Home > Spiritwalità > Mhux biss fil-Monasteru … anzi !!!

Mhux biss fil-Monasteru … anzi !!!


STEDINA GĦAL LAQGĦA FIL-MONASTERU BENEDITTIN TAL-IMDINA

Barra mill-ħitan tal-monasteru, jgħixu lajċi, li fil-familji tagħhom, fuq il-post tax-xogħol fejn jaħdmu, fil-ħwienet mnejn imorru jixtru u f’kull post ieħor li jkunu tul il-ġurnata jgħixu l-Evanġelju kif iggwidati minn regola miktuba kważi ħmistax-il mitt sena ilu.

Nammetti li kienet sorpiża għalija naqra li r-regola ta’ San Benedittu ma kienetx miktuba għal saċerdoti jew kjeriċi, imma għal-lajċi. Kien il-ħsieb ta’ dan il-qaddis li jagħti set ta’ regoli għal dawk l-insara li fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum xtaqu jgħixu bl-aħjar mod possibli dak il-mod ta’ ħajja kif preżentat lilna fl-Evanġelju. Hija mezz kif wieħed jagħraf aktar lil Alla jew sellum li skaluna, wara  l-oħra jqarribna lejH.

Illum, minkejja li għaddew aktar min elf u erba’ mitt sena minn meta inkitbet, iżda f’din ir-regola wieħed għadu jista’ jsib diversi prinċipji li jistgħu jitħaddmu mhux biss fil-monasteru, imma wkoll mill-insara kollha, kemm jekk individwi jew familji, kemm jekk fl-għaqdiet jew fil-parroċċi.

Jekk tixtieq tkun taf aktar, allura inti mistieden tattendi għal-laqgħa li s-Segretarjat għal-Lajċi ser jorganizza fil-Monasteru tal-Benedittini fl-Imdina, nhar it-Tlieta, 28 ta’ Frar 2012, bejn is-6.30 u t-8.00 ta’ filgħaxija.

Fil-laqgħa, Fr Keith Bonnici, Kappillan tal-Iklin jagħmel preżentazzjoni dwar San Benedittu u l-attwalità tar-regola tiegħu fil-ħajja tan-nisrani llum. Ikun hemm ukoll diskussjoni dwar l-istess suġġett minn numru ta’ lajċi midħla tar-regola. Dawk preżenti jkunu jistgħu wkoll jagħmlu l-interventi tagħhom.

Categories: Spiritwalità
  1. Eleonor
    September 2, 2013 at 5:29 pm

    Il-Benedittini! X’teżor kbir għall-Knisja Kattolika. Kemm Papiet kbar taw – insemmi tnejn: San Girgor il-Kbir u San Ċelestinu V. Ta’ l-aħħar li fuqu mexa Papa Benedittu XVI meta irtira għall-ħajja kontemplattiva. L-istess Benedittu XVI li huwa Oblat Benedittin (speċi ta’ Terzjarju).

    U f’Malta? Biżżejjed niftakru f’dik il-warda ċioe il-Beata Maria Adeoata Pisani.

    Jalla ‘l quddiem il-monaċi jerġgħu jiġu f’Malta. Hawn bżonnhom f’dinja mgħaġġla bħal ma hi Malta llum.

  2. Natalie
    February 21, 2012 at 2:16 pm

    Opportunitá ohra biex inkomplu niggeddu u nissahhew! Tajt titwila lir-regoli biex niehu idea. Milli stajt nara s’issa huma marbuta hafna ma’ attitudnijiet li, bhala Nsara, kemm l-evangelju kif ukoll l-ittri tat-testment il-gdid ihegguna nghixuhom. Tajjeb li nitghallmu izjed kif naghmluhom parti integra minn hajjitna, u dan flimkien bhala komunitá biex ma naqtghux qalbna.

  3. Paul
    February 20, 2012 at 4:04 pm

    Hadt pjacir b’din l-inizjattiva.

    Jiena kull sena naghmel irtir f’Monasteru barra minn Malta u llum sar bzonn ghalija minkejja li jitlob minni u mill-familja tieghi hafna sagrificcju. Hija hasra li f’pajjizna ma ssibx post fejn tista’ taghmel irtir f’kuntest ta’ komunita’ kontemplattiva. Min ikun ghamel esperjenzi bhal dawn jintebah kemm hija importanti l-komunita’ li tghix maghha f’irtir spiritwali.

    Dan nghidu minkejja li ma kontx niltaqgha maghhom hlief f’hinijiet ta’ talb komuni u waqt l-ikel. U lanqas konna nitkellmu. Mill-bqija l-uniku kuntatt kien mal-monaku li jkun jiggwidani f’dawk il-jiem. Minkejja dan il-komunita’ thossha tant qrib u tant kont inhossni wiehed minnha.

    Hawn xi hadd li jista’ jghidli jekk f’Malta hawnx xi grupp fejn tista’ taqsam hsibijiet dwar dan?

    • Sergio
      February 20, 2012 at 4:20 pm

      Paul, Hawn ohrajn bhalek li jaghmlu din l-esperjenza. Jien wiehed minnhom. Il-laqgha tat-28 ta’ Frar ghandha tkun opportunita’ biex naraw min ahna u kemm ahna, u x’nistghu naqsmu ma’ xulxin.

    • Colin Apap
      March 14, 2012 at 11:53 am

      Naprezza hafna dan l-interess fil-hajja ta’ kontemplazzjoni u s-silenzju. Kemm-il darba staqsejna x’sens ghandu s-silenzju f’irtir meta wara l-irtir nergghu ghar-rutina tas-soltu ta’ hajja mghaggla.

      Imma min ghamel din l-esperjenza ta’ silenzju jaf xi tfisser. Hi esperjenza. Mhux ‘talk’.

      Hawn diversi gruppi ta’ kontemplazzjoni f’Malta u Ghawdex. Fost dawn jiena niltaqa’ ma’ grupp mill-Moviment Era Gdida kull nhar ta’ Gimgha f’Project Hall Floriana fejn naghmlu l-Ezercizzi b’Differenza ghal dawk li qed ifittxu lil Alla fil-hajja taghhom. Jekk tinteressak tista’ tfittex iktar taghrif fuq il-website tal-moviment “eragdida”.

      Qed naghmlu wkoll kampanja biex niffirmaw IL-MONK MANIFESTO li hu wkoll forma ta’ impenn biex noholqu Komunita’ Virtwali.

      Niehu gost niltaqghu biex naraw kif nistghu nghinu lil xulxin. Fr Colin 7999 1459; nicholas6346@gmail.com; eragdida@gmail.com;

      Skoprejt ukoll xi tfisser tilhaq litteralment eluf ta’ nies permezz ta’ gloria.tv u ssib Fr Colin. Jekk taghfas fuq “views” jurik ukoll minn liema pajjizi!

      Mod iehor kif Gesu’ jista’ jkun iktar maghruf u mahbub.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: