Home > Familja > Titkellem ma’ uliedek dwar Alla?

Titkellem ma’ uliedek dwar Alla?


KIF TKELLEM LILL-ULIEDEK ŻGĦAR FUQ ALLA

Huwa suġġett ferm interessanti imma xi kultant skabruż. Fl-istess ħin huwa importanti ħafna biex ngħinu lill-uliedna jifhmu ftit aħjar min hu dan Alla inviżibbli li ħalaq l-univers u li huwa l-ikbar ħabib tal-umanità. Il-Knisja Kattolika tgħallem li l-ġenituri huma l-ewwel u l-iktar għalliema importanti għall-uliedhom (ara l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, nu. 2225). Bħala ġenituri, huwa importanti ħafna li l-ewwel nikkultivaw relazzjoni tajba ma’ Alla biex nassiguraw ruħna li aħna veru l-aqwa għalliema għall-uliedna biex nintroduċuh lilhom.

Qegħda nagħtikom ftit punti biex jgħinukom tagħmlu dan:

Itolbu regolarment, u aqraw regolarment qari spiritwali. Mhux bħala familja biss, imma anki individwalment. Meta aħna jkollna relazzjoni profonda ma’ Alla, aħna nħossu dik ix-xewqa li naqsmuh, u nwassluh ma’ dawk li nħobbu. Ħallu lill-uliedkom jindunaw (jaqbdukom) taqraw l-iskrittura jew jaqbdukom titolbu minn żmien għal żmien. L-azzjonijiet tagħna għandhom iktar saħħa mill-kliem. It-tfal jemmnu fuq Alla meta jaraw lill-ġenituri jgħarfu lil Alla u jitkellmu miegħu.

Żejjen id-dar tagħkom b’simboli konkreti tal-fidi tagħkom. It-tfal iż-żgħar huma persuni konkreti ħafna. Huma għandhom bżonn sinjali viżibbli tal-preżenza ta’ Alla fid-dar tagħkom. Statwi jew stampi ta’ Ġesù huma importanti ħafna għax Kristu huwa viżibbli u l-iktar revelazzjoni kompleta ta’ Alla għall-umanità. Daħħal dawn l-istatwi jew stampi ta’ Ġesù mat-tfal fil-kmamar tagħhom, din l-immaġini tgħin lit-tfal jifhmu li Alla jħobb it-tfal u jixtieq ikun ħbieb magħhom.

Mat-tfal iżgħar irreferi jew għodd lil Alla bħala membru tal-familja fid-dar tagħkom. Meta uliedek jitgħallmu jagħmlu xi ħaġa ġdida, uruhom li intom kburin bihom u żiedu: “ u taf minhu kburi bik ukoll? Alla huwa kburi bik! Aħna ma nistgħux narawh lil Alla, imma Hu jista’ jarana, u Hu dejjem kuntent bina meta jarana li qed nikbru kif jixtieqna Hu.”

Meta uliedna jibdew jikbru, tibżax u tiddejjaqx tiddiskuti suġġetti difiċli. F’konferenza għall-‘press’ fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa, il-Papa Benedittu XVI ġie mistoqsi minn tifel Ġappuniż għaliex Alla jippermetti s-sofferenzi minnħabba it-tsunami jew terrimoti. Minnflok ma’ wieġeb bi tweġiba frivola, il-Papa qal li kien diffiċli għalih ukoll biex jifhem il-għala, iżda ħaġa waħda huwa żgur li Alla jgħamel lilu nnifsu viċin dawk li jsoffru u jgħinhom. Meta t-tfal u l-pre-adoloxxenti jbatu biex jifhmu ċerti avvenimenti jew ikunu qed jgħaddu minn mumenti diffiċli kun żgur li tisħaq li Alla jkun imdejjaq ukoll u li Hu lest biex jgħinhom f’dawn il-mumenti ta’ tbatija.

Ftakar li bħala ġenitur, inti ikona ta’ Alla għal uliedek. Alla juri lilu nnifsu lilna bħala missier u din ir-relazzjoni tieħu post speċjali f’ħajjitna li tgħinna nitgħallmu aktar fuq Alla. Meta jiġrilna xi ħaġa sabiħa jew naqilgħu xi grazzja, għin lit-tfal jifhmu li Alla huwa kontinwament magħna, imħabbtu għalina hija bla kundizzjoni u li Hu dejjem preżenti fil-ħajja tal-familja tagħna. Huwa importanti li aħna nħalluh jaħdem f’ħajjitna. Ftakru li f’kull għażla li tagħmlu bħala ġenituri staqsu lilkom infuskom, “Minn din is-sitwazzjoni x’se jitgħallmu uliedna fuq Alla, li aħna ngħajjtulu Missier?”

Anna Maria Fenech

Categories: Familja
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: