sena l-ordni tal-Benedittini għażel li l-fjakkola tal-paċi, tama u fraternita’, magħrufa bħala ‘L-Fjakkola Benedittina’, ċerimonja li ssir kull sena, tinxtegħel f’Malta.  Sa mill-1964 il-fjakkola hija simbolu li jinġarr f’ pellegrinaġġ li jibda’ mill-belt magħżula u jintemm f’Monte Cassino (qrib Ruma) fis-santwarju ta’ San Benedittu.

Din is-sena l-Fjakkola Benedittina se tinxtegħel f’Malta mill-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. nhar il-Ħadd 4 ta’ Marzu waqt quddiesa li se jikkonċelebra flimkien ma’ Monsinjur Pietro Vittorelli, Arci-abbati  ta’ Monte Cassino u Monsinjur Renato Boccardo, arċisqof ta’ Spoleto u Norcia.

Din il-quddiesa, li se tkun animata mill-Kor Benedittin ta’ Monte Cassino se ssir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-5.30pm.

Wara li tintemm il-quddiesa, l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, se jilqa’ l-fjakkola fil-Berġa ta’ Kastilja, fil-Belt Valletta.

Fl-14 ta’ Marzu l-Fjakkola tittieħed fil-Vatikan biex tkun imbierka mill-Papa Benedittu XVI u fl-20 ta’ Marzu tittieħed fis-santwarju ta’ San Benedittu f’Monte Cassino.

Is-sena li għaddiet il-fjakkola kienet inxtegħlet f’Londra waqt servizz speċjali fl-Abbazija ta’Westminster.  Għal dik iċ-ċerimonja kienu preżenti rappreżentanti minn istituzzjonijiet Ewropej u tal-Gvern Taljan.  Magħhom kien hemm ukoll rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet politiċi u reliġjużi oħra.

Din kienet l-ewwel darba li l-fjakkola nxtegħlet f’pajjiż li mhux Kattoliku-Ruman.  Il-jum ta’ wara l-fjakkola kienet ittieħdet fil-Katidral ta’ Westminster fejn saret quddiesa presjeduta mill-Arcisqof ta’Westminster.  Il-pellegrinaġġ bil-fjakkola kien intemm f’Monte Cassinob’servizz speċjali nhar il-21 ta’ Marzu.

Fl-1964, meta San Benedittu kien ġie ddikjarat qaddis patrun tal-Ewropa, kienet ittieħdet id-deċizjoni li l-fjakkola tinxtegħel kull sena f’pajjiż differenti bħala simbolu tal-għaqda Ewropea.  Il-fjakkola, li issa saret magħrufa bħala ‘l-Fjakkola ta’ San Benedittu’, saret is-simbolu tal-paċi minn mindu fl-1992 kien ġie ffirmat it-trattat ta’Maastricht.

San Benedittu kien ġie magħżul bħala simbolu u l-qaddis xhieda tal-għeruq Insara komuni li jghaqqdu lis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.  Iċ-ċerimonja ta’ meta tinxtegħel il-fjakkola tirrappreżenta d-dawl ta’ San Benedittu li jinfirex madwar l-Ewropa biex inissel il-paċi, l-fraternita’ u l-ħbiberija.

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: