Home > Ġenerali > Ambjent morali kontaminat.

Ambjent morali kontaminat.


Silta minn Diskors ta’ Vaclav Havel

waqt xandira lill-poplu taċ-Ċekoslovakkja

fil-ħatra tiegħu bħala President

1 ta’ Jannar 1990

 

 (Tradott għall-Maltin minn Dun Hector Scerri)

Aħna ngħixu f’ambjent morali kontaminat. Aħna mradna moralment għaliex drajna nitkellmu b’manjiera differenti mill-mod kif konna naħsbu. Drajna ma nemmnu f’xejn, drajna ninjuraw lil xulxin, drajna nagħtu każ tagħna nfusna biss. Kunċetti bħall-imħabba, il-ħbiberija, il-kompassjoni, l-umilta’ u l-maħfra tilfu l-profondita’ tagħhom u d-dimensjonijiet tagħhom, u għal ħafna minna kienu jew saru jirrapreżentaw biss stramberiji psikoloġiċi, jew kienu jixbħu tislimiet antiki li tlifna. Kienu saru xi ftit ridikoli fi żmien tal-kompjuters u tal-vetturi spazjali.

Ftit biss minna kienu kapaċi jgħajtu b’vuċi għolja li l-ħakkiema ta’ dak iż-żmien ma kellhomx ikunu ta’ setgħa bla tarf, u li rziezet speċjali li kienu jipproduċu ikel ekoloġikament pur u tal-aqwa kwalita’ għalihom biss kellhom jibagħtu minnu lill-iskejjel, djar tat-tfal u sptarijiet, kemm-il darba l-agrikultura tagħna ma kenitx kapaċi tagħtihom lil kulħadd. Ir-reġim ta’ qabel – armat b’ideoloġija arroganti u intolleranti – ċekken il-bniedem għal forza ta’ produzzjoni u n-natura għal għodda ta’ produzzjoni. B’dan il-mod hija attakkat kemm ir-relazzjoni bejn il-bniedem u n-natura, kif ukoll dak li hemm fil-qalba tagħhom. L-ideoloġija ċċekken bnedmin imżejna b’tant doni u awtonomi li kienu kapaċi jaħdmu b’sengħa kbira f’pajjiżhom u tagħmel minnhom skorfini u boltijiet ta’ magna mostrożament kbira, kollha ħsejjes u tinten, u li t-tifsira tagħha ma kienet ċara għal ħadd. Din il-magna ma setgħet tagħmel xejn jekk mhux li bil-mod il-nod u inevitabilment, teqred kemm lilha nfisha kif ukoll l-iskorfini u l-boltijiet kollha tagħha.

Meta nitkellem dwar ambjent morali kontaminat, m’inix nitkellem biss dwar “sinjuri” li jieklu ħxejjex organiċi, u li ma jħarsux minn tieqa ta’ ajruplan. Qed nitkellem dwarna lkoll. Konna lkoll drajna s-sistema totalitarja, u aċċettajnieha bħala stat ta’ fatt li ma setax jinbidel, u għalhekk għenna biex nipperpetwawha. Fi kliem ieħor, aħna lkoll konna – għalkemm, naturalment, mhux kulħadd bl-istess mod – responsabbli  għall-operat tal-magna totalitarja; ħadd minna ma huwa biss il-vittma tagħha; konna lkoll kompliċi fiha (we are all its co-creators).

Għalfejn qiegħed ngħid dan? Ma jagħmel l-ebda sens li nifhmu l-wirt ikrah tal-aħħar erbgħin sena bħala xi ħaġa barra minna, bħala xi ħaġa li qarib imbiegħed tagħna ħallielna fit-testment tiegħu. Għall-kuntrarju, għandna nilqgħu dan il-wirt bħala dnub li aħna kkommettejna kontra tagħna stess. Jekk naċċettawh b’dan il-mod, nibdew nifhmu li jiddependi minna lkoll, u jiddependi biss minna li nagħmlu xi ħaġa dwaru. M’għandniex inwaħħlu għal kollox fil-mexxejja ta’ qabel, mhux biss għax ma jkunx minnu, imma wkoll għax jista’ jiġri li nonqsu mid-dmir li kull wieħed minna qed jaffaċċja llum, jiġifieri l-obbligu li għandna li naġixxu b’mod independenti, b’liberta’, skont ir-raġuni u malajr. Ejjew ma niżbaljawx: l-aħjar gvern fid-dinja, l-aħjar Parlament u l-aħjar President, jiksbu biss ftit waħedhom. U jkun żball li nistennew minnhom biss rimedju ġenerali. Il-liberta’ u d-demokrazija jinkludu il-parteċipazzjoni, u għalhekk, ir-responsabilta’ tagħna lkoll. … Jekk nagħmlu dan, it-tama terġa’ titwieled fi qlubna.

… Biex nagħlaq, irrid ngħid li rrid inkun President li jitkellem anqas u jaħdem aktar. Li nkun President li ma jħarisx biss mit-tieqa tal-ajruplan, imma li, qabel kollox, ikun preżenti fost ħutu ċ-ċittadini u jismagħhom sewwa.

Għandkom mnejn tistaqsu x’tip ta’ repubblika qed noħlom dwarha. Ħalluni nwieġeb: jien noħlom repubblika independenti, ħielsa u demokratika, repubblika ekonomikament ‘il quddiem u fl-istess ħin soċjalment ġusta, fi ftit kliem, repubblika umana li taqdi l-individwu, u li għalhekk tittama li l-individwu jaqdi lilha wkoll. Noħlom repubblika ta’ persuni bilanċjati, għax jekk mhux hekk ikun impossibli li ssolvi l-problemi tagħna, umani, ekonomiċi, ekoloġiċi jew politiċi.

L-aktar wieħed distint fost il-predeċessuri tiegħi kien beda l-ewwel diskors tiegħu b’silta mill-edukatur kbir Ċek, Comenius. Ippermettuli li nagħlaq dan l-ewwel diskors tiegħi permezz ta’ parafrażi ta’ kliemu: Poplu, il-Gvern tagħkom reġa’ lura għandkom!

Categories: Ġenerali
  1. Francis X. Grima
    December 19, 2011 at 10:20 pm

    Ghalkemm Vaclav Havel tkellem hekk 21 sena ilu, is-sitwazzjoni ghadha l-istess jekk ma marritx ghall-ghar. Is-sekularizmu, il-libertinagg (mhux liberta’) u l-mard morali saru parti mill-hajja ta’ kuljum u Alla u t-twemmin nizlu l-isfel sew fl-iskala tal-prijoritajiet tal-bniedem tal-llum. Dan japplika l-iktar ghall-Ewropa, Stati Uniti u pajjizi ohra (progressivi) li minhabba l-ghajta ghal aktar drittijiet qed inwarrbu, nichdu u nqisu bhala antiki, il-valuri nsara li jaghtu lill-bniedem il-veru dinjita’ tieghu.

    Ghalhekk hi ferm importanti il-htiega ta’ evangelizzazzjoni gdida primarjament f’dawk in-nahiet tad-dinja moderna li pero’ saret art ta’ missjoni fejn hemm bzonn kbir li l-valuri nsara jergghu jitrawwmu fl-imhuh u l-qlub tal-popli.

    Kif ilhom jinsistu ir-Rghajja taghna, it-tama huma iz-zaghzagh u ghalhekk hemm il-htiega ta’ bidla radikali fil-mod kif qed nghixu u nwasslu it-twemmin taghna lil generazzjonijiet li telghin, ghax hemm ir-riskju li dan it-twemmin ma jibqax relevanti ghalihom. Facli titkellem hekk, l-ewwel wiehed jien, izda irridu naraw kif kull wiehed minnha jaghti s-sehem tieghu fl-ambjent li qieghed fih u bil-mod kif qed nghixu it-twemmin taghna. Il-Kelma t’Alla ghadha u tibqa relevanti ghal kull zmien u huwa dmir ta’ kulhadd kif dan il-messagg tal-Imhabba kbira ta’ Alla ghalina, nwassluh lil ohrajn.

  2. Josephine Cuschieri
    December 19, 2011 at 10:17 pm

    F’din is-silta tider xbieha tragika tal-parti l-kbira tal-pajjzi fid-dinja fejn dahlet l-idea li lil Alla il-bniedem m’ghandux bzonnu.

    Jien immur aktar il-fond fid-deskrizzjoni ta’ pajjizna illum: ‘Kull sens ta’ morali evapora kompletament, u minfloku dahal egozimu sfrenat, li bhal dan iz-zmien jgholli rasu sew. Izda l-ghar bicca hi li hadd ma jrid jisma l-verita’. Il-poplu – inkluzi dawk li jmorru l-knisja – saru qishom pupazzi, jigifieri figuri bla ruh.

    Nghalaq b’din il-kwotazzjoni mill-Ktieb tal-Gherf:

    “Let us lay traps for the upright man, for he annoys us and opposes our way of life” (Bk of Wisdom. Chp. 2)

  3. V. Pulis
    December 19, 2011 at 10:11 pm

    L-ironija hi li mal-mewt tieghu, il-memorji tieghu jigu mfakkra pero aktar tigi mxandra l-ahbar tal-mewt tal mexxej Korean, li tant ghamel hsara lill-niesu u lill-pajjizu, milli Havel li tant ghamel gid lill-niesu u lill-pajjizu.

    Dawn huma l-valuri tal-media tallum sfortunatament.

    Ghalhekk tajjeb li wiehed jipprova jxandar siltiet saggi bhal dan id-diskors. Neqsin hafna minn studju ta’ awturi li ghandhom dawn il-valuri tajba filwaqt li nippruvaw nghallmu teoriji ta` zmien twil ilu.

    Xi kultant nahseb li kollox bil-maqlub….pero’ ma jistax ikun li jien nifhem tajjeb.

  4. Maria Scicluna
    December 19, 2011 at 10:03 pm

    Hu veru li id-dinja kollha qed tinhakem mill-marda tal-individwalizmu. Kieku nahsbu f’ xulxin ikun hawn paci u kuntentitzza u l-ambjent ta’ madwarna ikun ahjar u pur. Jehtieg li kulhadd jaghmel il-parti tieghu specjalment f’dan iz-zmien tal-Milied u b’hekk xi darba naslu fejn ghandna naslu bl-ghajnuna t’Alla

  5. C. Zammit
    December 19, 2011 at 9:27 pm

    Havel’s speech compared to Cameron’s
    In a landmark speech on religion, the Prime Minister said that the country had been “unwilling” to “distinguish right from wrong”, but warned “moral neutrality is not going to cut it any more”.

    He said that Britain was at a “pivotal moment” in the wake of the riots and the financial crisis and that the Church must play a central role in reshaping the country.

    But, in a coded attack on the Archbishop of Canterbury, the Prime Minister warned that the Church must “keep on the agenda that speaks to the whole country”.

    “I certainly don’t object to the Archbishop of Canterbury expressing his views on politics,” Mr Cameron said, but “he shouldn’t be surprised when I respond”.

    His comments come after Dr Rowan Williams criticised government spending cuts and the Coalition’s democratic legitimacy.

    Related Articles:-

    Archbishop: have a messy Xmas,15 Dec 2011
    The particle of faith, 15 Dec 2011
    Church ad gives baby Jesus gifts by Damien Hirst, Faberge and Swarovski, 13 Dec 2011
    Archbishop of York Dr John Sentamu: modern society pits the old against the young, 12 Dec 2011
    Thou shalt happily riot to your heart’s content, 07 Dec 2011
    Lavish presents ruining Christmas, warns childhood tsar Reg Bailey, 12 Dec 2011

    Mr Cameron said that it was also right for political leaders to say something about religious institutions “affecting our society” when they do not promote equality and tolerance. He added that the Bible backed the “emancipation of women”, warning: “even if not every Church has always got the point”.

    The Prime Minister decided to make his first detailed speech on religion in the wake of the summer riots and the financial crisis which he blames on moral failings.

    Downing Street aides were concerned about the speech, which unusually received little publicity before being made.

    Mr Cameron said: “Put simply, for too long we have been unwilling to distinguish right from wrong. ‘Live and let live’ has too often become ‘do what you please’.

    “Bad choices have too often been defended as just different lifestyles. To be confident in saying something is wrong, is not a sign of weakness, it’s a strength.

    “One of the biggest lessons of the riots last summer is that we’ve got to stand up for our values if we are to confront the slow?motion moral collapse that has taken place in parts of our country these past few generations.”

    The Prime Minister said that Christian values were central to Britain and they should be “treasured”, including responsibility, hard work, compassion and humility.

    Mr Cameron added: “But they are also values that speak to us all ? to people of every faith and none. Those who oppose this usually make the case for secular neutrality. They argue that by saying we are a Christian country and standing up for Christian values we are somehow doing down other faiths. I think these arguments are profoundly wrong.”

    The Prime Minister said that faith helped people to “have a moral code” and that it was correct to pass judgment on others. “Those who advocate secular neutrality in order to avoid passing judgment on the behaviour of others, fail to grasp the consequences of that neutrality, or the role that faith can play in helping people to have a moral code,” he said.

    Mr Cameron also disclosed details of his own faith following criticism from Richard Dawkins, the prominent atheist, that the Prime Minister is “not really a Christian”. “I am a committed ? but I have to say vaguely practising ? Church of England Christian, who will stand up for the values and principles of my faith,” Mr Cameron said. But he added he was “full of doubts” and “constantly grappling” with the big theological issues.

    Mr Cameron made the speech as part of the 400th anniversary celebrations of the King James Bible at Christ Church, Oxford, the cathedral where Dr Williams was formerly canon. In June, Dr Williams angered Tory ministers after he accused the Coalition of forcing through “radical policies for which no one voted”.

  6. Joseph P.Tonna
    December 19, 2011 at 9:06 pm

    President kbir li ħadem għas-sewwa u qegħedha dmiru b’imħabba. Bniedem ta’ umilta kbir. Veru, il-bniedem illum sar egoist u sar ifittex dak li jaqbel lilu. L-imħabba, it-tolleranza u l-maħfra naqset minn fostna. Jalla narfu nitgħallmu minn dan il-bniedem kbir kif għandna nużaw it-talenti li tana Alla u naqsmuhom ma’ l-oħrajn. Żgur li fuq hekk sejjer jiġġudikana Alla, fuq kemm ħdimna biex inkunu ta’ servizz għal l-ohrajn. Jalla d-dinja jkollha mexxejja li jgħarfu jimxu fuq il-passi tiegħu.

  7. Marie Seguna
    December 19, 2011 at 8:31 pm

    Id-dinja vera tilfet bniedem kbir – kellu principji u valuri sodi u jaf x’jghid. Kellu bzonn fil-hajja tallum ikun hawn aktar nies b’dawn il-principji u valuri. Li kieku nirriflettu sew fuq id-diskors t’hawn fuq, nahseb li kull wiehed u wahda minna ghandu x’jixtar u jirrifletti fil-hajja personali tieghu biex ikun jista’ jimxi kontra l-kurrenti tal-hajja li laqtuna u qed ifixkluna. Importanti li jkollna s-sens ta’ dmir li ninbidlu ahna u nibdlu s-socjeta’ ta’ madwarna fuq il-valuri Nsara skont it-taghlim tal-Evangelju – inkunu ‘dawl u melh ta’ l-art’.

  8. Paul Xuereb
    December 19, 2011 at 6:49 pm

    Inhoss li l-arma l-aktar effikaci biex nikkumbattu l-materjalizmu fl-aspetti kollha tieghu hi l-Evangelizazzjoni – l-ahbar it-tajba li hafna Maltin ghadhom sal-lum ma jafux xi tfisser ghax hadd ghadu ma spjegahilhom. Tezisti “misconception” kbira tal-Kristjanezmu – li hu toqol ghax jghidlek ma tistax taghmel hekk u hekk. Ghall-kuntrarju, Gesu’ Kristu jixtieqna lkoll nqawdu l-hajja eterna, mhux biss wara mewtna imma minn din il-hajja stess bhala nies hielsa. Il-ferh u l-paci li joffrilna Gesu’ Kristu hadd u xejn ma jista’ itihulna.

    Ejjew inhabbru fl-omeliji u f’kull okkazzjoni ohra din l-ahbar b’qawwa u hegga lil tant Maltin li ghandhom bzonn jisimghuha – ukoll dawk li nirreferu ghalihom bhala l-insara ta’ nhar ta’ Hadd. Dan ghadu mhux qed isir, jew mhux qed isir bizzejjed.

  9. Stanley Parisi
    December 19, 2011 at 12:11 am

    You want my comment. Well here goes.
    1. I believe in the family and in unity.

    2. If the inner family is contaminated how can the smaller members of that family survive?

    3. If the outer family of any Nation is contaminated what will the smaller members (people) do? Obviously most of the people will follow the same example.Only a few will do what their moral principles allows them to do that is keep on struggling. In other words if a father will give this child good morals and principles than that child will grow up to be a good citizen. THIS PRINCIPLE ALSO APPLIES TO OUR SOCIETY AT LARGE.

    4.SOLUTION. Our society should be based on basically two principles…
    A.The principle of LOVE.and
    B.the principle of GIVING and not of taking so the parents of any society have a big responsibility but I am afraid that not everybody is realizing this reality.

    Regards and a happy Christmas to all

  10. Alphonse Grech
    December 18, 2011 at 11:03 pm

    Kien bniedem ta’ principji sodi hafna. Qatt ma kien politiku kif jiftiehem illum, nara kif naghmel biex nibqa mwahhal mal-poter ghal gwadann personali u ghal tal-klikka kif ukoll ghal unur.
    F’funzjonijiet statali fejn kien irid jidher bhala xi haga kien ihossu skomdu hafna biss din l-umilta u sens ta’ dmir tieghu ghamlu bniedem mahbub u irrispettat mhux gewwa pajjizu biss imma internazzjonalment.

    Id-Dinja tilfet bniedem kbir

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: