Home > Ġenerali > Twemmin u Fidi l-istess?

Twemmin u Fidi l-istess?


Twemmin u Fidi l-istess?

Meta nitkellmu jew nisemgħu oħrajn jitkellmu dwar dan is-suġġett spiss nintebħu li aktarx ma nagħmlux differenza bejn “twemmin” u “fidi”; dak li bl-Ingliż insejħulhom “belief and faith”.

Jista’ jkun …

  • li meta nużaw il-kelma “fidi” aktarx inkunu rridu nfissru “twemmin”?
  • li b’fidi spiss nifhmu dik il-lista ta’ dawk il-veritajiet li li tgħallimna fil-klassijiet tar-reliġjon?
  • li t-twemmin tagħna huwa biss att intelletwali u xejn aktar minn hekk?
  • li f’dan is-sens it-twemmin jista’ jwassal jew forsi ġieli wassal għal ideoloġiji li jkunu wkoll il-kawża ta’ firda, ġlied u gwerrer.

Mill-banda l-oħra, fid-dokument Porta Fidei il-Papa Benedittu XVI jitkellem dwar …

  • il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex wieħed jikkomunikha lill-oħrajn;
  • fidi li tikber meta ngħixuha bħala esperjenza ta’ l-imħabba li rċevejna u meta nikkomunikawha bħala esperjenza ta’ grazzja u ferħ;
  • fidi li twassalna biex nagħtu l-frott, għax twessa` ‘l qalbna bit-tama u tagħmilna kapaċi nagħtu xhieda li tagħti l-ħajja;
  • fidi li tiftaħ il-qalb u l-moħħ ta’ dawk li jisimgħu u jwieġbu għal-istedina tal-Mulej biex jisimgħu kelmtu u jsiru dixxipli tiegħu.

Madankollu il-Papa jitkellem ukoll dwar l-importanza tat-twemmin u l-verità tal-fidi u jgħid li l-fidi tikber u tissaħħaħ biss billi nemmnu. Jikteb li ma hemmx possibiltà oħra biex inkunu ċerti għajr dik li nintelqu dejjem aktar f’idejn l-imħabba li l-għajn tagħha hu Alla.

U inti x’taħseb li huwa meħtieġ fil-Knisja f’Malta biex it-twemmin tagħna jimmatura f’fidi vera?

X’hemm bżonn biex minflok jiddeġenera f’ideoloġija, it-twemmin ikun dak li jwassal li min jemmen f’relazzjoni, mhux ma’ sett ta’ veritajiet imma mal-persuna ta’ Ġesù Kristu?

Wara kollox il-fidi tiegħna mhix f’lista ta’ dommi imma fil-persuna ta’ dak li fih nilmħu l-istess Alla.

Iktbilna.  Napprezzaw ħafna l-kummenti tiegħek.

Categories: Ġenerali
  1. antonia
    February 11, 2015 at 4:51 pm

    INHOSS LI GHANDU JKUN HEMM AKTAR SPJEGAZZJONI TAD-DIFFERENZA BEJN TWEMMIN U FIDI GHAX IVA, NAHSEB LI MA NAFUX EZATT ID-DIFFERENZA BEJNIETHOM.

  2. Grace Dimech
    January 20, 2012 at 2:16 pm

    Possibbli li Alla aktar jaghti kaz it-twemmin li ghandna f’mohhna milli ir-relazzjoni li ghandna mieghu u mal-ohrajn?

  3. Noel Borg
    January 20, 2012 at 2:01 pm

    Faith is, as Barth so often reminds us, in the first instance, hearing. Belief talks and talks, it wallows in words, it interpolates the gods, it takes the initiative. Faith takes an entirely opposite stance: it waits, remains on guard, picks up signs, knows what to make of the most delicate parables; it listens patiently to the silence until that silence is filled up with what it takes to be the indisputable word of God. (from Belief and Faith by Jacques Ellul)

  4. Frank Micallef
    January 20, 2012 at 1:57 pm

    Nistqarr li qatt ma ddistigwejt bejn twemmin u fidi u spiss uzajt wahda flok l-ohra. Ilum nara li dan kien zball.
    Nahseb li t-twemmin huwa dak l-att li permezz tieghu nsir naghmel parti minn grupp ta’ persuni li jemmnu bhali. Jaghtini identita’ ma’ grupp u forsi ghalhekk inti ghidt li jista’ jkun mezz ta’ firda ghaliex waqt li jghaqqad ma’ uhud jista’ jifred minn ma’ ohrajn. Spiss ukoll nxebbhuh ma’ club fejn jew taqbel u tibqa’ gewwa jew ma taqbilx u jkollok titlaq.
    Izda l-fidi hija differenti. Hija personali u intima. It-twemmin huwa l-kontenut statiku ta dak li nemmnu, li ma jinbidilx. Izda l-fidi hija hajja u jinhtigilha tikber inkella tmut.

  5. Mary Sammut
    January 19, 2012 at 9:56 pm

    L-ewwel insara l-ewwel ma kellhom kienet il-fidi fi Kristu mibnija fuq l-esperjenza tal-laqgha taghhom mieghu. It-twemmin fil-veritajiet gie wara. Mhux ghax mhux importanti, imma ghaliex il-bazi tieghu huwa l-fidi fi Kristu.

    Jista’ jkun li llum l-ewwel naghtu d-duttrina u wara nippruvaw nibnu r-relazzjoni ma’ Kristu? Jekk inhu hekk, jista’ jkun li dan huwa kagun tas-sitwazzjoni prezenti fil-fidi f’pajjizna?

  6. Tony Mallia
    January 19, 2012 at 8:36 pm

    It-twemmin bhala lista ta’ x’ghandi nemmen u x’ghandi naghmel jimla bid-dubju. Il-fidi bhala relazzjoni ma’ Alla timla bil-hegga u bl-imhabba u tnissel it-tama.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: